Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0111

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (14942/2016 – C8-0103/2017 – 2016/0283(APP))

ĠU C 298, 23.8.2018, pp. 291–292 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/291


P8_TA(2017)0111

Qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (14942/2016 – C8-0103/2017 – 2016/0283(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

(2018/C 298/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (COM(2016)0604),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (14942/2016) u r-rettifika tal-Kunsill (14942/2016 COR2),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C8-0103/2017),

wara li kkunsidra l-ftehim fil-prinċipju tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2017 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: L-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' regolament (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 86, 99(1) u 4 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0110/2017);

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 kif stabbilit fl-anness ta' din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  7030/2017 u 7031/2017 COR1.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2016)0309.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2016)0412.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2017)0112.


ANNESS

Abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/… li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, , r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1123.)


Top