This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013IP0544
European Parliament resolution of 10 December 2013 on the draft Council regulation on defining criteria determining when recovered paper ceases to be waste pursuant to Article 6(1) of Directive 2008/98/EC on waste (D021155/01 — 2012/2742(RPS))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ kriterji li jiddeterminaw meta l-karta riċiklata ma tibqax titqies bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (D021155/01 – 2012/2742(RPS))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ kriterji li jiddeterminaw meta l-karta riċiklata ma tibqax titqies bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (D021155/01 – 2012/2742(RPS))
ĠU C 468, 15.12.2016, pp. 33–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 468/33 |
P7_TA(2013)0544
Definizzjoni ta’ kriterji li jiddeterminaw meta l-karta riċiklata ma tibqax titqies bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ kriterji li jiddeterminaw meta l-karta riċiklata ma tibqax titqies bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (D021155/01 – 2012/2742(RPS))
(2016/C 468/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ kriterji li jiddeterminaw meta l-karta riċiklata ma tibqax titqies bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2013)0502), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport xjentifiku u tekniku tal-JRC “End-of-waste criteria for waste paper: technical proposals” (“Kriterji dwar it-tmiem tal-iskart għall-karti għar-rimi: proposti tekniċi”) ta' Marzu 2011; |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/753/UE li tistabbilixxi regoli u metodi ta’ kalkolu biex tkun ivverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bl-isem “Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020” (COM(2011)0021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fid-9 ta' Lulju 2012 mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(4)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 88(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi d-definizzjoni tal-kriterji dwar meta l-iskart ma jibqax skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tista' tkun strument importanti għall-promozzjoni tar-riċiklaġġ u suq għal materja prima sekondarja, u għalhekk tista' ttejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi; |
|
B. |
billi r-Regolament tal-Kunsill propost jistipula li l-karti għar-rimi b'komponent mhux karta ekwivalenti għal 1,5 % ta' piż niexef ta’ arja jew inqas m'għandhomx jibqgħu jitqiesu bħala skart meta jkunu maħsuba għall-użu ta’ fibri tal-karta għall-manifattura tal-karti u meta jissodisfaw ċerti kriterji addizzjonali; |
|
C. |
billi l-karta magħmula minn materjali multipli b’kontenut mhux karta ta’ aktar minn 30 % ta’ piż niexef ta’ arja għandu jitqies fit-totalità tiegħu bħala komponent mhux karta; billi kontenitur tipiku tal-karta magħmul minn materjali multipli jkun fih massimu ta' 30 % ta' komponenti mhux karta (24 % ta' polietilen, 6 % ta' aluminju) u għalhekk ma jgħoddx bħala komponent mhux karta; b'riżultat ta' dan, il-fluss ta' karti għar-rimi jista' jkun fih kwalunkwe ammont ta' kontenituri tal-karta magħmula minn materjali multipli (b'kontenut għoli ta' komponenti mhux karta kif ukoll kontenut mhux negliġibbli ta' likwidi, ikel u materjal organiku ieħor imwaħħal miegħu) u ma jibqax jitqies bħala skart, iżda bħala prodott; |
|
D. |
billi skont l-Artikolu 3, punt 17 tad-Direttiva 2008/98/KE, “riċiklaġġ” hija definita bħala “kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra”. |
|
E. |
