TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI
|
EMENDA
|
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2 a (ġdida)
|
|
(2a)
|
Fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew innota li kienet meħtieġa l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini minn pajjiżi terzi. F'dak ir-rigward, iddikjara b'mod partikolari li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura trattament ġust taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi li huma residenti legalmet fit-territorju tal-Istati Membri u li politika ta' integrazzjoni aktar enerġetika għandha timmira li tagħtihom drittijiet u obbligi simili għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni.
|
|
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 3
|
(3)
|
Il-Kunsill Ewropew ta' Liżbona ta' Marzu 2000 stipula l-għan għal-Komunità li ssir l-ekonomija msejsa fuq l-għarfien l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja sa l-2010.
|
|
(3)
|
Il-Kunsill Ewropew ta' Liżbona f'Marzu 2000 stipula għall-Komunità l-objettiv li ssir l-ekonomija msejsa fuq l-għarfien l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja sa l-2010,
li tkun kapaċi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli b'impjiegi aktar u aħjar u b'koeżjoni soċjali akbar. Il-miżuri maħsuba biex jattiraw u jżommu lill-ħaddiema bi kwalifiki għoljin li ġejjin minn pajjiżi terzi bħala parti minn approċċ imsejjes fuq il-bżonnijiet tal-Istati Membri għandhom jitqiesu fil-kuntest usa' stabbilit mill-Istrateġija ta' Liżbona u mil-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi
.
|
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 5 a (ġdida)
|
|
(5a)
|
F'suq tax-xogħol dejjem aktar globalizzat, l-Unjoni Ewropea għandha ssir aktar attraenti għall-ħaddiema, b'mod partikolari il-ħaddiema bi kwalifiki għolja minn pajjiżi terzi. Dan l-objettiv jista' jintlaħaq b'mod aktar effettiv bl-għoti ta' privileġġi, pereżempju derogi partikulari, u billi jagħmluha possibbli li jkun hemm aċċess aktar faċli għall-informazzjoni relevanti.
|
|
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 6
|
(6)
|
Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Proċess ta' Liżbona huwa importanti wkoll li titħaddan il-mobilità ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja li huma ċittadini tal-UE fi ħdan l-Unjoni, b'mod partikolari mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007. Bl-implimentazzjoni
ta' din id-Direttiva,
l-Istati Membri huma marbuta li jirrispettaw
il-prinċipju ta' preferenza tal-Komunità kif espress b'mod partikolari fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Atti ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u l-25 ta' April 2005.
|
|
(6)
|
Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Proċess ta' Liżbona huwa importanti wkoll li titħaddan il-mobilità ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja li huma ċittadini tal-UE fi ħdan l-Unjoni, b'mod partikolari mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007. Meta
tiġi implimentata
din id-Direttiva, il-prinċipju tal-preferenza tal-Komunità kif espress b'mod partikolari fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Atti ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u l-25 ta' April 2005
għandu jkun irrispettat
.
|
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 10
|
(10)
|
Din id-Direttiva għandha tipprovdi għal sistema ta' dħul flessibbli li tiddependi fuq id-domanda, ibbażata fuq kriterji oġġettivi bħal-limitu minimu ta' salarju kumparabbli mal-livelli ta' salarji fl-Istati Membri u fuq
kwalifiki professjonali.
Id-definizzjoni ta' denominatur komuni minimu għall-limitu nazzjonali ta' salarji
huwa meħtieġ biex ikun żgurat
livell minimu ta' armonizzazzjoni fil-kondizzjonijiet ta' dħul fl-UE kollha. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-livell nazzjonali tagħhom skond is-sitwazzjoni tas-swieq tax-xogħol rispettivi tagħhom u l-politiki ta' immigrazzjoni ġenerali tagħhom
.
|
|
(10)
|
Din id-Direttiva għandha tipprovdi għal sistema ta' dħul flessibbli li tiddependi fuq id-domanda, ibbażata fuq kriterji oġġettivi bħal m'huma l-kwalifiki professjonali.
L-applikazzjoni tal-prinċipju ta' 'salarju ugwali għall-istess xogħol
' hija meħtieġa biex ikun żgurat
li ċ-ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini ta' pajjżi terzi jkunu trattati l-istess
.
|
|
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 11
|
(11)
|
F'dak li jirrigwarda d-derogi mill-iskema prinċipali tal-livelli tas-salarji għall-applikanti bi kwalifiki għolja taħt it-30 sena li, minħabba l-esperjenza professjonali limitata tagħhom u l-pożizzjoni tagħom fis-suq tax-xogħol, jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' salarju tal-iskema ewlenija jew, għal dawk li kisbu l-kwalifiki tagħhom ta' edukazzjoni ogħla fl-Unjoni Ewropa.
|
|
imħassar
|
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 15 a (ġdida)
|
|
(15a)
|
Fil-każ tal-mobilità intrakomunitarja minn Stat Membru għal ieħor wara t-tiġdid tal-Karta Blu tal-UE, l-ivvjaġġar transkonfinali lejn ix-xogħol u lura tista' tkun għażla għad-detentur tal-Karta Blu tal-UE. Peress li l-Karta Blu tal-UE tiġbor fiha nfisha permess tax-xogħol u tar-residenza, din ma toffrix l-għażla li wieħed jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor għal raġunijiet ta' xogħol u lura filwaqt li jkollu r-residenza tiegħu fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-Karta Blu tal-UE. Il-possibilità ta' vvjaġġar transkonfinali lejn ix-xogħol u lura għandha tkun indirizzata mid-Direttiva tal-Kunsill …/…/KE ta' … dwar proċedura ta' applikazzjoni unika għal permess uniku biex ċittadini ta' pajjiżi terzi jirresjedu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru u dwar ġabra komuni ta' drittijiet għal ħaddiema ta' pajjizi terzi li jkunu jgħixu legalment fi Stat Membru.
