This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0034
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/34 of 17 October 2018 laying down rules for the application of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council as regards applications for protection of designations of origin, geographical indications and traditional terms in the wine sector, the objection procedure, amendments to product specifications, the register of protected names, cancellation of protection and use of symbols, and of Regulation (EU) No 1306/2013 of the European Parliament and of the Council as regards an appropriate system of checks
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u ta' termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, l-emendi tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta' ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta' simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta' kontrolli
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u ta' termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, l-emendi tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta' ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta' simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta' kontrolli
C/2018/6621
ĠU L 9, 11.1.2019, p. 46–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/08/2023
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32019R0034R(01) | (SV) | |||
Corrected by | 32019R0034R(02) | (LV) | |||
Corrected by | 32019R0034R(03) | (MT) | |||
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | anness VI | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | anness III | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 3 | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 1 sentenza 1 | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | anness V | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | anness IV | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | anness VII | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | artikolu 11 paragrafu 1 punt (b) | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | anness II | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | artikolu 8 paragrafu 2 | 28/08/2023 | |
Modified by | 32023R1607 | Sostituzzjoni | artikolu 8 paragrafu 3 | 28/08/2023 |
11.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/46 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/34
tas-17 ta' Ottubru 2018
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u ta' termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta' ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta' simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta' kontrolli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 110(1)(b), (c) u (e), l-Artikolu 110(2), l-Artikolu 111, l-Artikolu 115(1) u l-Artikolu 123 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3). It-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxu regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi, it-termini tradizzjonali u t-tikkettar u l-preżentazzjoni fis-settur tal-inbid. Dawk it-Taqsimiet 2 u 3 jagħtu s-setgħa wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq tal-inbid fil-qafas legali l-ġdid, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Jenħtieġ li dawk l-atti jieħdu post id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (4) li hu mħassar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (5). |
(2) |
L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 wriet li l-proċeduri kurrenti għar-reġistrazzjoni, għall-emendar u għat-tħassir tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jistgħu jkunu kkumplikati, impenjattivi żżejjed, u jirrikjedu ħafna żmien. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħoloq vakwi legali, b'mod partikolari rigward il-proċedura li trid tiġi segwita f'applikazzjonijiet għall-emendar ta' speċifikazzjonijiet tal-prodotti. Ir-regoli tal-proċedura li jikkonċernaw id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid huma inkonsistenti mar-regoli applikabbli għall-iskemi tal-kwalità li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni dwar l-oġġetti tal-ikel, ix-xarbiet spiritużi u l-inbejjed aromatizzati. Din is-sitwazzjoni twassal għal inkonsistenzi f'kif tiġi implimentata din il-kategorija ta' drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Jenħtieġ li dawn id-diskrepanzi jiġu indirizzati fid-dawl tad-dritt għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali stabbilit fl-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jissimplifika, jiċċara, jikkompleta u jarmonizza l-proċeduri rilevanti. Jenħtieġ li l-proċeduri jiġu mmudellati sa fejn possibbli fuq il-proċeduri effiċjenti u ttestjati sew għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati ma' prodotti agrikoli u ma' oġġetti tal-ikel kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (7) u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (8), u jenħtieġ li jiġu adattati biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid. |
(3) |
