This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2457
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/2457 of 14 December 2022 amending Implementing Regulation (EU) 2017/1993 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of certain open mesh fabrics of glass fibres originating in the People’s Republic of China as extended to imports of certain open mesh fabrics of glass fibres consigned from India, Indonesia, Malaysia, Taiwan and Thailand, whether declared as originating in these countries or not
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2457 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkonsenjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi u kemm jekk le
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2457 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkonsenjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi u kemm jekk le
C/2022/9216
ĠU L 321, 15.12.2022, p. 5–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/01/2024
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32017R1993 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 | 16/12/2022 | |
Modifies | 32017R1993 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 3 | 16/12/2022 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32022R2457R(01) | (IT) |
15.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2457
tal-14 ta’ Diċembru 2022
li temenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkonsenjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi u kemm jekk le
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament anti-dumping bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 13(4) u 14(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1993 tas-6 ta’ Novembru 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),
Billi,
1. MIŻURI FIS-SEĦĦ
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 791/2011 (3), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
(2) |
Wara investigazzjonijiet antiċirkomvenzjoni, dawn il-miżuri ġew estiżi bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 672/2012 (4), (UE) Nru 21/2013 (5) u (UE) Nru 1371/2013 (6), kif emendati l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1711 (7), għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti minn Montex Glass Fibre Industries Pvt. Ltd. u Pyrotek India Pvt. Ltd. |
(3) |
Dawn il-miżuri ġew estiżi ulterjorment bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 976/2014 (8), għall-importazzjonijiet ta’ drappijiet kemxejn modifikati b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ. |
(4) |
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 wara rieżami ta’ skadenza, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/788 (9), li ta eżenzjoni lil SPG Glass Fibre PVT. Ltd. |
2. PROĊEDURA
2.1. Talba għall-eżenzjoni
(5) |
Fit-23 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal eżenzjoni mill-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja kif ukoll jekk le. It-talba saret mill-kumpanija Urja Products Private Limited (“l-applikant”). |
(6) |
It-talba kien fiha evidenza li l-applikant kien produttur esportatur ġdid u ssodisfa l-kriterji għal eżenzjoni skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku, jiġifieri: (1) ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li l-miżuri huma bbażati fuqu, jiġifieri mill-1 ta’ April 2012 sal-31 ta’ Marzu 2013 (“il-perjodu oriġinali ta’ investigazzjoni”); (2) mhuwa relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament oriġinali; (3) fil-fatt esporta lejn l-Unjoni l-prodott taħt rieżami wara tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, u (4) ma kienx involut fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni. |
(7) |
Il-Kummissjoni sabet li t-talba pprovdiet biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku għall-fini li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li l-applikant jingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi. |
2.2. Bidu
(8) |
Fl-20 ta’ April 2022, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/651 (10), il-Kummissjoni bdiet ir-rieżami tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 bl-għan li tiddetermina l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni lill-applikant. Fl-istess Regolament, il-Kummissjoni ħassret id-dazji anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-applikant u ordnat lill-awtoritajiet doganali jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw tali importazzjonijiet (“ir-Regolament tal-bidu”). |
(9) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni tar-rieżami. Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali jew mat-tnejn li huma sal-limiti ta’ żmien stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/651. Ma wasal l-ebda kumment jew talba għal seduta ta’ smigħ. |
2.3. Prodott taħt rieżami
(10) |
Il-prodott taħt rieżami huwa drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b’daqs taċ-ċellula ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, ikkonsenjati mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 63 00, ex 7019 64 00, ex 7019 65 00, ex 7019 66 00 u ex 7019 69 90 (kodiċijiet TARIC 7019630014, 7019640014, 7019650014, 7019660014 u 7019699014). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss. |
(11) |
Drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ jistgħu jinstabu f’daqsijiet ta’ ċelloli u piżijiet għal kull metru kwadru differenti u jintużaw l-aktar bħala materjal tat-tisħiħ fil-qasam tal-kostruzzjoni (insulazzjoni termali esterna, tisħiħ tal-art, u tiswija tal-ħitan). |
2.4. Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami
(12) |
Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kopra l-perjodu mill-1 ta’ April 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). |
2.5. Investigazzjoni
(13) |
Il-Kummissjoni talbet lill-applikant jimla kwestjonarju sabiex tikseb l-informazzjoni li hija qieset neċessarja għall-investigazzjoni tagħha. L-applikant issottometta t-tweġiba għall-kwestjonarju fit-2 ta’ Ġunju 2022. |
(14) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni wettqet żjara ta’ verifika fil-bini tal-applikant f’Settembru 2022. Il-Kummissjoni rat li tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa bil-għan li tiddetermina jekk l-applikant kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji. |
3. SEJBIET
(15) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni (1), il-Kummissjoni rreferiet għas-sejbiet preċedenti (11) li l-applikant ma pproduċiex jew ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott li qed jiġi investigat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. Konsegwentement, ġie konkluż li l-kundizzjoni (1) ġiet issodisfata. |
