Dit document is overgenomen van EUR-Lex
Document 32021R1840
Commission Regulation (EU) 2021/1840 of 20 October 2021 amending Regulation (EC) No 1418/2007 concerning the export for recovery of certain waste listed in Annex III or IIIA to Regulation (EC) No 1013/2006 of the European Parliament and of the Council to certain countries to which the OECD Decision on the control of transboundary movements of wastes does not apply (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1840 tal-20 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn ċerti pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1840 tal-20 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn ċerti pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/7421
ĠU L 373, 21.10.2021, blz. 1–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Van kracht
Verband | Besluit | Toelichting | Betrokken onderverdeling | Van | tot |
---|---|---|---|---|---|
wijziging | 32007R1418 | Tħassir | anness tabella | 10/11/2021 | |
wijziging | 32007R1418 | Żieda | anness tabella | 10/11/2021 | |
wijziging | 32007R1418 | Sostituzzjoni | anness tabella | 10/11/2021 |
Verband | Besluit | Toelichting | Betrokken onderverdeling | Van | tot |
---|---|---|---|---|---|
gerectificeerd door | 32021R1840R(01) | (BG) | |||
gerectificeerd door | 32021R1840R(02) | (DE) | |||
stilzwijgend ingetrokken door | 32024R1157 | 21/05/2027 |
21.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1840
tal-20 ta’ Ottubru 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn ċerti pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(2), it-tielet subparagrafu.
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 il-Kummissjoni hija meħtieġa li perjodikament taġġorna r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 (2) li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn ċerti pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD (3) ma tapplikax. Il-Kummissjoni tagħmel dan abbażi ta’ informazzjoni ġdida rigward il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat fir-rigward tal-importazzjoni tal-iskart. |
(2) |
Fl-2019, il-Kummissjoni bagħtet talba bil-miktub lil ċerti pajjiżi li d-Deċiżjoni tal-OECD ma tapplikax għalihom, fejn talbet konferma bil-miktub li l-iskart u t-taħlitiet ta’ skart elenkati fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, li l-esportazzjoni tagħhom mhijiex ipprojbita skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, jistgħu jiġu esportati mill-Unjoni għall-irkupru f’dawk il-pajjiżi. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-pajjiżi kkonċernati biex jindikaw kwalunkwe proċedura ta’ kontroll nazzjonali applikabbli. Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet, inklużi talbiet għal kjarifika ulterjuri (4). |
(3) |
Fl-erbatax-il laqgħa tagħha li saret f’Mejju 2019, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta’ Riskju u d-Disponiment Minnhom (5) (il-“Konvenzjoni ta’ Basilea”) adottat id-Deċiżjoni BC-14/12. Din id-Deċiżjoni żiedet entrati ġodda għall-plastiks fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel, inkluża l-entrata B3011 fl-Anness IX dwar skart mhux perikoluż. Dawn l-emendi huma effettivi mill-1 ta’ Jannar 2021. Barra minn hekk, fis-7 ta’ Settembru 2020, il-Kumitat tal-Politika Ambjentali tal-OECD adotta emendi għall-Appendiċi 4 tad-Deċiżjoni tal-OECD dwar l-iskart tal-plastik perikoluż, u għamel kjarifiki għall-Appendiċijiet 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-OECD, b’effett mill-1 ta’Jannar 2021. |
(4) |
Skont dawk id-deċiżjonijiet, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/2174 (6) emenda l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 biex jitqiesu l-emendi relatati mal-entrati dwar l-iskart tal-plastik fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel u fid-Deċiżjoni tal-OECD. B’riżultat ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2021, l-esportazzjonijiet ta’ skart tal-plastik mill-Unjoni lejn pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-deċiżjoni tal-OECD huma permessi biss jekk dan l-iskart jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-entrata l-ġdida dwar l-iskart tal-plastik B3011, inkluża fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, u l-pajjiż ta’ destinazzjoni jippermetti l-importazzjoni ta’ dan l-iskart fit-territorju tiegħu. |