|
|
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 17
|
(17)
|
Il-mobilità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja bejn il-Komunità u l-pajjiż ta' oriġini tagħhom għandha titrawwem u tiġi appoġġjata. Id-derogi mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti għat-tul għandhom ikunu previsti sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' assenza mit-territorju tal-Komunità li m'huwiex ikkunsidrat għall-kalkolu tal-perjodu ta' residenza legali u kontinwa neċessarja għall-eliġibilità għall-istatus ta' resident tal-KE għat-tul. Perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE għandhom jingħataw wara ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja jkunu kisbu l-istatus ta' residenza tal-KE għat-tul. B'mod partikolari, biex titħeġġeġ il-migrazzjoni ċirkolari ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li joriġinaw mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta' possibilitajiet offruti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex tippermetti perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza b'mod partikolar mal-iżvilupp għaddej tal-għanijiet, dawn id-derogi għandhom japplikaw biss jekk jista' jiġi ppruvat li l-persuna kkonċernata rritornat lura għall-pajjiżha
għal raġunijiet ta' xogħol, studju jew attivitajiet ta' volontarjat
.
|
|
(17)
|
Il-mobilità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja bejn il-Komunità u l-pajjiż ta' oriġini tagħhom għandha titrawwem u tiġi appoġġjata. Id-derogi mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti għat-tul għandhom ikunu previsti sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' assenza mit-territorju tal-Komunità li m'huwiex ikkunsidrat għall-kalkolu tal-perjodu ta' residenza legali u kontinwa neċessarja għall-eliġibilità għall-istatus ta' resident tal-KE għat-tul. Perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE għandhom jingħataw wara ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja jkunu kisbu l-istatus ta' residenza tal-KE għat-tul. B'mod partikolari, biex titħeġġeġ il-migrazzjoni ċirkolari ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li joriġinaw mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta' possibilitajiet offruti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex tippermetti perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza b'mod partikolari mal-iżvilupp li għaddej tal-għanijiet, dawn id-derogi għandhom japplikaw biss jekk jista' jiġi ppruvat li l-persuna kkonċernata rritornat lura għall-pajjiż ta' oriġini tagħha.
|
|
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 20
|
(20)
|
Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri
għandhom joqgħodu lura milli jwettqu reklutaġġ attiv f'setturi li qed ibgħatu minn nuqqas ta' riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw
. Politiki u prinċipji ta' reklutaġġ etiku
applikabbli għall-imjegati tas-settur pubbliku u privat għandu jiġi żviluppat partikolarment fis-settur tas-saħħa, kif enfasizzat fil-konklużjoni tal-Kunsill u l-Istati Membri fl-14 ta' Mejju 2007 dwar il-Programm Ewropew għal Azzjoni biex jiġi indirizzat in-nuqqas kritiku ta' ħaddiema tas-saħħa fil-pajjżi li qed jiżviluppaw (2007-2013). Dawn għandhom
jissaħħu bl-iżvilupp ta' mekkaniżmi, linji gwida u għodod oħra biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni ċirkolari u termporanja,
kif ukoll miżuri oħra li jnaqqsu l-effetti negattivi u jżidu l-effetti pożittiv ta' immigrazzjoni ta' kapaċità għolja fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw
. Kwalunkwe intervent ta' dan it-tip għandu jittieħed konformi mal-linji tad-Dikjarazzjoni Konġunta Afrika-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, adottata fi Tripli fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006bil-għan li tistabbilixxi politika komprensiva ta' migrazzjoni kif stabbilit mill-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006.
|
|
(20)
|
Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri
m'għandhomx ifittxu b'mod attiv li jattiraw ħaddiema kkwalifikati ħafna fis-setturi li diġà huma soġġetti, jew huma mistennija li jkunu soġġetti, għal nuqqas ta' ħaddiema kkwalifikati ħafna fil-pajjiż terz. Dan japplika għas-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni b'mod partikulari. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ftehimiet ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi bil-għan li jkunu ssalvagwardjati kemm il-ħtiġijiet tal-Unjoni kif ukoll l-iżvilupp tal-pajjiżi terzi li minn jiġu immigranti kkwalifikati ħafna. Il-ftehimiet ta' koperazzjoni għandhom jinkludu
politiki u prinċipji ta' reklutaġġ etiku u għandhom jissaħħu bl-iżvilupp ta' mekkaniżmi, linji gwida u għodod oħra biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni ċirkolari u termporanja
li biha immigranti li jkunu kwalifikati ħafna jkunu jistgħu jerġgħu lura lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom
. Kwalunkwe intervent ta' dan it-tip għandu jsir f'konformità mal-linji tad-Dikjarazzjoni Konġunta Afrika-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, adottata fi Tripli fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006
u l-konklużjonijiet tal-ewwel laqgħa tal-Forum Globali dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp li sar f'Lulju 2007
, u bil-għan li tkun stabbilita politika komprensiva tal-migrazzjoni kif intalab mill-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006.