(16) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni (2), l-investigazzjoni identifikat diversi kumpaniji relatati, jiġifieri Jayatma Industries Ltd li jittrattaw tessuti u ħwejjeġ, Mihikita Enterprises Ltd li jittrattaw il-bini u l-kostruzzjoni u Denis Chem Lab Ltd li jittrattaw apparat mediku. L-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma kienet involuta fil-produzzjoni, l-ipproċessar, il-bejgħ jew ix-xiri tal-prodott investigat. Għalhekk, ġie konkluż li l-kundizzjoni (2) ġiet issodisfata. |
(17) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni (3), l-applikant esporta l-prodott investigat lil żewġ kumpaniji fl-UE fl-2021. Għalhekk, ġie konkluż li l-applikant issodisfa l-kundizzjoni (3). |
(18) |
Fl-aħħar nett, matul l-investigazzjoni, instab li l-applikant ipproduċa l-kwantità kollha li esporta lejn l-Unjoni. Instab ukoll li l-applikant ma importa l-ebda materja prima miċ-Ċina għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Għalhekk, l-investigazzjoni kkonfermat li l-applikant ma kienx involut fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif definit fl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kriterju (4) ġie ssodisfat ukoll. |
(19) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-applikant issodisfa l-kriterji skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku. Għalhekk, l-applikant jenħtieġ li jiġi eżentat mill-miżuri anti-dumping fis-seħħ f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993. |
(20) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 jiġi emendat. |
4. MODIFIKA TAL-LISTA TA’ KUMPANIJI LI JIBBENEFIKAW MINN EŻENZJONI GĦALL-MIŻURI ESTIŻI
(21) |
Minħabba s-sejbiet imsemmija hawn fuq, u skont l-Artikoli 13(4) u 11(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-applikant jenħtieġ li jiżdied mal-lista ta’ kumpaniji li huma eżentati mill-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993. |
(22) |
L-applikant u l-industrija tal-Unjoni ġew infurmati bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżenta lil Urja Products Private Limited mill-miżuri anti-dumping fis-seħħ. |
(23) |
Il-partijiet ingħataw il-possibbiltà li jibagħtu xi kummenti. Ma wasal l-ebda kumment. |
(24) |
Ir-Regolament huwa f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-paragrafi (1) u (3) tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/788, huma sostitwiti b’dan li ġej:
“1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b’daqs taċ-ċellula ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 63 00, ex 7019 64 00, ex 7019 65 00, ex 7019 66 00 u ex 7019 69 90 (il-kodiċijiet TARIC 7019 63 00 19, 7019 64 00 19, 7019 65 00 18, 7019 66 00 18, u 7019 69 90 19) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.”
“3. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet tal-istess drappijiet b’malja miftuħa (attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 63 00, ex 7019 64 00, ex 7019 65 00, ex 7019 66 00 u ex 7019 69 90) ikkunsinjati mill-Indja u mill-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja kif ukoll jekk le (il-kodiċijiet TARIC 7019 63 00 14, 7019 63 00 15, 7019 64 00 14, 7019 64 00 15, 7019 65 00 14, 7019 65 00 15, 7019 66 00 14 7019 66 00 15, 7019 69 90 14, u 7019 69 90 15)) bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti minn Montex Glass Fibre Industries Pvt. Ltd (kodiċi addizzjonali TARIC B942), Pyrotek India Pvt. Ltd (kodiċi addizzjonali TARIC C051), SPG Glass Fibre Pvt. Ltd (kodiċi addizzjonali TARIC C205) u Urja Products Private Limited (kodiċi addizzjonali TARIC C861), għal importazzjonijiet tal-istess drappijiet b’malja miftuħa kkunsinjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le (kodiċijiet TARIC 7019 63 00 11, 7019 64 00 11, 7019 65 00 11, 7019 66 00 11 u 7019 69 90 11) u għal importazzjonijiet tal-istess drappijiet b’malja miftuħa kkonsenjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le (kodiċijiet TARIC 7019 63 00 12, 7019 63 00 13, 7019 64 00 12, 7019 64 00 13, 7019 65 00 12, 7019 65 00 13, 7019 66 00 12, 7019 66 00 13, 7019 69 90 12 u 7019 69 90 13).
L-applikazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija lil Montex Glass Fibre Industries Pvt. Ltd, Pyrotek India Pvt. Ltd, SPG Glass Fibre PVT. Ltd u Urja Products Private Limited għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tiġi ppreżentata, għandu jiġi applikat id-dazju anti-dumping kif impost mill-paragrafu 1.”
Artikolu 2
(1) L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/651.
(2) L-ebda dazju definittiv mhu se jiġi impost b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30. 6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 288, 7.11.2017, p. 4.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 tat- 3 ta’ Awwissu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 672/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le (ĠU L 196, 24.7.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013 tal-10 ta’ Jannar 2013 li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 11, 16.1.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 tas- 16 ta’ Diċembru 2013 li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kunsinjati mill-Indja u mill-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja kif ukoll jekk le, (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 20).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1711 tat-13 ta’ Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mogħtija lill-produtturi esportaturi Indjani (ĠU L 286, 14.11.2018, p. 12).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 976/2014 tal-15 ta’ Settembru 2014 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet kemxejn modifikati b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, li wkoll joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 274, 16.9.2014, p. 13).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/788 tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ikkonsenjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi u kemm jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 31.5.2018, p. 5).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/651 tal-20 ta’ April 2022 li jniedi rieżami tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil produttur esportatur Indjan wieħed, li jirrevoka d-dazju anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mingħand dak il-produttur esportatur u li jagħmel l-importazzjonijiet mingħand dak il-produttur esportatur soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 119, 21.4.2022, p. 68).
(11) F’konformità mal-premessa (50) tar-Regolament (UE) Nru 1371/2013, il-Kummissjoni sabet li “Urja Products ma tipproduċix il-prodott li qed jiġi investigat”.