(5) |
Fl-2019 u l-2020, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-pajjiżi kkonċernati biex tfittex kjarifika dwar il-proċeduri nazzjonali fir-rigward tal-entrati ġodda tal-plastik skont il-Konvenzjoni ta’ Basel. Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet minn 23 pajjiż u territorji doganali (7). |
(6) |
Ċerti pajjiżi kkomunikaw l-intenzjoni tagħhom li jsegwu proċeduri ta’ kontroll li huma distinti minn dawk stipulati fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. F’dawk il-każijiet, elenkati fil-kolonna (d) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, huwa preżunt li l-esportaturi huma konxji mir-rekwiżiti legali preċiżi imposti mill-pajjiż tad-destinazzjoni. |
(7) |
Fejn huwa indikat fl-Anness li pajjiż ma jipprojbixxix ċerti vjeġġi ta’ skart u lanqas ma japplika għalihom il-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel prevista fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li japplika mutatis mutandis għal tali vjeġġi. |
(8) |
Meta pajjiż ikun elenkat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru1418/2007, u l-Kummissjoni jkollha informazzjoni li kien hemm bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti iżda l-pajjiż ma ħariġx konferma bil-miktub bi tweġiba għat-talbiet għal informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni fl-2019 u fl-2020, il-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel tapplika skont l-Artikolu 37(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
(9) |
Meta pajjiż ma jkunx elenkat jew ma jkunx indikat skart jew taħlita ta’ skart partikolari għal pajjiż partikolari fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007, dan ifisser li l-pajjiż ma jkunx ħareġ konferma bil-miktub jew ma jkunx ħareġ konferma bil-miktub għal dan l-iskart jew taħlita ta’ skart, li jista’ jiġi esportat mill-Unjoni lejn tali pajjiż għall-irkupru. Skont l-Artikolu 37(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, għall-esportazzjonijiet għall-irkupru ta’ skart li mhuwiex ipprojbit skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament lejn dawk il-pajjiżi u fir-rigward ta’ dak l-iskart, tapplika l-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel. F’dawk il-każijiet, taħt il-kolonna (a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, fejn il-pajjiżi jkunu indikaw li jipprojbixxu l-importazzjonijiet tal-iskart kollu kopert mill-Annessi III u IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, iżda ma jkunux ipprovdew informazzjoni speċifika dwar il-proċeduri ta’ kontroll nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-iskart tal-plastik li jaqa’ taħt l-entrata B3011, il-projbizzjoni ġenerali tal-importazzjoni jenħtieġ li titqies li tkopri wkoll l-iskart tal-plastik skont l-entrata B3011. |
(10) |
F’dawk il-każijiet fejn il-pajjiżi jkunu indikaw li l-iskart kollu kopert mill-Annessi III u IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 ma jkunx soġġett għal proċedura ta’ kontroll jew proċeduri oħra ta’ kontroll skont il-liġi nazzjonali, iżda ma jkunux ipprovdew informazzjoni speċifika dwar il-proċeduri ta’ kontroll nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-iskart tal-plastik li jaqa’ taħt l-entrata B3011, il-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel taħt il-kolonna (b) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies li tapplika fir-rigward tal-entrata B3011. |
(11) |
Il-Kummissjoni ħassret ukoll għall-pajjiżi li ma weġbux għat-talba tagħha għal informazzjoni l-entrati B3010 u GH013 li ma għadhomx jeżistu. |
(12) |
Fil-25 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill tal-OECD approva l-Opinjoni tal-Kumitat tal-Politika Ambjentali rigward il-konformità tal-Costa Rica mad-Deċiżjoni tal-OECD. Konsegwentement, l-Artikolu 37(2) tar- Regolament (KE) Nru 1013/2006 ma jibqax japplika għal dan il-pajjiż u l-entrata għall-Costa Rica għalhekk titħassar mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007. |
(13) |
Għalhekk, l-Anness tar-Regolament (KE) 1418/2007 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax (ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Kontroll tal-Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Destinat għal Operazzjonijiet ta’ Rkupru (OECD/LEGAL/02660.
