Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1242

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1242 tad-29 ta’ Lulju 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    ST/10766/2021/INIT

    ĠU L 272, 30.7.2021, p. 4–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1242/oj

    30.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 272/4


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1242

    tad-29 ta’ Lulju 2021

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    (2)

    Fit-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/847 (2), li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    (3)

    Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-580/19 (3), Sayed Shamsuddin Borborudi jenħtieġ li jitneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    (4)

    Barra minn hekk, abbażi ta’ rieżami tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (4), jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista li tinsab fih, sa fejn l-ismijiet tagħhom ma jissemmewx fl-Anness VI għal dik id-Deċiżjoni, u jenħtieġ li 21 entrata inklużi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġu aġġornati.

    (5)

    Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. DOVŽAN


    (1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/847 tat-18 ta’ Ġunju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 196, 19.6.2020, p. 1).

    (3)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021, Sayed Shamsuddin Borborudi vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-580/19, ECLI:EU:T:2021:330.

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).


    ANNESS

    L-Anness IX għar-Regolament (UE) 267/2012 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran” , taħt is-subintestatura “A. Persuni”, titħassar l-entrata li ġejja: “25. Sayed Shamsuddin Borborudi”.

    (2)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “A. Persuni”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “8.

    Ebrahim MAHMUDZADEH

     

    Eks Direttur Maniġerjali ta’ Iran Electronic Industries (ara Parti B, nru 20). Direttur ġenerali tal-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Forzi Armati sa Settembru 2020. Viċi Ministru għad-Difiża Iranjan sa Diċembru 2020.

    23.6.2008

    13.

    Anis NACCACHE

     

    Eks amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu ppruvat tipprokura oġġetti sensittivi għal entitajiet indikati taħt ir-Riżoluzzjoni 1737 (2006).

    23.6.2008

    16.

    Viċi Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI (magħruf ukoll bħala ROODSARI, Mohammad, Hossein, Shafiei; ROODSARI, Mohammad, Shafi’I; ROODSARI, Mohammad, Shafiei; RUDSARI, Mohammad, Hossein, Shafiei; RUDSARI, Mohammad, Shafi’I; RUDSARI, Mohammad, Shafiei)

     

    Eks Deputat ta’ MODAFL għall-Koordinazzjoni (ara Parti B, nru 29).

    23.6.2008

    17.

    Abdollah SOLAT SANA (magħruf ukoll bħala Solatsana

    Solat Sanna; Sowlat Senna; Sovlat Thana)

     

    Direttur Maniġerjali ta’ Uranium Conversion Facility (UCF) f’Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta’ arrikkiment f’Natanz. Fis-27 ta’ Awwissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu.

    23.4.2007

    23.

    Davoud BABAEI

     

    Il-kap attwali tas-sigurtà għall-istitut tar-riċerka tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Ministeru tad-Difiża, l-Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND), li kienet immexxija minn Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi, indikat min-NU. L-IAEA identifikat lil SPND bit-tħassib tagħhom dwar id-dimensjonijiet militari possibbli tal-programm nukleari tal-Iran li l-Iran jirrifjuta li jikkoopera dwaru. Bħala kap tas-sigurtà, Babaei huwa responsabbli għall-prevenzjoni ta’ żvelar ta’ informazzjoni, inkluż lill-IAEA.

    1.12.2011

    29.

    Milad JAFARI (Milad JAFERI)

    Data tat-Twelid: 20.9.1974

    Ċittadin Iranjan li jipprovdi prodotti, l-aktar metalli, lill-kumpanniji li jservu ta’ paraventu SHIG indikati min-NU. Wassal prodotti lil SHIG bejn Jannar u Novembru 2010. Ħlasijiet għal xi prodotti saru fil-fergħa ċentrali tal-Export Development Bank of Iran (EDBI), indikat mill-UE f’Tehran wara Novembru 2010.

    1.12.2011”

    (3)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “2.