billi, l-abbozz ta' regolament qed jiddefinixxi l-punt meta l-iskart ma jibqax jitqies bħala tali, bħala l-punt meta l-karta rkuprata tkun intiża għall-użu ta' fibri tal-karta għall-manifattura tal-karta, u għalhekk iqiegħed dan il-punt qabel ir-riproċessar proprja fil-fabbrika tal-karti; billi dan huwa f'kunflitt mad-definizzjoni eżistenti ta' “riċiklaġġ” li tirrikjedi r-riproċessar tal-materjal ta’ skart; |
|
F. |
billi, tali materjal ta' skart wara li jinġabar u jiġi separat ikun biss preproċessat (mhux riproċessat) u ma jistax jintuża mingħajr riproċessar ulterjuri; |
|
G. |
billi jekk id-definizzjoni tal-punt meta l-iskart ma jibqax jitqies bħala tali tiġi stabbilita qabel ma jsir effettivament ir-riċiklaġġ dan joħloq problemi fir-riwgard tal-korp tal-liġi tal-Komunità bħal pereżempju l-ekotikkettar, l-akkwist pubbliku, l-ekodisinn u r-REACH fejn “riċiklaġġ” tirreferi għal operazzjoni li tirriżulta fi prodott riċiklat lest biex jintuża u, barra minn hekk, tikkontradixxi l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/753/UE fejn issir differenza ċara bejn “preproċessar” u “riċiklaġġ finali”; |
|
H. |
billi skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, ċertu skart speċifikat m'għandux jibqa' skart meta jkun għadda minn proċess ta' rkupru, inkluż riċiklaġġ, u jkun konformi ma' kriterji speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu; dawk il-kundizzjoni jinkludu a) li s-sustanza jew l-oġġett jissodisfaw il-leġiżlazzjoni u l-istandards eżistenti applikabbli għall-prodotti (Artikoli 6(1c)) u b) li l-użu tas-sustanza jew l-oġġett ma jwassalx għal impatti li b'mod globali jkunu negattivi għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem (Artikolu 6(1d)); |
|
I. |
billi l-livell limitu għall-komponent mhux karta ta' 1,5 % huwa bbażat fuq l-istandard Ewropew EN 643; billi skont l-istudju tal-JRC, dan l-istandard huwa element ċentrali fil-kummerċ tal-karti għar-rimi" u "jispeċifika lista ta' gradi standard ta' skart Ewropej; billi l-użu ta' dan l-istandard biex jiġu stabbiliti l-kriterji għal meta l-iskart ma jibqax skart imur, b'mod ċar, kontra l-Artikolu 6(1c) tad-Direttiva 2008/98/KE, li jirrefereri b'mod espliċitu għal “standards […] applikabbli għall-prodotti”, u mhux għal standards applikabbli għall-iskart; |
|
J. |
billi l-istandards rilevanti għal prodott tal-karta, bħal pereżempju l-ISO 1762 għal impuritajiet organiċi, l-ISO 5350/1 & 5350/2 għal ħmieġ li jidher u l-ISO 624 għal sustanzi estratti (karboidrati b'piż molekulari baxx) jirrikjedu livell ta' purità ta' 1 ppm – 15 000 darba inqas mil-livell propost; |
|
K. |
billi l-inklużjoni ta' karta magħmula minn materjali multipli tmur kontra r-rakkomandazzjoni espliċita fl-istudju tal-JRC li teskludi l-karti għar-rimi b'diversi saffi mill-ambitu tal-kriterji dwar meta l-iskart ma jibqax skart minħabba r-riskju ambjentali intrinsiku addizzjonali li joħoloq f'każ li l-materjal jiġi esportat, speċjalment barra mill-UE; |
|
L. |
billi, kif deskritt fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, fil-każ ta' esportazzjonijiet mill-Komunità, l-awtorità kompetenti li tibgħat fil-Komunità għandha teħtieġ u tirsisti biex kwalunkwe skart esportat ikun ġestit b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent fil-pajjiżi terz ta' destinazzjoni, inter alia, billi jkun jista' jintwera b'mod ċar li l-faċilità li tilqa' l-iskart se topera b'konformità mal-istandards ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent li huma ekwivalenti b'mod wiesa' għall-istandards stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità; |
|
M. |