Barra minn hekk, l-Istati Membri, f'koperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini, għandhom joffru appoġġ konkret għat-taħriġ ta' professjonisti f'setturi ewlenin li jkunu ddgħajfu minħabba l-eżodu ta' dawk li jkollhom it-talent
.
|
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 — punt b
|
(b)
|
“impjieg bi kwalifiki għolja”jfisser l-eżerċizzju ta' xogħol ġenwin u effettiv taħt id-direzzjoni ta' xi ħadd ieħor għal liema persuna titħallas u li għalih huwa meħtieġ kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla
jew minimu ta' tliet snin esperjenza professjonali
;
|
|
(b)
|
“impjieg bi kwalifiki għolja”tfisser l-eżerċizzju ta' xogħol ġenwin u effettiv
bħala impjegat
taħt id-direzzjoni ta' xi ħadd ieħor li għalih persuna titħallas u li għalih huma meħtieġa kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla jew
kwalifiki professjonali ogħla
;
|
|
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 — punt c
|
(c)
|
Il-“Karta Blu tal-UE” tfisser l-awtorizzazzjoni bl-isem ta' “Karta Blu tal-UE” li tintitola d-detentur jirresjedi u jaħdem legalment fit-territorju tagħha u jiċċaqlaq għal Stat Membru ieħor għal impjieg bi kwalifiki għolja
skond il-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva
;
|
|
(c)
|
Il-“Karta Blu tal-UE” tfisser l-awtorizzazzjoni bl-isem ta' “Karta Blu tal-UE” li tintitola d-detentur tagħha biex jirresjedi u jaħdem legalment fit-territorju tagħha u,
skont il-Kapitolu V
, biex jiċċaqlaq għal Stat Membru ieħor għal impjieg bi kwalifiki għolja;
|
|
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 — punt f
|
(f)
|
“membri tal-familja”jfisser iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi skond id-definizzjoni f'Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/86/KE.
|
|
(f)
|
“membri tal-familja”tfisser iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi skont id-definizzjoni f'Artikolu 4(1),
4(2)(b) u 4(3)
tad-Direttiva 2003/86/KE;
|
|
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 — punt g
|
(g)
|
“kwalifika ta' edukazzjoni ogħla” tfisser kwalunkwe lawrea, diploma jew ċertifikat ieħor maħruġ
minn
awtorità kompetenti li jiddikjara t-tmiem b'suċċess ta' programm ta' edukazzjoni ogħla, notevolment għadd ta' korsijiet ipprovduti minn stabbiliment edukattiv magħruf bħala istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla mill-Istat li jinsab fih. Dawn il-kwalifiki jiġu kkunsidrati, għall-iskop ta' din id-Direttiva, fuq kondizzjoni li l-istudji meħtieġa biex jinkisbu damu minimu ta' tliet snin.
|
|
(g)
|
“kwalifika ta' edukazzjoni ogħla” tfisser kwalunkwe lawrea, diploma jew ċertifikat ieħor maħruġ
minn pajjiż terz u sussegwentement rikonoxxut mill
-awtorità kompetenti
ta' Stat Membru
li jiċċertifika t-tmiem b'suċċess ta' programm ta' edukazzjoni ogħla, jiġifieri għadd ta' korsijiet ipprovduti minn stabbiliment edukattiv magħruf bħala istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla mill-Istat li jinsab fih. Dawn il-kwalifiki jiġu kkunsidrati, għall-iskop ta' din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li l-istudji meħtieġa biex jinkisbu damu minimu ta' tliet snin.
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, sabiex issir evalwazzjoni dwar jekk ċittadin ta' pajjiż terz għandux edukazzjoni ogħla, għandha ssir referenza għall-Klassifika Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED) 1997 livelli 5a u 6
;
|
|
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 — punt h
|
(h)
|
“kwalifiki professjonali għolja” jfisser kwalifiki ċċertifikati b'evidenza ta'
kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla jew ekwivalenti ta' minimu ta' tliet snin esperjenza professjonali
;
|
|
(h)
|
“kwalifiki professjonali għolja” jfisser kwalifiki ċċertifikati b'evidenza ta'
mill-inqas ħames snin ta' esperjenza professjonali ta' livell komparabbli ma' kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla, inklużi għall-anqas sentejn f'pożizzjoni superjuri
;
|
|
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 — punt i
|
(i)
|
“esperjenza professjonali” tfisser iż-żmien attwali u legali fil-professjoni kkonċernata.
|
|
(i)
|
“esperjenza professjonali” tfisser iż-żmien attwali u legali fil-professjoni kkonċernata,
iċċertifikat bi kwalunkwe dokument maħruġ mill-awtoritajiet pubbliċi, pereżempju ċertifikat ta' impjieg, ċertifikat ta' assigurazzjoni soċjali jew ċertifikat tat-taxxa
;
|
|
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 — punt ia (ġdid)
|
|
(ia)
|
“professjoni regolata” tfissru attività professjonali jew grupp ta' attivitajiet professjonali li l-aċċess għalihom, l-eżerċizzju tagħhom jew wieħed mill-modi ta' eżerċizzju tagħhom huwa suġġett, direttament jew indirettament, bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi għall-pussess ta' kwalifiki professjonali speċifiċi; b'mod partikolari, l-użu ta' titlu professjonali ristrett minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi għad-detenturi ta' ċerti kwalifiki professjonali partikulari jikkostitwixxi mod ta' eżerċizzju tal-attività.
|
|
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 — paragrafu 1
|
1.
|
Din id-Direttiva għandha tapplika lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għad-dħul fit-territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja.
|
|
1.
|
Din id-Direttiva għandha tapplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għad-dħul fit-territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja
kif ukoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma diġà legalment residenti skont skemi oħra fi Stat Membru u li japplikaw biex ikollhom Karta Blu tal-UE
.
