Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0007

    Kawża C-7/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fid- 9 ta' Jannar 2008 — Har Vaessen Douane Service BV vs Staatssecretaris van Financiën

    ĠU C 92, 12.4.2008, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 92/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fid-9 ta' Jannar 2008 — Har Vaessen Douane Service BV vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-7/08)

    (2008/C 92/18)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Har Vaessen Douane Service BV.

    Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu (1), kif emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3357/91 tas-7 ta' Novembru 1991 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f'dan l-Artikolu tista' tiġi invokata għal kunsinni ta' merkanzija li, għalkemm huma ta' valur negliġibbli jekk jitqiesu individwalment, jiġu madankollu ppreżentati bħala kunsinna kollettiva, b'valur intrinsiku komplessiv tal-kunsinni tal-merkanzija li jintbagħtu b'dan il-mod li jaqbeż il-limitu ta' valur li jinsab fl-Artikolu 27?

    2)

    Għandu jiġi kkunsidrat li, għall-għanjiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 27 ta' l-imsemmi Regolament, il-kunċett ta' kunsinna “mibgħuta direttament minn pajjiż terz lil kunsinnatarju fil-Komunità” jinkludi wkoll il-każ fejn, għalkemm qabel ma tibda l-kunsinna lil dan il-kunsinnatarju l-merkanzija tinsab f'pajjiż terz, il-parti l-oħra fil-kuntratt mal-kunsinnatarju hija però stabbilita fil-Komunità?


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali (ĠU L 105, p. 1).

    (2)  ĠU L 318, p. 3.


    Top