This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0025
Case C-25/07: Judgment of the Court (First Chamber) of 10 July 2008 (reference for a preliminary ruling from the Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (Poland)) — Alicja Sosnowska v Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu (VAT — Directives 67/227/EEC and 77/388/EEC — National legislation determining conditions for repayment of excess VAT — Principles of tax neutrality and proportionality — Special derogating measures)
Kawża C-25/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l- 10 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu — Repubblika tal-Polonja) — Alicja Sosnowska vs Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu (VAT — Direttivi 67/227/KEE u 77/388/KEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi regoli għal rifużjonijiet ta' VAT eċċessiva — Prinċipji ta' newtralità fiskali u ta' proporzjonalità — Miżuri speċjali għal deroga)
Kawża C-25/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l- 10 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu — Repubblika tal-Polonja) — Alicja Sosnowska vs Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu (VAT — Direttivi 67/227/KEE u 77/388/KEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi regoli għal rifużjonijiet ta' VAT eċċessiva — Prinċipji ta' newtralità fiskali u ta' proporzjonalità — Miżuri speċjali għal deroga)
ĠU C 260, 11.10.2008, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 260/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu — Repubblika tal-Polonja) — Alicja Sosnowska vs Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu
(Kawża C-25/07) (1)
(VAT - Direttivi 67/227/KEE u 77/388/KEE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi regoli għal rifużjonijiet ta' VAT eċċessiva - Prinċipji ta' newtralità fiskali u ta' proporzjonalità - Miżuri speċjali għal deroga)
(2008/C 260/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alicja Sosnowska
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu — Interpretazzjoni tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 5 KE, u ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta' April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, p. 1301), kif ukoll ta' l-Artikoli 18(4) u 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Leġislazzjoni nazzjonali fir-rigward ta' taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ li tipprovdi, f'dak li jirrigwarda ż-żmien li fih trid issir restituzzjoni ta' l-eċċess, modalitajiet inqas favorevoli għall-persuni taxxabbli li jkunu bdew iwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli u jkunu reġistrati bħala persuni taxxabbli li jwettqu provvisti intrakomunitarji — Prinċipji tan-newtralità fiskali u ta' proporzjonalità
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2005/92/KE, tat-12 ta' Diċembru 2005, u l-prinċipju ta' proporzjonalità jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali li, bil-għan li tippermetti l-kontrolli neċessarji sabiex jiġu pprevenuti l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, testendi l-perijodu li l-amministrazzjoni fiskali għandha sabiex tirrifondi t-taxxa eċċessiva fuq il-valur miżjud, lil kategorija ta' persuna taxxabbli, minn 60 għal 180 jum, b'effett mid-data li fiha titressaq id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud mill-persuna taxxabbli, sakemm din ma tkunx iddepożitat depożitu ta' sigurtà ta' PLN 250 000. |
2) |
Dispożizzjonijiet bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxux “miżuri speċjali għal deroga” intiżi sabiex ikunu pprevenuti ċerti tipi ta' evażjoni u ta' evitar ta' taxxa skond l-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata mid-Direttiva 2005/92. |