This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AP0527
European Parliament legislative resolution of 10 December 2013 on the draft Council Decision on the conclusion of the Protocol setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Agreement between the European Union and the Republic of Côte d’Ivoire (2013-2018) (08701/2013 — C7-0216/2013 — 2013/0102(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (2013-2018) (08701/2013 – C7-0216/2013 – 2013/0102(NLE))

ĠU C 468, 15.12.2016, p. 223–223
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 468/223 |
P7_TA(2013)0527
Protokoll bejn l-UE u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (2013-2018) (08701/2013 – C7-0216/2013 – 2013/0102(NLE))
(Approvazzjoni)
(2016/C 468/41)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (08701/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (2013-2018) (08699/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0216/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0416/2013), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament Ewropew informazzjoni relevanti dwar il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt kif ipprovdut fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, b'mod partikolari l-minuti u l-konklużjonijiet korrispondenti, flimkien ma' rapport annwali dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni prattika tal-programm ta' appoġġ settorjali pluriennali msemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni, waqt is-sena finali tal-validità tal-Protokoll u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ex-post li jkun jinkludi fih analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-Protokoll; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire. |