Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0506

    Kawża C-506/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 21 ta’ Lulju 2011 — Ir-Renju tal-Isvezja vs MyTravel Group plc, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġurisdizzjonali u ta’ pariri legali kif ukoll tal-proċess deċiżjonali — Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet — Dokumenti tal-Kummissjoni stabbiliti fil-kuntest ta’ proċedura li wasslet għal deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni — Dokumenti mfassla wara l-annullament ta’ din id-deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali)

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 — Ir-Renju tal-Isvezja vs MyTravel Group plc, Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-506/08 P) (1)

    (Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġurisdizzjonali u ta’ pariri legali kif ukoll tal-proċess deċiżjonali - Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet - Dokumenti tal-Kummissjoni stabbiliti fil-kuntest ta’ proċedura li wasslet għal deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Dokumenti mfassla wara l-annullament ta’ din id-deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali)

    2011/C 269/02

    Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Petkovska u A. Falk, aġenti)

    Appellati: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh u V. Pasternak Jørgensen, aġenti) Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

    Partijiet oħra fil-proċeduri: MyTravel Group plc, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, P. Costa de Oliveira u C. O’Reilly, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u A. Adam, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2008, MyTravel vs Il-Kummissjoni (T-403/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Settembru 2005 u tat-12 ta’ Ottubru 2005, dwar ir-rifjut li jingħata aċċess lir-rikorrenti għal ċerti dokumenti preparatorji tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 1999, li ddikjarat bħala inkompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni intiża għall-akkwist tal-kontroll totali ta’ First Choice plc minn Airtours plc (Każ Nru IV/M.1524 Airtours/First Choice), kif ukoll għal dokumenti ppreparati mid-dipartimenti tal-Kummissjoni wara l-annullament ta’ din id-deċiżjoni permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2002, mogħtija fil-kawża T-342/99

    Dispożittiv

    (1)

    Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-9 ta’ Settembru 2008, MyTravel vs Il-Kummissjoni (T-403/05, Ġabra p. II-2027), huwa annullat.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2005) 8461 tal-5 ta’ Settembru 2005, li tiċħad it-talba ppreżentata minn MyTravel Group plc intiża li jingħata aċċess għal ċerti dokumenti preparatorji tal-Kummissjoni fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet, hija annullata sa fejn hija bbażata fuq it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2005) 9763, tat-12 ta’ Ottubru 2005, li tiċħad parzjalment it-talba ppreżentata minn MyTravel Group plc intiża li jingħata aċċess għal ċerti dokumenti preparatorji tal-Kummissjoni fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet, hija annullata sa fejn hija bbażata fuq it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001.

    (4)

    Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni fuq il-motivi tar-rikors ippreżentati quddiemha minn MyTravel Group plc li fir-rigward tagħhom ma tatx deċiżjoni.

    (5)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


    Top