|
|
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 — paragrafu 2 — punt a
|
(a)
|
jirresjedu fi Stat Membru bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew taħt skemi ta' protezzjoni temporanji;
|
|
(a)
|
jirresjedu fi Stat Membru bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew taħt skemi ta' protezzjoni temporanji
jew li, f'kull wieħed minn dawn il-każijiet, ikunu applikaw għal permess ta' residenza u li ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni dwar l-istatus tagħhom
;
|
|
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 — paragrafu 2 — punt b
|
(b)
|
jkunu
refuġjati jew
ikunu applikaw għar-rikonoxximent bħala refuġjati u li l-applikazzjoni tagħhom tkun għada ma tatx lok għal deċiżjoni finali;
|
|
(b)
|
ikunu applikaw għar-rikonoxximent bħala refuġjati u li l-applikazzjoni tagħhom tkun għadha ma tatx lok għal deċiżjoni finali;
|
|
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 — paragrafu 2 — punt f
|
(f)
|
li jidħlu fi Stat Membru taħt impenji li jinsabu fi ftehim internazzjonali li jiffaċilita d-dħul u r-residenza temporanja ta' persuni naturali minn ċerti kategoriji ta' negozju u relatati mal-investiment;
|
|
(f)
|
li jidħlu fi Stat Membru taħt impenji li jinsabu fi ftehima internazzjonali li tiffaċilita d-dħul u r-residenza temporanja ta' ċerti kategoriji ta' persuni naturali tan- negozju u relatati mal-investiment,
b'mod partikolari, impjegati trasferiti internament f'kumpanija, dawk li jipprovdu servizzi kontrattwali u apprendisti bi kwalifiki edukattivi ogħla li huma koperti mill-obbligi tal-Komunità skond il-Ftehima Ġenerali dwar il-Kummerċ tas-Servizzi (GATS)
;
|
|
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 — paragrafu 2 — punt ga (ġdid)
|
|
(ga)
|
li jkunu ngħataw permess jidħlu fit-territorju ta' Stat Membru bħala ħaddiema staġjunali.
|
|
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 — paragrafu 3
|
3.
|
Din id-Direttiva hija bla ħsara għal kwalunkwe ftehim futur bejn il-Komunità jew bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u pajjiż jew pajjiżi terzi fuq naħa oħra, li jagħmlu lista tal-professjonijiet li ma jaqgħux taħt din id-Direttiva sabiex jiżgura reklutaġġ etiku, f'setturi li fihom hemm nuqqas ta' persunal, billi jitħarsu r-riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, firmatarji ta' dawn il-ftehimiet.
|
|
3.
|
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe ftehim futur bejn il-Komunità jew bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u pajjiż jew pajjiżi terzi fuq naħa oħra, li jagħmlu lista tal-professjonijiet li ma jaqgħux taħt din id-Direttiva sabiex ikun żgurat reklutaġġ etiku, f'setturi li jkunu qed ibatu min- nuqqas ta' persunal,
f'setturi vitali għall-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp tan-NU, b'mod partikulari s-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni, u fis-setturi vitali għall-kapaċità tal-pajjiżi terzi li jwasslu servizzi soċjali bażiċi
, billi jitħarsu r-riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, firmatarji ta' dawn il-ftehimiet.
|
|
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 — paragrafu 2
|
2.
|
Din id-Direttiva ma taffettwax id-dritt ta' Stati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli dwar
kondizzjonijiet ta' dħul u residenza għal
persuni li tapplika,
ħlief għad-dħul fl-ewwel
Stat Membru.
|
|
2.
|
Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet dwar persuni li għalihom tapplika
din id-Direttiva
li jkunu iktar favorevoli
mid-dispożizzjonijiet li ġejjin
:
|
|
|
(a)
|
l-Artikolu 5 (2) fil-każ ta' residenza fit-tieni
Stat Membru;
|
|
|
(b)
|
l-Artikoli 12, 13(1) u (2), 14, 16, 17(4) u 20.
|
|
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 — paragrafu 1 — punt a
|
(a)
|
jippreżenta kuntratt
validu
ta' xogħol jew offerta ta' impjieg li torbot ta' minimu sena fl-Istat Membru kkonċernat;
|
|
(a)
|
jippreżenta kuntratt ta' xogħol
għal impjieg bi kwalifika għolja li jkun validu skont il-liġi nazzjonali
jew offerta ta' impjieg li torbot ta' mill-inqas sena fl-Istat Membru kkonċernat;
|
|
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 — paragrafu 1 — punt c
|
(c)
|
għall-professjonijiet mhux irregolati, jippreżenta d-dokumenti li jiċċertifikaw il-kwalifiki professjonali għolja rilevanti fl-attività professjonali jew is-settur speċifikat fil-kuntratt ta' xogħol jew fl-offerta ta' impjieg li torbot;
|
|
imħassar
|
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 — paragrafu 1 — punt e
|
(e)
|
jippreżenta prova li għandu assigurazzjoni għall-mard għall-applikant u għall-familja tiegħu/tagħha għar-riskji kollha normalment koperti għaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat għall-perjodi fejn kopertura minn assigurazzjoni u l-benefiċċji ekwivalenti m'humiex ipprovduti b'konnessjoni ma' kuntratt tax-xogħol, jew jirriżultaw minnu.
|
|
(e)
|
jippreżenta prova li għandu assigurazzjoni għall-mard għall-applikant u għall-familja tiegħu/tagħha għar-riskji kollha normalment koperti għaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat għall-perjodi fejn kopertura minn assigurazzjoni u l-benefiċċji
tal-assigurazzjoni tal-mard
ekwivalenti m'humiex ipprovduti b'konnessjoni ma' kuntratt tax-xogħol, jew jirriżultaw minnu.
