Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1194

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1194 tad-19 ta’ Lulju 2021 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.)u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1135

    ST/10485/2021/INIT

    ĠU L 258, 20.7.2021, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1194/oj

    20.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 258/48


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1194

    tad-19 ta’ Lulju 2021

    li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (*)u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1135

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1135 (1) li taħtar lis-Sur Tomáš SZUNYOG bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2021.

    (2)

    Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perijodu ta’ 24 xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2023.

    (3)

    Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Tomáš SZUNYOG bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2023. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż jew terminat qabel, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1135 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 5(1) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2023 għandu jkun ta’ EUR 6 600 000.”;

    (2)

    fl-Artikolu 14, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2023.”.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PODGORŠEK


    (*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1135 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 247, 31.7.2020, p. 25).


    Top