This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1808
Commission Implementing Decision (EU) 2020/1808 of 30 November 2020 amending Implementing Decision (EU) 2019/1698 as regards European standards for certain child care articles, children’s furniture, stationary training equipment, and the ignition propensity of cigarettes (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1808 tat-30 ta’ Novembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698 fir-rigward tal-istandards Ewropej għal ċerti oġġetti tal-kura tat-tfal, l-għamara tat-tfal, it-tagħmir fiss għall-eżerċizzju, u l-propensità ta’ qbid tas-sigaretti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1808 tat-30 ta’ Novembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698 fir-rigward tal-istandards Ewropej għal ċerti oġġetti tal-kura tat-tfal, l-għamara tat-tfal, it-tagħmir fiss għall-eżerċizzju, u l-propensità ta’ qbid tas-sigaretti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/8233
ĠU L 402, 1.12.2020, pp. 140–143
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32019D1698 | Żieda | anness I Test | 01/12/2020 | |
| Modifies | 32019D1698 | Sostituzzjoni | anness I Test | 01/12/2020 |
|
1.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 402/140 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1808
tat-30 ta’ Novembru 2020
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698 fir-rigward tal-istandards Ewropej għal ċerti oġġetti tal-kura tat-tfal, l-għamara tat-tfal, it-tagħmir fiss għall-eżerċizzju, u l-propensità ta’ qbid tas-sigaretti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE prodott għandu jitqies bħala sikur sa fejn u sakemm jirrigwarda r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/264/KE (2) dwar rekwiżiti ta’ sikurezza kontra n-nar li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għas-sigaretti. |
|
(3) |
Permezz tal-ittra M/425 tas-27 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni għamlet talba lis-CEN biex iħejji standards Ewropej relatati mar-rekwiżiti ta’ sikurezza kontra n-nar għas-sigaretti. Fuq il-bażi ta’ din it-talba, is-CEN adotta l-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu tat-test għall-valutazzjoni tal-propensità ta’ qbid tas-sigaretti” u l-emenda għal dak l-istandard - EN ISO 12863:2010/A1:2016. L-istandard u l-emenda tiegħu ġew ippubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1698 (3). Biex tiġi żgurata applikazzjoni korretta u konsistenti tal-istandard EN ISO 12863:2010 kif emendat bl-EN ISO 12863:2010/A1:2016 u biex jiġu introdotti korrezzjonijiet tekniċi, is-CEN adotta r-rettifika EN ISO 12863:2010/AC:2011. L-istandard EN ISO 12863:2010 kif emendat bl-EN ISO 12863:2010/A1:2016 u kif ikkoreġut mill-EN ISO 12863:2010/AC:2011 jikkonforma mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Huwa għalhekk xieraq li tiġi ppubblikata r-referenza tar-rettifika EN ISO 12863:2010/AC:2011 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mar-referenza tal-istandard EN ISO 12863:2010 u l-emenda tiegħu EN ISO 12863:2010/A1:2016. |
|
(4) |
Fit-2 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2010/376/UE (4) dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà li jridu jissodisfaw l-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad għat-tfal. |
|
(5) |
Permezz tal-ittra M/497 tal-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni għamlet talba lis-CEN biex ifassal standards Ewropej dwar is-sikurezza ta’ oġġetti għall-kura tat-tfal soġġetti għal riskji relatati mal-ambjent tal-irqad (riskji tal-cluster 2), b’mod partikolari, saqqijiet għas-sodod tat-trabi, cot bumpers, sodod sospiżi għat-tfal, duvets għat-tfal, u sleep bags għat-tfal. |
|
(6) |
Fuq il-bażi tat-talba M/497, is-CEN adotta l-istandard EN 16890:2017 “L-għamara tat-tfal - Saqqijiet għas-sodod tat-tfal u bennieni - Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza u l-metodi tal-ittestjar”. L-istandard EN 16890:2017 jikkonforma mar-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Għalhekk, ir-referenza tagħha jeħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Fis-6 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2010/9/UE (5) dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfati mill-istandards Ewropej għal sedili tal-banju, strumenti awżiljari tal-banju u banjijiet u saqajn tagħhom għat-trabi u t-tfal iż-żgħar. |
|
(8) |
Permezz tal-ittra M/464 tat-3 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni għamlet talba lis-CEN biex ifassal standards Ewropej biex jiġu indirizzati r-riskji ewlenin assoċjati mas-sikurezza ta’ oġġetti għall-kura tat-tfal soġġetti għal riskji relatati ma’ għarqa (riskji tal-cluster 1), b’mod partikolari ċrieki tal-banju, għodod tal-banju, banjijiet u stands. |
