Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2207

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2207 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista tal-pajjiżi terzi jew tal-partijiet tagħhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti ibbażati fuq il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/9548

    ĠU L 438, 28.12.2020, p. 18–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2207/oj

    28.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 438/18


    IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2207

    tat-22 ta’ Diċembru 2020

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista tal-pajjiżi terzi jew tal-partijiet tagħhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti ibbażati fuq il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-Punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet pubbliċi u tas-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti bbażati fuq il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u l-lista tal-pajjiżi terzi jew il-partijiet tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ dawn il-kunsinni. B’mod partikolari, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 jelenka l-pajjiżi terzi u l-partijiet tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti bbażati fuq il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    (2)

    Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 605/2010 sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll.

    (3)

    Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

    (4)

    Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 huwa emendat f’konformità mat-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-entrati li ġejjin għar-Renju Unit u Guernsey jiddaħħlu wara l-entrata għall-Etjopja:

    “GB

    Ir-Renju Unit  (*1)

    +

    +

    +

    GG

    Guernsey

    +

    +

    +

    (2)

    l-entrata li ġejja għal Isle of Man tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżrael:

    “IM

    Isle of Man

    +

    +

    +”

    (3)

    l-entrata li ġejja għal Jersey tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżlanda:

    “JE

    Jersey

    +

    +

    +”


    (*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”;


    Top