|
|
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 — paragrafu 1 — punt (f)
|
(f)
|
li l-persuna kkonċernata ma tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.
|
|
(f)
|
li l-persuna kkonċernata,
minħabba raġunijiet li jistgħu jintwerew b'mod oġġettiv
, ma tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.
|
|
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 — paragrafu 2
|
2.
|
Barra mill-kondizzjonijiet stipulati fl-1 paragrafu, is-salarju gross fix-xahar speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew offerta ta' impjieg li torbot m'għandhiex tkun inqas
mill-livell
nazzjonali
ta' salarju
definit u ppublikat għall-iskop tal-Istati Membri li għandu jkun mill-inqas
tliet
darbiet il-minimu tal-paga
minima
gross
kif stipulat fil-liġi nazzjonali
.
|
|
2.
|
Barra mill-kondizzjonijiet stipulati fl-1 paragrafu, is-salarju gross fix-xahar speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew offerta ta' impjieg li torbot m'għandux ikun inqas
minn livell
nazzjonali definit u ppublikat għal dan l-iskop mill-Istati Membri li għandu jkun mill-inqas
1,7
darbiet tal-paga gross fix-xahar
jew tal-pagi medji annwali fl-Istat Membru konċernat, u m'għandux ikun inqas mill-pagi li japplikaw għal ħaddiem kumparabbli fil-pajjiż ospitanti
.
|
|
L-Istati Membri fejn il-pagi minimi m'humiex iddefiniti għandhom jistabbilixxu l-livell nazzjonali ta' salarju sabiex ikun mill-inqas tliet darbiet id-dħul minimu li bih iċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat huma intitolati għal għajnuna soċjali f'dak l-Istat Membru.
|
|
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 5a (ġdid)
|
|
Artikolu 5a
Nevitaw nuqqas ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja f'pajjiżi terzi
L-Istati Membri m'għandhomx ifittxu b'mod attiv li jattiraw ħaddiema bi kwalifiki għolja fis-setturi li diġà huma suġġetti, jew huma mistennija li jkunu suġġetti, għal nuqqas ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja fil-pajjiż terz. Dan japplika għas-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni b'mod partikulari.
|
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 6
|
Artikolu 6
|
imħassar
|
Deroga
|
|
Jekk l-applikazzjoni hija ppreżentata minn ċittadin ta' pajjiż terz ta' inqas minn 30 sena u li għandu kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla, japplikaw id-derogi li ġejjin:
|
|
(a)
|
L-Istati Membri għandhom iqiesu sodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(2) jekk is-salarju gross fix-xahar offrut huwa ekwivalenti għal mill-inqas żewġ terzi tal-livell nazzjonali tas-salarju definit skond Artikolu 5(2);
|
|
|
(b)
|
L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx il-kondizzjoni ta' salarju imniżżla fl-Artikolu 5(2) fuq kondizzjoni li l-applikant ikun temm edukazzjoni ogħla fil-post ta' studju u kiseb lawrea ta' Baċċellerat jew Masters f'istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla li tinsab fit-territorju tal-Komunità.
|
|
|
(c)
|
L-Istati Membri ma jitolbux prova ta' esperjenza professjonali minbarra l-kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla, sakemm dan huwa meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju miċ-ċittadini tal-UE tal-professjoni rregolata speċifikata fil-kuntratt ta' xogħol jew l-offerta' ta' impjieg li torbot.
|
|
|
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 — paragrafu 2
|
2.
|
Il-validità inizjali tal-Karta Blu tal-UE tkun ta'
sentejn
u tiġġedded mill-inqas
għall-istess ammont
. Jekk il-kuntratt ta' xogħol ikopri perjodu ta' inqas minn
sentejn
, il-Karta Blu tal-UE tingħata għat-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' xogħol b'żieda ta'
tliet
xhur.
|
|
2.
|
Il-validità inizjali tal-Karta Blu tal-UE tkun ta'
tliet
snin u tiġġedded mill-inqas
għal sentejn oħra
. Jekk il-kuntratt ta' xogħol ikopri perjodu ta' inqas minn
tliet snin
, il-Karta Blu tal-UE għandha tingħata għat-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' xogħol b'żieda ta'
sitt
xhur.
|
|
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 — paragrafu 2a (ġdid)
|
|
2a.
|
Wara 36 xahar ta' residenza legali fi Stat Membru bħala detentur ta' Karta Blu tal-UE, il-persuna kkonċernata għandha titħalla tagħmel xogħol ta' kwalifiki għolja fi Stat Membru ieħor waqt li tkun residenti fl-ewwel Stat Membru. Dettalji ulterjuri dwar l-ivvjaġġar transkonfinali huma stipulati fid-Direttiva …/…/KE [dwar proċedura ta' applikazzjoni unika għal permess uniku ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi biex jirresjedu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru u dwar għadd komuni ta' drittijiet għal ħaddiema ta' pajjizi terzi li joqogħdu legalment fi Stat Membru].
|
|
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 — paragrafu 2 — subparagrafu 1
|
2.
|
Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar applikazzjoni għal Karta Blue tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tagħhom u japplikaw il-proċeduri nazzjonali
tagħhom
dwar il-kondizzjonijiet għal mili ta' pożizzjoni battala.
|
|
2.
|
Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tagħhom u japplikaw il-proċeduri nazzjonali
u Komunitarji
dwar il-kondizzjonijiet għal mili ta' pożizzjoni battala.