(4) Tweġibiet mingħand: l-Albanija, l-Andorra, l-Anguilla, l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Bahrain, il-Bangladesh, il-Belarussja, il-Benin, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Burkina Faso, il-Kambodja, il-Cape Verde, iċ-Chad, Taipei Ċiniż, il-Kolombja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Kongo, il-Costa Rica, il-Kosta tal-Avorju, Kuba, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, l-Etjopja, il-Gabon, il-Georgia, il-Ghana, il-Gwatemala, il-Guinea, il-Guyana, il-Ħaiti, il-Ħonduras, Ħong Kong (Ċina), l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġamajka, il-Kosovo*, il-Kirgiżistan, il-Laos, il-Libanu , il-Liberja, il-Madagascar, il-Malasja, il-Mali, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, il-Marokk, il-Myanmar/Burma, in-Namibja, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, l-Oman, il-Pakistan, il-Panama, il-Paragwaj, il-Peru, il-Filippini, il-Qatar, ir-Rwanda, Saint Lucia, San Marino , São Tomé u Príncipe, is-Senegal, is-Serbja, Singapor, l-Afrika t’Isfel, is-Sri Lanka, is-Sudan, it-Tajlandja, Trinidad u Tobago, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Urugwaj, l-Użbekistan, il-Vjetnam u ż-Żambja.
*Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
Il-Kolombja saret membru tal-OECD fit-28 ta’ April 2020. Ir-Regolament (KE) Nru 1418/2007 mhux se jibqa’ japplika għall-Kolombja ladarba l-korpi rilevanti tal-OECD ikunu stabbilixxew li l-Kolombja tikkonforma bis-sħiħ mad-Deċiżjoni tal-OECD.
(5) 1673 UNTS p. 57.
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2174 tad-19 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 11).
(7) It-territorji doganali huma elenkati separatament fl-Anness, anki meta jappartjenu għall-istess pajjiż.
ANNESS
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-tabella għall-Albanija hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Albanija
|
(2) |
It-tabella għal Anguilla hija sostitwita b’dan li ġej: “Anguilla
|
(3) |
It-tabella għall-Arġentina hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Arġentina
|
(4) |
It-tabella għall-Armenja hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Armenja
|
(5) |
It-tabella għall-Ażerbajġan hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Ażerbajġan
|
(6) |
It-tabella għall-Bahrain hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-Bahrain
|
(7) |
It-tabella għall-Bangladesh hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Bangladesh
|
(8) |
It-tabella għall-Belarussja hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Belarussja
|
(9) |
It-tabella għall-Benin hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Benin
|
(10) |
It-tabella għall-Bożnija-Ħerzegovina hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Bożnija-Ħerzegovina
|
(11) |
It-tabella għall-Brażil hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-Brażil
|
(12) |
It-tabella għall-Burkina Faso hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Burkina Faso
|
(13) |
It-tabella għall-Kambodja hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-Kambodja
|
(14) |
It-tabella għall-Cabo Verde hija sostitwita b’dan li ġej: “Cabo Verde
|
(15) |
It-tabella għaċ-Ċina titħassar. |
(16) |
It-tabella għat-Tajwan hija sostwita b’dan li ġej: “It-Tajwan
|
(17) |
It-tabella għall-Kolombja hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Kolombja
|
(18) |
It-tabella li ġejja għall-Kongo tiddaħħal f’ordni alfabetika: “Il-Kongo
|
(19) |
It-tabella għall-Costa Rica titħassar. |
(20) |
It-tabella għal Kuba hija sostitwita b’dan li ġej: “Kuba
|
(21) |
It-tabella għal Curaçao hija sostitwita b’dan li ġej: “Curaçao
|
(22) |
It-tabella għall-Ekwador hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Ekwador
|
(23) |
It-tabella għall-Eġittu hija sostwita b’dan li ġej: “L-Eġittu
|
(24) |
It-tabella għal El Salvador hija sostitwita b’dan li ġej: “El Salvador
|
(25) |
It-tabella għall-Georgia hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Georgia
|
(26) |
It-tabella għall-Ghana hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-Ghana
|
(27) |
It-tabella li ġejja għall-Haiti tiddaħħal f’ordni alfabetika: “Il-Haiti
|
(28) |
It-tabella għal Hong Kong (iċ-Ċina) hija sostwita b’dan li ġej: “Hong Kong (iċ-Ċina)