billi jekk jingħata l-istatus ta' tmiem tal-iskart għall-karti użati, inklużi l-karti għar-rimi magħmula minn materjali multipli, qabel ma jkunu ġew riċiklati kif xieraq, dan il-materjal ikun jista' jiġi kkummerċjalizzat liberament fis-swieq globali u s-salvagwardji tar-Regolament dwar il-Ġarr tal-Iskart fir-rigward tal-ġestjoni ambjentalment soda ma jibqgħux japplikaw; billi l-eżenzjoni ta' flussi tal-iskart b'livell għoli ta' materjal mhux karta, li barra minn hekk imur sew lil hinn mil-livell limitu ta' 1,5 % minħabba ma tibqax titqies il-karta magħmula minn materjali multipli, mir-rekwiżiti tar-regolament dwar il-ġarr tal-iskart taf tmur kontra b'mod ċar l-Artikolu 6(1d) tad-Direttiva 2008/98/KE li jgħid li l-użu tas-sustanza m'għandux iwassal għal impatti ambjentali negattivi; |
|
N. |
billi s-sistema ta' mmaniġġjar proposta li turi l-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3 tal-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill, u b'mod partikolari id-dispożzizzjoni li l-materjal mhux karta f'kunsinni ta' karta magħmula minn materjali multipli destinat għall-irkupru, probabbli li kważi impossibbli li tiġi implimentata għal skart li ma għadux skart u għalhekk huwa liberu li jiġi kkumerċjalizzat, possibilment jgħaddi minn id għall-oħra bosta drabi, u f'kull każ ma jeħtieġx aktar trattament korrett mill-aspett ambjentali tal-materjal ikkonċernat; |
|
O. |
billi l-istimulazzjoni ta' żieda fil-kummerċ globali ta' din il-karta li allegatament “m'għadhiex skart” billi jiġu evitati s-salvagwardji ta' protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mhux biss ikollha impatt ambjentali negattiv addizzjonali, iżda tista' twassal ukoll għal tnaqqis tar-rata Ewropea ta' riċiklaġġ ta' karti minħabba tnaqqis fid-disponibilità ta' karti għar-rimi, b'mod li l-produtturi tal-karta jaf ikollhom jissostitwixxu għall-inqas parzjalment, bi produzzjoni ikbar ta' produzzjoni bbażata fuq fibri ġodda fl-Ewropa, b'input enerġetiku ikbar u b'iktar emissjonijiet relatati ta' CO2, u dan ukoll imur kontra l-kriterju li jiġu evitati impatti ambjentali globali negattivi; |
|
P. |
billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ewropa effiċjenti fir-riżorsi” tinkludi strateġija biex l-UE ssir “ekonomija ċirkolari”, bbażata fuq soċjetà ta' riċiklaġġ bl-għan li titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart u sabiex l-iskart jintuża bħala riżorsa; billi t-titjib ulterjuri fir-rati ta' riċiklaġġ fl-UE jaf jiddgħajjef b'mod serju bil-kriterji proposti għal meta l-iskart ma jibqax skart, u l-proposta attwali għalhekk tmur kontra l-Artikolu 6(1d) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
|
1. |
Jopponi l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta ċerti tipi ta’ karta riċiklata ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart; |
|
2. |
Iqis li dan l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill mhuwiex kompatibbli mal-għan u l-kontenut tal-att bażiku; |
|
3. |
Iqis li l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill jeċeedi s-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni skont l-att bażiku; |
|
4. |
Iqis li l-Kummissjoni ma vvalutatx sew l-impatti tal-abbozz ta' Regolament dwar ir-riċiklaġġ tal-karti, il-katina tal-valur ta' karti għar-rimi, il-ġarr ta' karti għar-rimi u l-effetti ġenerali tal-abbozz ta' Regolament tal-ambjent; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-abbozz ta' Regolament u ttejjeb il-kriterji proposti għal meta l-iskart ma jibqax skart fid-dawl tal-oġġezzjonijiet imqajma minn din ir-riżoluzzjoni; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(2) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
(3) ĠU L 310, 25.11.2011, p. 11.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.