    Armed Forces Geographical Organisation

     

    Sussidjarja ta’ MODAFL ivvalutata li tipprovdi data ġeospazjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi.

    23.6.2008

    20.

    Iran Electronic Industries

    (inkluż il-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

    P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran

    Sussidjarja sħiħa ta’ proprjetà ta’ MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistemi Iranjani tal-armi.

    23.6.2008

     

    (b)

    Iran Communications Industries (ICI)

    (magħruf ukoll bħala Sanaye Mokhaberat Iran;

    Iran Communication Industries;

    Iran Communications Industries Group;

    Iran Communications Industries Co.)

    PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran; Indirizz alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran; Indirizz alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran

    Iran Communications Industries, sussidjarja ta’ Iran Electronics Industries (elenkata mill-UE), tipproduċi diversi oġġetti inklużi sistemi ta’ komunikazzjoni, avionics, tagħmir ta’ optics u electro-optics, micro-electronics, teknoloġija tal-informazzjoni, test u measurement, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, tagħmir elettroniku tal-gwerra, manifattura u tiġdid ta’ radar tube, u missile launchers.

    26.7.2010

    28.

    Mechanic Industries Group

    (Magħruf ukoll bħala: Mechanic Industries Organisation; Mechanical Industries Complex; Mechanical Industries Group; Sanaye

    Mechanic)

     

    Ħa sehem fil-produzzjoni ta’ komponenti għall-programm ballistiku.

    23.6.2008

    37.

    Schiller Novin

    (Magħruf ukoll bħala: Schiler Novin Co.; Schiller Novin Co.; Shiller Novin)

    Gheytariyeh Avenue - no 153 - 3rd Floor - PO BOX 17665/153 6 19389 Tehran

    Jaġixxi għan-nom tad-Defense Industries Organisation (DIO).

    26.7.2010

    38.

    Shahid Ahmad Kazemi Industrial Group (SAKIG)

     

    Entità subordinata għall-Aerospace Industries Organisation (AIO) tal-Iran. SAKIG jiżviluppa u jipproduċi sistemi tal-missili mill-art-għall-ajru għall-militar tal-Iran. Huwa jmantni proġetti militari, bil-missili u ta’ difiża tal-ajru u jipprokura merkanzija mir-Russja, il-Belarussja u l-Korea ta’ Fuq.

    26.7.2010

    40.

    State Purchasing Organisation (SPO, magħrufa wkoll bħala State Purchasing Office; State Purchasing Organization)

     

    Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta’ armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja tal-MODAFL.

    23.6.2008

    52.

    Raad Iran (magħrufa wkoll bħala Raad Automation Company; Middle East Raad Automation; RAAD Automation Co.; Raad Iran Automation Co.; RAADIRAN, Middle East RAAD Automation Co.; Automasion RAAD Khavar Mianeh; Automation Raad Khavar Mianeh Nabbet Co)

    Unit 1, No 35, Bouali Sina Sharghi, Chehel Sotoun Street, Fatemi Square, Tehran

    Kumpannija involuta fl-akkwist ta’ invertituri fir-rigward tal-programm għall-arrikkiment proskritt tal-Iran. Raad Iran ġiet stabbilita biex tipproduċi u tiddisinja sistemi ta’ kontroll u tipprovdi l-bejgħ u l-istallazzjoni ta’ invertituri u apparat ta’ Kontroll b’Memorja (programmable Logic Controllers).

    23.5.2011

    86.

    Karanir (magħruf ukoll bħala Karanir Sanat, Moaser; Tajhiz Sanat)

    1139/1 Unit 104 Gol Building, Gol Alley, North Side of Sae, Vali Asr Avenue. PO Box 19395-6439, Tehran

    Involuta fix-xiri ta’ tagħmir u ta’ materjali li għandhom applikazzjoni diretta fil-programm nukleari Iranjan.

    1.12.2011

    95.

