Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2319

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

    ST/13984/2022/INIT

    ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135–141 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/06/2024

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2319/oj

    28.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 307/135


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2319

    tal-25 ta’ Novembru 2022

    dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (il-“Kunsill tas-Sigurtà”) adotta r-Riżoluzzjoni 2653 (2022), li tafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għas-sovranità, l-indipendenza, l-integrità territorjali u l-unità tal-Haiti.

    (2)

    Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2653 (2022) tfakkar ir-riżoluzzjonijiet preċedenti kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar il-Haiti, b’mod partikolari UNSCR 2645 (2022) tiegħu, li fost l-oħrajn talbet il-waqfien immedjat tal-vjolenza bejn il-gruppi organizzati u l-attività kriminali, u esprimiet ir-rieda tal-Kunsill tas-Sigurtà li jieħu miżuri xierqa, kif meħtieġ, kontra dawk involuti jew li jappoġġaw il-vjolenza bejn il-gruppi organizzati, l-attivitajiet kriminali jew l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem jew min b’xi mod ieħor jieħu azzjoni li ddgħajjef l-paċi, l-istabbiltà, u s-sigurtà tal-Haiti u r-reġjun.

    (3)

    Filwaqt li tiddetermina li s-sitwazzjoni fil-Haiti tkompli tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, il-UNSCR 2653 (2022) teħtieġ li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jiġu applikati għal persuni deżinjati mill-Kumitat stabbilit permezz tal-paragrafu 19 tal-UNSCR 2653 (2022) (il-Kumitat tas-Sanzjonijiet), li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha ta’ persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiġu ffriżati, u li jiġi applikat embargo fuq l-armi għal persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    (4)

    Hija meħtieġa azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts tal-imsemmija hawn fuq, jew għall-benefiċċju tal-persuni u l-entitajiet deżinjati mill-Kumitat stabbiliti permezz tal-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2653 (2022) (il-Kumitat tas-Sanzjonijiet), minn ċittadini ta’ Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew l-użu tal-bastimenti jew l-ajruplani tal-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le.

    Il-persuni u l-entitajiet imsemmija f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness.

    2.   Għandu jkun ipprojbit li:

    (a)

    jingħataw assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-forniment ta’ persunal merċenarju armat, relatat ma’ attivitajiet militari jew mal-forniment, il-manutenzjoni jew l-użu ta’ kwalunkwe arma u materjal relatat, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1;

    (b)

    jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata jew assistenza oħra, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

    3.   F’konformità mal-awtoritajiet nazzjonali u l-leġiżlazzjoni tagħhom u b’mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn il-Haiti fit-territorju tagħhom, inkluż portijiet u ajruporti, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont dan l-Artikolu.

    4.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw fil-ħin każijiet ta’ ksur tal-miżuri skont il-paragrafi 1 u 2 lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri adegwati ta’ mmarkar u żamma ta’ rekords biex jiġu rintraċċati l-armi, inkluż armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, f’konformità mal-istrumenti internazzjonali u reġjonali li għalihom huma partijiet, u biex jikkunsidraw kif l-aħjar jassistu, fejn rilevanti u fuq talba tagħhom, lill-pajjiżi ġirien fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ traffikar illeċitu u devjazzjoni bi ksur tal-miżuri imposti fil-paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom jew it-tranżitu minnhom ta’ persuni deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala responsabbli li kienu involuti jew li kienu kompliċi direttament jew indirettament f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Haiti, inkluż iżda mhux limitat għal:

    (a)

    l-involviment, dirett jew indirett, f’attivitajiet kriminali u vjolenza li tinvolvi gruppi armati u networks kriminali li jippromwovu l-vjolenza, inkluż ir-reklutaġġ furzat ta’ tfal minn tali gruppi u networks, ħtif ta’ persuni, traffikar ta’ persuni u faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u omiċidji u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, jew l-appoġġ għalihom;

    (b)

    l-appoġġ għat-traffikar illeċitu u d-devjazzjoni ta’ armi u materjal relatat, jew flussi finanzjarji illeċiti relatati magħhom;

    (c)

    li jaġixxu għal jew f’isem, jew taħt id-direzzjoni, jew jappoġġaw b’mod ieħor jew jiffinanzjaw persuna jew entità deżinjata b’konnessjoni mal-attività deskritta fil-punti (a) u (b), inkluż bl-użu dirett jew indirett tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż rikavati mill-produzzjoni illeċita u t-traffikar tad-drogi u tal-prekursuri tagħhom li joriġinaw fil-Haiti jew li jgħaddu minnha, it-traffikar ta’ persuni u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali mill-Haiti, jew il-kuntrabandu u t-traffikar ta’ armi lejn jew mill-Haiti;

    (d)

    li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi jew li jkunu fornew, biegħu jew trasferew direttament jew indirettament armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ, jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, lil gruppi armati jew networks kriminali fil-Haiti, jew ikunu rċevew xi wieħed/waħda minn dawn, b’rabta mal-attivitajiet vjolenti ta’ gruppi armati jew networks kriminali fil-Haiti;

