This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AP0585
European Parliament legislative resolution of 12 December 2013 on the Council position at first reading with a view to the adoption of a regulation of the European Parliament and of the Council amending certain regulations relating to the common commercial policy as regards the procedures for the adoption of certain measures (13283/1/2013 — C7-0411/2013 — 2011/0039(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13283/1/2013 – C7-0411/2013 – 2011/0039(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13283/1/2013 – C7-0411/2013 – 2011/0039(COD))
ĠU C 468, 15.12.2016, pp. 337–339
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 468/337 |
P7_TA(2013)0585
Emenda ta' ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13283/1/2013 – C7-0411/2013 – 2011/0039(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2016/C 468/79)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13283/1/2013 – C7-0411/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0082), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0421/2013), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Istati Membri u tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
4. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mad-dikjarazzjonijiet kollha mehmuzin ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 126.
ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta fir-rigward tal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li l-inklużjoni tal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 hi ġustifikata esklużivament abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dawk ir-Regolamenti qabel l-emendar tagħhom minn dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza, l-inklużjoni ta' dispożizzjoni, bħal dawk l-Artikoli, hi eċċezzjonali għal dawk iż-żewġ Regolamenti u mhix preċedent għall-abbozzar ta' leġislazzjoni futura.
Għall-finijiet ta' ċarezza, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jifhmu li l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 ma jintroduċux proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet li huma differenti minn jew b'żieda ma' dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Dikjarazzjoni tal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 f'konnessjoni mal-proċedimenti ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009
Meta Stat Membru jissuġġerixxi emenda fir-rigward ta' abbozz ta' miżuri ta' dazju jew rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009 (ir-“Regolamenti Bażiċi”), skont l-Artikolu 3(4) jew l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 hu għandu:
|
(a) |
jiżgura li l-emenda tiġi proposta fil-waqt, b'mod li jkunu rispettati l-iskadenzi fir-Regolamenti Bażiċi u li tiġi riflessa n-neċessità għall-Kummissjoni li tingħata żmien suffiċjenti biex twettaq kwalunkwe proċedura neċessarja ta' żvelar, tiskrutinizza sew il-proposta, u biex il-Kumitat jeżamina kwalunkwe abbozz ta' miżura emendata proposta; |
|
(b) |
jiżgura li l-emenda proposta hi konsistenti mar-Regolamenti Bażiċi kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali rilevanti; |
|
(c) |
jipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub li mill-inqas tkun tindika kif l-emenda ssuġġerita tirrelata mar-Regolamenti Bażiċi u mal-fatti stabbiliti fl-investigazzjoni, iżda jista' wkoll ikun fiha argumenti oħrajn ta' sostenn li l-Istat Membru li jipproponi l-emenda jqis adatti. |
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
f'konnessjoni mal-proċedimenti ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li l-Istati Membri jirċievu informazzjoni fejn previst fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009 (ir-“Regolamenti Bażiċi”) sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet kompletament informati u ser taġixxi biex tikseb dan l-objettiv.
* * *
Sabiex ma jkunx hemm dubju, il-Kummissjoni tifhem ir-referenza għal konsultazzjonijiet fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 bħala li jeħtieġu lill-Kummissjoni, ħlief f'każijiet ta' urġenza estrema, tfittex il-fehmiet tal-Istati Membri qabel ma tadotta dazji proviżorji rigward l-anti-dumping jew kumpensatorji.
* * *
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li hi timmaniġġja b'mod effettiv l-aspetti kollha tal-proċeduri ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009, inkluża l-possibbiltà li l-Istati Membri jissuġġerixxu emendi, sabiex ikun żgurat li l-iskadenzi stabbiliti fi, u l-obbligi lejn il-partijiet interessati maħluqa mir-Regolamenti Bażiċi jiġu rispettati u li kwalunkwe miżura finalment imposta tkun konsistenti mal-fatti stabbiliti mill-investigazzjoni u r-Regolamenti Bażiċi kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kodifikazzjoni
L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri li jinvolvu numru sostanzjali ta' emendi għall-atti kkonċernati. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni ser tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba dawk iż-żewġ Regolamenti jiġu adottati, u mill-inqas qabel l-1 ta' Ġunju 2014.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar atti delegati
Fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri, il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn li ħadet fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi lill-Parlament l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar il-laqgħat tagħha ma' esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha dwar it-tħejjija tal-atti delegati.