|
(29) |
It-tabella għall-Indja hija sostwita b’dan li ġej: “L-Indja
|
(30) |
It-tabella għall-Indoneżja hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Indoneżja
|
(31) |
It-tabella għall-Iran (Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran) hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Iran (Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran)
|
(32) |
It-tabella li ġejja għall-Ġamajka tiddaħħal f’ordni alfabetika: “Il-Ġamajka
|
(33) |
It-tabella għall-Każakistan hija sostwita kif ġej: “Il-Każakistan
|
(34) |
It-tabella li ġejja għall-Kosovo tiddaħħal f’ordni alfabetika: “Il-Kosovo (*)
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”" |
(35) |
It-tabella għall-Kuwajt hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-Kuwajt
|
(36) |
It-tabella għall-Kirgiżistan hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Kirgiżistan
|
(37) |
It-tabella li ġejja għal-Laos tiddaħħal f’ordni alfabetiku: “Il-Laos
|
(38) |
It-tabella għal-Libanu hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-Libanu
|
(39) |
It-tabella għal-Liberja hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Liberja
|
(40) |
It-tabella għall-Madagascar hija sostwita b’dan li ġej: “Madagascar
|
(41) |
It-tabella għall-Malasja hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Malasja
|
(42) |
It-tabella għall-Moldova (Ir-Repubblika tal-Moldova) hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Moldova (Ir-Repubblika tal-Moldova)
|
(43) |
It-tabella li ġejja għal Monaco tiddaħħal f’ordni alfabetika: “Monaco
|
(44) |
It-tabella għall-Montenegro hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Montenegro
|
(45) |
It-tabella għall-Marokk hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Marokk
|
(46) |
It-tabella li ġejja għall-Myanmar/Burma tiddaħħal f’ordni alfabetika: “Il-Myanmar/Burma
|
(47) |
It-tabella għan-Nepal hija sostwita b’dan li ġej: “In-Nepal
|
(48) |
It-tabella li ġejja għan-Nikaragwa tiddaħħal f’ordni alfabetika: “In-Nikaragwa
|
(49) |
It-tabella għan-Niġer hija sostitwita b’dan li ġej: “In-Niġer
|
(50) |
It-tabella li ġejja għan-Niġerja tiddaħħal f’ordni alfabetika: “In-Niġerja
|
(51) |
It-tabella għall-Oman hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Oman
|
(52) |
It-tabella għall-Pakistan hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Pakistan
|
(53) |
It-tabella li ġejja għall-Panama tiddaħħal f’ordni alfabetika: “Il-Panama
|
(54) |
It-tabella għall-Paragwaj hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Paragwaj
|
(55) |
It-tabella għall-Perù hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Perù
|
(56) |
It-tabella għall-Filippini hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Filippini
|
(57) |
It-tabella għar-Russja (Il-Federazzjoni Russa) hija sostwita b’dan li ġej: “Ir-Russja (Il-Federazzjoni Russa)
|
(58) |
It-tabella li ġejja għal San Marino tiddaħħal f’ordni alfabetika: “San Marino
|
(59) |
It-tabella li ġejja għal São Tomé u Príncipe tiddaħħal f’ordni alfabetika: “São Tomé u Príncipe
|
(60) |
It-tabella għas-Senegal hija sostwita b’dan li ġej: “Is-Senegal
|
(61) |
It-tabella għas-Serbja hija sostwita b’dan li ġej: “Is-Serbja
|
(62) |
It-tabella għal Singapore hija sostwita b’dan li ġej: “Singapore
|
(63) |
It-tabella għat-Taġikistan hija sostwita b’dan li ġej: “It-Taġikistan
|
(64) |
It-tabella li ġejja għas-Sudan tiddaħħal f’ordni alfabetika: “Is-Sudan
|
(65) |
It-tabella għat-Tajlanda hija sostwita b’dan li ġej: “It-Tajlandja
|
(66) |
It-tabella għal Trinidad u Tobago hija sostitwita b’dan li ġej: “Trinidad u Tobago
|
(67) |
It-tabella għat-Tuneżija hija sostwita b’dan li ġej: “It-Tuneżija
|
(68) |
It-tabella li ġejja għat-Turkmenistan tiddaħħal f’ordni alfabetika: “It-Turkmenistan
|
(69) |
It-tabella għall-Ukrajna hija sostwita b’dan li ġej: “L-Ukrajna
|
(70) |
It-tabella li ġejja għall-Urugwaj tiddaħħal f’ordni alfabetika: “L-Urugwaj
|
(71) |
It-tabella għall-Użbekistan hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Użbekistan
|
(72) |
It-tabella għall-Vjetnam hija sostwita b’dan li ġej: “Il-Vjetnam
|
(73) |
It-tabella għaż-Żambja hija sostitwita b’dan li ġej: “Iż-Żambja
|
(*) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.””