    (e)

    l-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta’ atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk li jinvolvu eżekuzzjoni ekstraġudizzjarja, inkluż tan-nisa u tat-tfal, u l-ikkummissjonar ta’ atti ta’ vjolenza, is-sekwestru ta’ persuna, l-għajbien furzat jew il-ħtif ta’ persuna għal riskatt fil-Haiti;

    (f)

    l-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta’ atti li jinvolvu vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, inkluż stupru u skjavitù sesswali, fil-Haiti;

    (g)

    l-ostakolazzjoni tal-provvista ta’ assistenza umanitarja lill-Haiti jew l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Haiti;

    (h)

    l-attakk fuq il-persunal jew bini ta’ missjonijiet u operazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Haiti, jew il-forniment ta’ appoġġ għal attakki bħal dawn.

    Il-persuni msemmijin f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness.

    2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru biex jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu ta’ nazzjonali tiegħu.

    3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn id-dħul jew it-tranżitu huwa meħtieġ biex isir proċess ġudizzjarju.

    4.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina skont il-każ li:

    (a)

    id-dħul jew it-tranżitu huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż;

    (b)

    eżenzjoni tgħin biex ikompli jintlaħqu l-objettivi ta’ paċi u stabbiltà fil-Haiti.

    5.   F’każijiet fejn, skont il-paragrafi 3 jew 4, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-tranżitu minnu, minn persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati mill-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 3

    1.   Il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu jew li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala responsabbli għal jew li kienu kompliċi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Haiti, inkluż iżda mhux limitat għal:

    (a)

    l-involviment dirett jew indirett f’attivitajiet kriminali u vjolenza li tinvolvi gruppi armati u networks kriminali li jippromwovu l-vjolenza, inkluż ir-reklutaġġ furzat ta’ tfal minn tali gruppi u networks, ħtif ta’ persuni, traffikar ta’ persuni u faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u omiċidji u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, jew l-appoġġ għalihom;

    (b)

    l-appoġġ għat-traffikar illeċitu u d-devjazzjoni ta’ armi u materjal relatat, jew flussi finanzjarji illeċiti relatati magħhom;

    (c)

    li jaġixxu għal jew f’isem, jew taħt id-direzzjoni, jew jappoġġaw b’mod ieħor jew jiffinanzjaw persuna jew entità deżinjata b’konnessjoni mal-attività deskritta fil-punti (a) u (b), inkluż bl-użu dirett jew indirett tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inklużi rikavati mill-produzzjoni illeċita u t-traffikar tad-drogi u tal-prekursuri tagħhom li joriġinaw fil-Haiti jew li jgħaddu minnha, it-traffikar ta’ persuni u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali mill-Haiti, jew il-kuntrabandu u t-traffikar ta’ armi lejn jew mill-Haiti;

    (d)

    li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi jew li jkunu fornew, biegħu jew trasferew direttament jew indirettament armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, lil gruppi armati jew networks kriminali fil-Haiti, jew ikunu rċevew xi wieħed/waħda minn dawn, b’rabta mal-attivitajiet vjolenti ta’ gruppi armati jew networks kriminali fil-Haiti;

    (e)

    l-ippjanar, it-tmexxija, jew it-twettiq ta’ atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk li jinvolvu eżekuzzjoni ekstraġudizzjarja, inkluż tan-nisa u tat-tfal, u l-ikkummissjonar ta’ atti ta’ vjolenza, is-sekwestru ta’ persuna, l-għajbien furzat jew il-ħtif ta’ persuna għal riskatt fil-Haiti;

    (f)

    l-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta’ atti li jinvolvu vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, inkluż stupru u skjavitù sesswali, fil-Haiti;

    (g)

    l-ostakolazzjoni tal-provvista ta’ assistenza umanitarja lill-Haiti jew l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Haiti;

    (h)

    l-attakk fuq il-persunal jew bini ta’ missjonijiet u operazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Haiti, jew il-forniment ta’ appoġġ għal attakki bħal dawn;

    jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew taħt it-tmexxija tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.

    Il-persuni jew l-entitajiet deżinjati li huma msemmija f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness.

    2.   L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli jew ikun għall-benefiċċju, direttament jew indirettament, għall-persuni jew l-entitajiet elenkati fl-Anness.

    3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal fondi u r-riżorsi ekonomiċi li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li huma:

    (a)

    meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni u imposti ta’ servizzi ta’ utilità pubblika;

    (b)

    maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli u r-rimborż ta’ spejjeż imġarrba assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali jew tariffi jew imposti ta’ servizzi, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali;

    (c)

    maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi għaż-żamma jew għall-manutenzjoni regolari ta’ fondi ffriżati, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn;

    wara notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jawtorizza, fejn xieraq, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem xogħol minn tali notifika.