    Samen Industries (magħruf ukoll bħala Khorasan Metallurgy Industries)

    2nd km of Khalaj Road End of Seyyedi St., P.O.Box 91735-549, 91735 Mashhad, Iran, Tel.: +98 511 3853008, +98 511 3870225

    Isem shell għal Khorasan Metallurgy Industries indikata min-NU, sussidjarja ta’ Ammunition Industries Group (AMIG).

    1.12.2011

    99.

    TABA (Iran Cutting Tools Manufacturing company - Taba Towlid Abzar Boreshi Iran;

    magħrufa wkoll bħala Iran Centrifuge Technology Co.; Iran’s Centrifuge Technology Company; Sherkate Technology Centrifuge

    Iran, TESA, TSA)

    12 Ferdowsi, Avenue Sakhaee, avenue 30 Tir (sud), nr 66 – Tehran

    Miżmuma jew ikkontrollata minn TESA, sanzjonata mill-UE, involuta fil-fabrikazzjoni ta’ tagħmir u ta’ materjali li għandhom applikazzjoni diretta fil-programm nukleari Iranjan.

    1.12.2011

    153.

    Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND)

     

    L-Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND) tappoġġa direttament l-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni. L-IAEA identifikat lil SPND bit-tħassib tagħhom dwar dimensjonijiet militari possibbli (PMD) tal-programm nukleari tal-Iran. SPND kienet immexxija minn Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi indikat min-NU, u hija parti mill-Ministeru għad-Difiża għal-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) indikat mill-UE.

    22.12.2012

    161.

    Sharif University of Technology

    L-aħħar indirizz magħruf: Azadi Ave/Street, PO Box 11365-11155, Tehran, Iran, Tel. +98 21 66 161 Email: info@sharif.ir

    Sharif University of Technology (SUT) għandha għadd ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tal-Gvern Iranjan li huma indikati min-NU u/jew l-UE u li joperaw f’oqsma militari jew marbutin mas-settur militari, b’mod partikolari fil-qasam tal-produzzjoni u l-akkwist ta’ missili ballistiċi. Dan jinkludi: ftehim mal-Aerospace Industries Organisation, indikata mill-UE, fost l-oħrajn għall-produzzjoni ta’ satelliti; kooperazzjoni mal-Ministeru Iranjan għad-Difiża u l-Iranian Revolutionary Guards Corps (IRGC) fil-kompetizzjonijiet marbuta mad-dgħajjes intelliġenti (smart boat competitions); ftehim aktar ġenerali mal-Forza tal-Ajru tal-IRGC li jkopri l-iżvilupp u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet, il-kooperazzjoni organizzattiva u strateġika tal-Università.

    Meħuda flimkien, dawn juru li hemm rekord sinifikanti ta’ involviment mal-Gvern tal-Iran f’oqsma militari jew marbuta mas-settur militari li jikkostitwixxi appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

    8.11.2014”

    (4)

    taħt l-intestatura “II. Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “A. Persuni”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “2.

    Viċi Ammiral Ali FADAVI

     

    Viċi Kap tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC). Eks Kmandant tal-qawwa Navali tal-IRGC.

    26.7.2010

    6.

    Mohammad Ali JAFARI, IRGC

     

    Eks Kmandant tal-IRGC. Attwalment kap tal-Kwartieri Kulturali u Soċjali ta’ Hazrat Baqiatollah al-Azam.

    23.6.2008”

    (5)

    taħt l-intestatura “II. Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana”, l-entrata li ġejja tissostitwixxi l-entrata korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “12.

    Etemad Amin Invest Co Mobin

    (Magħrufa wkoll bħala: Etemad Amin Investment Company Mobin; Etemad-e Mobin, Etemad Amin Invest Company Mobin; Etemad Mobin Co.;

    Etemad Mobin Trust Co.; Etemade Mobin Company; Mobin Trust Consortium; Etemad-e Mobin Consortium)

    Pasadaran Av. Tehran, Iran

    Kumpannija li hija proprjetà ta’ jew ikkontrollata mill-IRGC li tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim.

    26.7.2010”


    Top