|
(9) |
Fuq il-bażi tat-talba M/464, is-CEN adotta l-istandard EN 17022:2018 “Oġġetti għall-kura tat-tfal - Għajnuniet għall-banju - Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi tal-ittestjar”. L-istandard EN 17022:2018 jikkonforma mar-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Għalhekk, ir-referenza tagħha jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(10) |
Fuq il-bażi tat-talba M/464, is-CEN adotta l-istandard EN 17072:2018 “Oġġetti għall-kura tat-tfal - Banjijiet, stands u tagħmir mhux awtonomu għall-għajnuna fil-banju - Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi tal-ittestjar”. L-istandard EN 17072:2018 jikkonforma mar-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Għalhekk, ir-referenza tagħha jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(11) |
Fl-24 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/476/UE (6) dwar rekwiżiti ta’ sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal tagħmir fiss għat-taħriġ. |
|
(12) |
Permezz tal-ittra M/506 tal-5 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lis-CEN biex ifassal standards Ewropej li jindirizzaw ir-riskji ewlenin assoċjati ma’ tagħmir fiss għall-eżerċizzju skont ir-rekwiżiti tas-sikurezza. Fuq il-bażi ta’ din it-talba, is-CEN adotta l-istandard EN ISO 20957–9:2016 “Tagħmir fiss għall-eżerċizzju - Parti 9: Trainers ellittiċi, rekwiżiti ta’ sikurezza speċifiċi addizzjonali u metodi tal-ittestjar (ISO 20957-9:2016)” li ġie ppubblikat mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698. |
|
(13) |
B’kont meħud tal-għarfien ġdid, is-CEN irreveda l-istandard EN ISO 20957-9:2016. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-emenda EN ISO 20957-9:2016/A1:2019 “Tagħmir fiss għall-eżerċizzju - Parti 9: Trainers ellittiċi, rekwiżiti ta’ sikurezza speċifiċi addizzjonali u metodi tal-ittestjar - Emenda 1 (ISO 20957-9:2016/Amd 1:2019)”. L-istandard EN ISO 20957-9:2016 kif emendat bl-istandard EN ISO 20957-9:2016/A1:2019 huwa konformi mar-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenza tal-emenda EN ISO 20957-9:2016/A1:2019 jenħtieġ għalhekk li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mar-referenza tal-istandard EN ISO 20957-9:2016. |
|
(14) |
Ir-referenzi tal-istandards Ewropej adottati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE huma ppubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698. Biex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards Ewropej abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE jiġu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi rilevanti tal-istandards il-ġodda, l-emendi u l-korrezzjonijiet għall-istandards jenħtieġ li jiġu inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698 tiġi emendata skont dan. |
|
(16) |
Il-konformità mal-istandards nazzjonali rilevanti li jittrasponu l-istandards Ewropej li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tagħti preżunzjoni ta’ sikurezza sa fejn jirrigwardaw ir-riskji u l-kategoriji ta’ riskji koperti mill-istandard nazzjonali rilevanti, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698 huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/264/KE tal-25 ta’ Marzu 2008 dwar rekwiżiti ta’ sikurezza kontra n-nar li għandhom jiġu sodisfati mill-istandards Ewropej għas-sigaretti skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 35).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1698 tad-9 ta’ Ottubru 2019 dwar standards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 259, 10.10.2019, p. 65).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/376/UE tat-2 ta’ Lulju 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 170, 6.7.2010, p. 39).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/9/UE tas-6 ta’ Jannar 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfati mill-istandards Ewropej għal sedili tal-banju, strumenti awżiljari tal-banju u banjijiet u saqajn tagħhom għat-trabi u t-tfal iż-żgħar skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 23).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/476/UE tas-27 ta’ Lulju 2011 dwar rekwiżiti ta’ sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal tagħmir fiss għat-taħriġ skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 196, 28.7.2011, p. 16).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
ir-ringiela 37 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin 52a, 52b u 52c:
|
|
(3) |
ir-ringiela 57 hija sostitwita b’dan li ġej:
|