This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42022D1046
Decision (EU) 2022/1046 of the Representatives of the Governments of the Member States of 29 June 2022 appointing Judges to the General Court
Deċiżjoni (UE) 2022/1046 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tad-29 ta’ Ġunju 2022 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali
Deċiżjoni (UE) 2022/1046 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tad-29 ta’ Ġunju 2022 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali
ST/9007/2022/INIT
ĠU L 173, 30.6.2022, p. 77–78
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/77 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1046 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tad-29 ta’ Ġunju 2022
li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-mandati ta’ sitta u għoxrin Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2022. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawk il-karigi għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028. |
(2) |
Ġie propost li l-mandati tas-Sur Ion GÂLEA, tas-Sur Marc JAEGER, tas-Sur Dean SPIELMANN u tas-Sa Mirela STANCU bħala Mħallfin fil-Qorti Ġenerali jiġi mġedded. |
(3) |
Is-Sur Steven VERSCHUUR ġie propost għall-ewwel mandat tiegħu bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali. |
(4) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-għadd ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali għandu jiżdied fi tliet stadji sabiex mill-1 ta’ Settembru 2019 il-Qorti Ġenerali tkun komposta minn żewġ Imħallfin għal kull Stat Membru. Skont l-Artikolu 2(a) ta’ dak ir-Regolament, l-ewwel pass taż-żieda fl-għadd ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali jinvolvi l-ħatra ta’ 12-il Imħallef addizzjonali, li sitta minnhom għandhom mandat li jintemm fil-31 ta’ Awwissu 2016. Dawn is-sitt Imħallfin jintgħażlu b’tali mod li l-gvernijiet ta’ sitt Stati Membri jipproponu żewġ Imħallfin għat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali fl-2016, li l-mandat jiddekorri mill-1 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2022. Il-kariga ta’ Mħallef addizzjonali li għandu jinħatar fuq proposta tal-Gvern tar-Repubblika Slovakka hija waħda mill-karigi tas-sitt Imħallfin addizzjonali involuti fit-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali fl-2016. Is-Sa Beatrix RICZIOVÁ ġiet innominata għall-kariga ta’ Mħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali. |
(5) |
Skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 u wara l-mewt tas-Sur Barna BERKE, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Barna BERKE, li jiddekorri sal-31 ta’ Awwissu 2022. |
(6) |
Is-Sur Tihamér TÓTH ġie nnominat għall-kariga li saret vakanti. |
(7) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028:
— |
Is-Sur Ion GÂLEA, |
— |
Is-Sur Marc JAEGER, |
— |
Is-Sur Dean SPIELMANN, |
— |
Is-Sa Mirela STANCU, |
— |
Is-Sur Steven VERSCHUUR. |
Artikolu 2
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2022:
— |
Is-Sa Beatrix RICZIOVÁ, |
— |
Is-Sur Tihamér TÓTH. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.
Il-President
P. LÉGLISE-COSTA
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).