    4.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li huma:

    (a)

    meħtieġa għall-ispejjeż straordinarji, sakemm din id-determinazzjoni tkun ġiet innotifikata mill-Istati Membri lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u tkun ġiet approvata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

    (b)

    is-suġġett ta’ privileġġ jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li f’dak il-każ il-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi oħrajn jkunu jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza dment li l-privileġġ ġie stabbilit jew is-sentenza ngħatat qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità kienet inkluża fl-Anness, u ma jkunux għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u tkun ġiet notifikata mill-Istati Membri lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    5.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna jew entità deżinjata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li tkun daħlet fih qabel l-elenkar ta’ tali persuna jew entità, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jkunx riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1, u wara notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jsiru jew jiġu riċevuti tali ħlasijiet jew biex tiġi awtorizzata, fejn adatt, it-tneħħija tal-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra jew ir-riżorsi ekonomiċi għal dan il-għan, 10 ijiem ta’ xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

    6.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

    (a)

    imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b)

    pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li rriżultaw qabel id-data meta dawk il-kontijiet ikunu saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2;

    dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul u pagament ieħor ikun iffriżat u jibqa’ soġġett għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

    7.   Mingħajr preġudizzju għall-programmi ta’ assistenza umanitarja mwettqa xi mkien ieħor, il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-ħlas tal-fondi, tal-assi finanzjarji oħra jew ta’ riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat il-forniment fil-ħin ta’ assistenza umanitarja meħtieġa b’mod urġenti jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fil-Haiti, min-Nazzjonijiet Uniti, mill-aġenziji jew il-programmi speċjalizzati tagħha, minn organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprovdu assistenza umanitarja, u s-sħab ta’ implimentazzjoni tagħhom inklużi organizzazzjonijiet nongovernattivi ffinanzjati b’mod bilaterali jew multilaterali li jipparteċipaw fil-Pjan ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet għall-Haiti.

    Artikolu 4

    Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament, għandu jemenda l-lista fl-Anness f’konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Kunsill tas-Sigurtà”) jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    Artikolu 5

    1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jagħżel persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna jew l-entità kkonċernati, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ notifika li tipprovdi lill-persuna jew l-entità b’opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

    2.   Fejn jitressqu osservazzjonijiet jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew lill-entità kkonċernata kif meħtieġ.

    Artikolu 6

    1.   L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    2.   L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post ta’ twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

    Artikolu 7

    1.   Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) għandhom jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:

    (a)

    fir-rigward tal-Kunsill, il-preparazzjoni u l-emendar tal-Anness;

    (b)

    fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, il-preparazzjoni ta’ emendi għall-Anness.

    2.   Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti b’rabta ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, u ma’ kundanni penali jew miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali proċessar ikun meħtieġ għall-preparazzjoni tal-Anness.

    3.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma deżinjati bħala “kontrollur” fis-sens tal-Artikolu 3, punt (8), tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dak ir-Regolament.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata jew imħassra kif xieraq, f’konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà.

    Artikolu 9

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SÍKELA


    (1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


    ANNESS

    Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) u ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1(1) u 3(1)

    PERSUNI

    1.

    Jimmy Cherizier (bil-psewdonimu ‘Barbeque’) kien involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Haiti, u ppjana, mexxa jew wettaq atti li jikkostitwixxu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

    Deżinjazzjoni: il-21 ta’ Ottubru 2022

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Jimmy Cherizier huwa wieħed mill-mexxejja l-aktar influwenti ta’ gruppi vjolenti u jmexxi alleanza ta’ gruppi Haitjani magħrufa bħala l-’G9 Family and Allies.’

    Waqt li kien uffiċjal fil-Pulizija Nazzjonali tal-Haiti (HNP), Cherizier ippjana u pparteċipa fl-attakk fatali ta’ Novembru 2018 kontra persuni ċivili fil-viċinanzi La Saline ta’ Port-au-Prince. Waqt dan l-attakk inqatlu mill-inqas 71 persuna, inqerdu aktar minn 400 dar u mill-inqas seba’ nisa ġew stuprati minn gruppi armati. Matul l-2018 u l-2019, Cherizier mexxa gruppi armati f’attakki brutali u koordinati fil-viċinat ta’ Port-au-Prince. F’Mejju 2020, Cherizier mexxa gruppi armati f’attakk li dam 5 ijiem f’għadd ta’ viċinanzi ta’ Port-au-Prince, fejn inqatlu persuni ċivili u tqabbdu djar. Mill-11 ta’ Ottubru 2022, Cherizier u l-konfederazzjoni ta’ gruppi G9 kienu qed jimblukkaw b’mod attiv il-moviment liberu tal-fjuwil mit-terminal tal-fjuwil ta’ Varreux — l-akbar wieħed fil-Haiti. L-azzjonijiet tiegħu kkontribwew direttament għall-paraliżi ekonomika u l-kriżi umanitarja fil-Haiti.


    Top