Id-deċiżjoni diskrezzjonali tagħhom għandha tikkunsidra d-domanda għall-ħaddiema fil-livell nazzjonali u reġjonali
.
|
|
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 — paragrafu 2 — subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE sabiex jevitaw esodu tal-imħuħ f'setturi li jbatu minn nuqqas ta' persunal ikkwalifikat fil-pajjiżi tal-oriġini.
|
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 — paragrafu 2 — subparagrafu 2
|
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri
jistgħu
jagħtu preferenza lil ċittadini tal-Unjoni, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, fejn hemm provvediment dwar dan fil-leġislazzjoni tal-Komunità, kif ukoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment u li jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad fl-Istati Membri konċernati.
|
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri
għandhom
jagħtu preferenza lil ċittadini tal-Unjoni,
u jistgħu jagħtu preferenza
lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, fejn hemm provvediment dwar dan fil-leġislazzjoni tal-Komunità, kif ukoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment u li jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad fl-Istati Membri konċernati
|
|
L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjonijiet għal Karta Blu tal-UE fis-setturi tas-swieq tax-xogħol li l-aċċess għalihom minn ħaddiema minn Stati Membri oħra huwa ristrett minħabba arranġamenti tranżizzjonali stipulati fl-Atti tal-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u tal-25 ta' April 2005.
|
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 — paragrafu 1
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu tal-UE maħruġa fuq il-bażi ta' din id-Direttiva
fil-każijiet li ġejjin
:
|
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu tal-UE maħruġa fuq il-bażi ta' din id-Direttiva meta
l-Karta l-Blu tal-UE
tkun inkisbet b'mod frawdolenti, jew iffalsifikata jew imbagħbsa.
|
|
(a)
|
meta
din
tkun inkisbet b'mod frawdolenti, jew iffalsifikata jew imbagħbsa,
jew
|
|
(1a.)
|
L-Istati Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu tal-UE li tkun inħarġet fuq il-bażi ta' din id-Direttiva fil-każijiet li jmiss:
|
|
(b)
|
meta jidher li d-detentur ma laqax jew m'għadux jilqa' l-kondizzjonijiet għal dħul u residenza stipulati fl-Artikoli 5 u 6 jew li qed jirresjedi għal skopijiet oħra minbarra dak li għalih ingħata awtorizzazzjoni għal residenza.
|
|
(a)
|
meta jidher li d-detentur ma jissodisfax jew m'għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet għal dħul u residenza stipulati fl-Artikoli 5 u 6 jew li qed jirresjedi għal skopijiet oħra minbarra dak li għalih ingħata awtorizzazzjoni għal residenza;
|
|
(c)
|
meta d-detentur ma rrispettax il-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13(1) u (2) u 14.
|
|
(b)
|
meta d-detentur ma rrispettax il-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13(1) u (2) u 14.
|
|
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 — paragrafu 3
|
3.
|
L-Istat Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu tal-UE
għal raġunijiet
ta' politika pubblika,
sigurtà
pubblika jew saħħa pubblika.
|
|
3.
|
L-Istati Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu tal-UE
biss jekk ikun hemm theddida għall-implimentazzjoni
ta' politika pubblika,
jew għas-sigurtà
pubblika jew saħħa pubblika
li tkun tista' tintwera b'mod oġġettiv
.
|
|
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 — paragrafu 3 — subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Meta Stat Membru joħroġ Karta Blu tal-UE, huwa jimpenja ruħu li joħroġ id-dokumentazzjoni u l-viżi relevanti, fejn dan ikun japplika, malajr kemm jista' jkun, iżda mill-inqas f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma l-applikant jibda l-impjieg li fuq il-bażi tiegħu tkun ħarġet il-Karta Blu tal-UE, sakemm l-Istat Membru ma jkunx jista' raġonevolment jiġi mistenni li jagħmel dan, jew minħabba li l-applikazzjoni għall-Karta Blu tal-UE tkun saret tard jew min-naħa ta' min iħaddem jew min-naħa taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat.
|
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 — paragrafu 2
|
2.
|
Jekk l-informazzjoni pprovduta mal-applikazzjoni m'hijiex adegwata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.
|
|
2.
|
Jekk l-informazzjoni pprovduta mal-applikazzjoni m'hijiex adegwata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant
malajr kemm jista' jkun
dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.
|
|
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 — paragrafu 3
|
3.
|
Kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE, jew nuqqas ta' tiġdid jew irtirar ta' Karta Blu tal-UE, għandha tiġi nnotifikata bil-miktub liċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat u, fejn dan ikun relevanti, lil min ikun ser jimpjegah skond il-proċeduri ta' notifika skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti u din tista' tiġi kkontestata quddiem
il-qrati
tal-Istat Membru kkonċernat. In-notifikazzjoni għandha tispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni, il-proċeduri possibbli ta' rimedju disponibbli u l-limitu ta' żmien biex tittieħed dik l-azzjoni.
|
|
3.
|
Kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE, jew nuqqas ta' tiġdid jew irtirar ta' Karta Blu tal-UE, għandha tiġi nnotifikata bil-miktub liċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat u, fejn dan ikun relevanti, lil min ikun ser jimpjegah skond il-proċeduri ta' notifika skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti u din tista' tiġi kkontestata quddiem
l-awtorità kompetenti
tal-Istat Membru kkonċernat
li tkun maħtura skont il-liġi nazzjonali
. In-notifikazzjoni għandha tispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni, il-proċeduri possibbli ta' rimedju disponibbli u l-limitu ta' żmien biex tittieħed dik l-azzjoni.
|
|
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 — paragrafu 1
|
1.
|
Għall-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur tal-Karta Blu tal-UE, l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuna kkonċernata jkun ristrett għall-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' impjieg imħallas li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul stipulati fl-Artikoli 5 u 6. Tibdil fit-termini tal-kuntratt tax-xogħol li jaffettwaw il-kondizzjonijiet għad-dħul jew tibdil fir-relazzjoni tax-xogħol għandhom ikunu
soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet
kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza, skond il-proċeduri nazzjonali u fil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 12(1).
|
|
1.
|
Għall-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur tal-Karta Blu tal-UE, l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuna kkonċernata jkun ristrett għall-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' impjieg imħallas li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul stipulati fl-Artikoli 5 u 6. Tibdil fit-termini tal-kuntratt tax-xogħol li jaffettwaw il-kondizzjonijiet għad-dħul jew tibdil fir-relazzjoni tax-xogħol għandhom ikunu
notifikati bil-quddiem
, bil-miktub,
lill-awtoritajiet
kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza, skond il-proċeduri nazzjonali u fil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 12(1).
|
|
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 — paragrafu 2
|
2.
|
Wara l-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur ta' Karta Blu tal-UE, il-persuna kkonċernata għandha tgawdi minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini
f'dak li jirrigwarda aċċess għal impjieg bi kwalifiki għolja. Id-detentur tal-Karta Blu tal-UE għandu jgħarraf l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza dwar tibdil fir-relazzjoni tax-xogħol tiegħu, skont il-proċeduri nazzjonali
.
|
|
2.
|
Wara l-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur ta' Karta Blu tal-UE, il-persuna kkonċernata għandha tgawdi minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini.
|
|
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 — paragrafu 1
|
1.
|
Il-qgħad fih innifsu m'huwiex raġuni biex tkun
irrevokata
Karta Blu tal-UE, sakemm il-perjodu ta' qgħad ma jkunx iktar minn
tliet
xhur
konsekutivi
.
|
|
1.
|
Il-qgħad fih innifsu m'huwiex raġuni biex tkun
irtirata
Karta Blu tal-UE
jew biex din ma tiġġeddidx
, sakemm il-perjodu ta' qgħad ma jkunx iktar minn
sitt
xhur konsekuttivi.
|
|
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 — paragrafu 1a (ġdid)
|
|
1a.
|
Dententur ta' Karta l-Blu tal-UE għandu jkollu d-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istati Membri sakemm ikun qed iwettaq attivitajiet ta' taħriġ bil-għan li jkompli jżid il-kapaċitajiet professjonali tiegħu jew għal kwalifika mill-ġdid tal-profil professjonali tiegħu.
|
|
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 — paragrafu 2
|
2.
|
Matul
dan il-perjodu
, id-detentur tal-Karta Blu tal-UE jingħata permess ifittex u jaċċetta impjieg il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13(1) jew (2) skond liema jkun applikabbli.
|
|
2.
|
Matul
il-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 1a
, id-detentur tal-Karta Blu tal-UE għandu jingħata permess biex ifittex u jaċċetta impjieg
bi kwalifiki għolja
bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13(1) jew (2) skond liema jkun applikabbli.
|
|
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 — paragrafu 2
|
2.
|
l-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet mogħtija skond il-paragrafi 1(b) u (h) f'dak li jirrigwarda boroż ta' studju u proċeduri għall-kisba ta' akkomodazzjoni pubblika għall-każijiet fejn id-detentur ta' Karta Blu tal-UE ilu joqgħod jew għandu d-dritt li joqgħod fit-territorju tiegħu għal minimu ta' tliet snin.
|
|
imħassar
|
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 — paragrafu 3
|
3.
|
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol f'dak li jirrigwarda għajnuna soċjali għall-każijiet fejn id-detentur ta' Karta Blu tal-UE ingħata status ta' resident tal-KE għal żmien twil skond l-Artikolu 17.
|
|
imħassar
|
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 — paragrafu 2a (ġdid)
|
|
2a.
|
L-Artikolu 8(2) għandu jiġi interpretat li jfisser li detentur ta' Karta Blu tal-UE għandu jkun irrisjeda legalment fit-territorju tal-ewwel Stat Membru għall-perjodu ta' validità tal-Karta Blu tal-UE, inkluż it-tiġdid tagħha.
|
|
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 — paragrafu 4
|
4.
|
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2003/109/KE, l-Istati Membri
għandhom
iġeddu b'24 xahar il-perjodu ta' assenza permess lil detentur ta' Karta Blu tal-UE u tal-membri tal-familja tiegħu/tagħha li ngħataw status ta' residenti tal-KE għat-tul mit-territorju tal-Komunità.
|
|
4.
|
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2003/109/KE, l-Istati Membri
jistgħu
iġeddu b'24 xahar il-perjodu ta' assenza permess lil detentur ta' Karta Blu tal-UE u tal-membri tal-familja tiegħu/tagħha li ngħataw status ta' residenti tal-KE għat-tul mit-territorju tal-Komunità.
|
|
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 — paragrafu 5
|
5.
|
Id-derogi mid-Direttiva 2003/109/KE stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw biss f'każijiet fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jista' jippreżenta evidenza li hu/hi kien assenti mit-territorju tal-Komunità biex jeżerċita attività ekonomika f'kapaċità ta' impjegat jew impjieg għal rasu, jew biex iwettaq servizz volontarju jew biex jistudja
fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu/tagħha
.
|
|
5.
|
Id-derogi mid-Direttiva 2003/109/KE stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw biss f'każijiet fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jista' jippreżenta evidenza li hu/hi kien assenti mit-territorju tal-Komunità biex jeżerċita,
fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu/tagħha
, attività ekonomika f'kapaċità ta' impjegat jew impjieg għal rasu, jew biex iwettaq servizz volontarju jew biex jistudja,
biex jħeġġeġ il-mobilità ċirkulari ta' dawn il-professjonisti, kif ukoll l-involviment sussegwenti tal-istess ħaddiema migranti f'attivitajiet ta' taħriġ, ta' riċerka u dawk tekniċi fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom
.
|
|
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 — paragrafu 3 — parti introduttorja
|
3.
|
Skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 12, it-tieni Stat Membru għandu jipproċessa
n-notifika
u jinforma bil-miktub l-applikant u l-ewwel Stat Membru dwar id-deċiżjoni tiegħu li:
|
|
3.
|
Skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 12, it-tieni Stat Membru għandu jipproċessa
l-applikazzjoni u d-dokumenti elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu
u jinforma bil-miktub l-applikant u l-ewwel Stat Membru dwar id-deċiżjoni tiegħu li:
|
|
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 — paragrafu 3 — punt b
|
(b)
|
jirrifjuta li joħroġ Karta Blu tal-UE
u
jobbliga lill-applikant u l-membri tal-familja tiegħu, skond il-proċeduri pprovduti mil-liġi nazzjonali, inkluż il-proċeduri ta' tkeċċija, biex jitlaq mit-territorju tiegħu
jekk il-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu m'humiex sodisfatti
. L-ewwel Stat Membru għandu jdaħħal immedjatament u mingħajr formalitajiet id-detentur tal-Karta Blu tal-UE u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 japplikaw wara d-dħul mill-ġdid.
|
|
(b)
|
jirrifjuta li joħroġ Karta Blu tal-UE,
jekk il-kundizzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu ma jiġux issodisfati jew jekk ikun hemm raġuni biżżejjed biex ma tinħariġx skont l-Artikolu 9. F'dan il-każ
,
l-Istat Membru għandu
jobbliga lill-applikant,
jekk dan ikun diġà jinsab fit-territorju tiegħu
, u l-membri tal-familja tiegħu, skond il-proċeduri pprovduti mil-liġi nazzjonali, inkluż il-proċeduri ta' tkeċċija, biex jitlaq mit-territorju tiegħu. L-ewwel Stat Membru għandu jdaħħal immedjatament u mingħajr formalitajiet id-detentur tal-Karta Blu tal-UE u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 japplikaw wara d-dħul mill-ġdid.
|
|
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Article 20 — paragraph 2
|
2.
|
F'każijiet fejn Stat Membru jiddeċiedi li japplika r-restrizzjonijiet dwar aċċess għas-suq tax-xogħol previst fl-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/109/KE,
tingħata
preferenza għad-detenturi tal-permess ta' residenza “resident tal-KE għat-tul/detentur tal-Karta Blu tal-UE” fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għar-residenza hemmhekk għall-istess skopijiet.
|
|
2.
|
F'każijiet fejn Stat Membru jiddeċiedi li japplika r-restrizzjonijiet dwar aċċess għas-suq tax-xogħol previst fl-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/109/KE,
jista' jagħti
preferenza għad-detenturi tal-permess ta' residenza “resident tal-KE għat-tul/detentur tal-Karta Blu tal-UE” fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għar-residenza hemmhekk għall-istess skopijiet
f'sitwazzjonijiet fejn żewġ kandidati jew iżjed ikunu kkwalifikati tajjeb b'mod indaqs għall-impjieg
.
|
|
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 — paragrafu 1
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra jekk miżuri leġiżlattivi jew regolatorji huma ppromulgati fir-rigward tal-Artikoli 7, 9(2), 19(5) u 20 permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE.
|
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra jekk miżuri leġiżlattivi jew regolatorji huma ppromulgati fir-rigward tal-Artikoli 7, 9(2), 19(5) u 20 permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE
u għandhom jidentifikaw il-miżuri speċifiċi konċernati
.
|
|
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 — paragrafu 3
|
3.
|
Kull sena, u għall-ewwel darba mhux iktar tard mill-1 ta' April [sena wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istatistiċi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE dwar il-volumi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ngħataw, li ġġedditilhom jew li ċċaħditilhom Karta Blu tal-UE matul is-sena kalendarja ta' qabel, bl-indikazzjoni tan-nazzjonalità tagħhom u l-impjieg. Statistika dwar membri tal-familja li jidħlu għandhom jiġu kkomunikati wkoll. Għad-detenturi tal-Karta Blu tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom li jidħlu skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 19 sa 21, l-informazzjoni pprovduta għandha wkoll tispeċifika l-Istat Membru ta' residenza preċedenti.
|
|
3.
|
Kull sena, u għall-ewwel darba mhux iktar tard mill-1 ta' April [sena wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istatistiċi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE dwar il-volumi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ngħataw, li ġġedditilhom jew li ċċaħditilhom Karta Blu tal-UE matul is-sena kalendarja ta' qabel, bl-indikazzjoni tan-nazzjonalità u l-impjieg tagħhom
b'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali
. Statistika dwar membri tal-familja li jitħallew jidħlu għandha tiġi kkomunikata wkoll
bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-impjieg tagħhom
. Għad-detenturi tal-Karta Blu tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom li jidħlu skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 19 sa 21, l-informazzjoni pprovduta għandha wkoll tispeċifika l-Istat Membru ta' residenza preċedenti.
|
|