Id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi huma marbutin b'mod intrinsiku mat-territorju tal-Istati Membri. L-awtoritajiet nazzjonali u lokali għandhom l-aqwa kompetenza u għarfien dwar il-fatti rilevanti. Jenħtieġ li dan ikun rifless fir-regoli proċedurali rilevanti, filwaqt li jitqies il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Fl-interess taċ-ċarezza, ċerti stadji tal-proċedura li tirregola applikazzjoni għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika fis-settur tal-inbid jenħtieġ li jiġu stipulati f'dettall. |
(5) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali dwar l-applikazzjonijiet konġunti li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed. |
(6) |
Biex ikun hemm dokumenti uniċi uniformi u komparabbli, hemm bżonn li jiġi speċifikat il-kontenut minimu li jenħtieġ li jiġi pprovdut f'dawn id-dokumenti. Fil-każ tad-denominazzjonijiet ta' oriġini, jenħtieġ li tingħata enfasi partikolari lid-deskrizzjoni tar-rabta bejn il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku partikolari. Fil-każ tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li tingħata enfasi partikolari lid-definizzjoni tar-rabta bejn kwalità speċifika, reputazzjoni jew karatteristiċi oħra u l-oriġini ġeografika tal-prodott. |
(7) |
Iż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li għalihom titfittex protezzjoni jenħtieġ li tiġi deskritta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'mod dettaljat, preċiż u mingħajr ekwivoki li jippermetti lill-produtturi, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-korpi ta' kontroll joperaw fuq bażijiet ċerti, konklużivi u affidabbli. |
(8) |
Biex jiġi żgurat il-funzjonament mexxej tas-sistema, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli uniformi li jikkonċernaw l-istadju ta' ċaħda tal-proċedura li japplika għal applikazzjonijiet għal protezzjoni. Regoli uniformi huma meħtieġa wkoll rigward il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni, għal emendi standard u għal emendi temporanji, kif ukoll rigward il-kontenut tat-talbiet ta' tħassir. |
(9) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu ffissati skadenzi li jikkonċernaw il-proċedura ta' oġġezzjoni, filwaqt li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-identifikazzjoni tad-dati tal-bidu ta' dawk l-iskadenzi. |
(10) |
Biex jiġi żgurat li jkun hemm proċeduri uniformi u effiċjenti fis-seħħ, jenħtieġ li jiġu pprovduti formoli għat-tressiq ta' applikazzjonijiet, oġġezzjonijiet, applikazzjonijiet għal emendi u talbiet ta' tħassir. |
(11) |
Biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-uniformità fost l-Istati Membri, hemm bżonn li jiġu adottati regoli dwar il-kontenut u l-forma tar-reġistru elettroniku ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif stabbilit skont l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (“ir-reġistru”). Ir-reġistru huwa bażi ta' data elettronika maħżuna f'sistema informatika, u huwa aċċessibbli għall-pubbliku. Id-data kollha li hi relatata ma' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ma' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti preżenti fir-reġistru preċedenti stabbilit fil-bażi ta' data elettronika “e-Bacchus”, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009, jenħtieġ li tiddaħħal fir-reġistru fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(12) |
Jenħtieġ li regoli eżistenti dwar ir-riproduzzjoni tas-simbolu tal-Unjoni għal denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għal prodotti u għal oġġetti tal-ikel agrikoli, stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014, jiġu replikati biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħrfu nbid li jkollu denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta. |
(13) |
Il-valur miżjud ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jissejjes fuq il-garanziji tal-valur mogħtija lill-konsumaturi. L-iskema tkun kredibbli biss jekk tkun akkumpanjata minn verifika, kontroll u awditjar effettivi, li jinkludu sistema ta' kontrolli f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni, ġestita mill-awtoritajiet kompetenti maħturin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). F'dan il-kuntest, hemm bżonn li jitqiesu r-regoli dwar il-verifiki, il-kontrolli u l-awditi previsti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, u li dawn jiġu adattati għad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fis-settur tal-inbid. |
(14) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tal-kontrolli li jridu jsiru fuq l-inbejjed li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta b'rabta ma' żona ġeografika f'pajjiż terz. |
(15) |
L-akkreditazzjoni tal-korpi ta' kontroll jenħtieġ li ssir skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u jenħtieġ li tikkonforma mal-istandards internazzjonali żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO). Jenħtieġ li l-korpi ta' kontroll akkreditati jikkonformaw ma' dawk l-istandards fl-operati tagħhom. |
(16) |
Sabiex Ċipru jingħata biżżejjed żmien biex jadatta u jallinja s-sistema ta' kontrolli tiegħu mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jixraq li jingħata eżenzjoni mir-rekwiżit li jikkonforma mal-istandards tal-ISO għall-korpi ta' ċertifikazzjoni għal perjodu ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(17) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jitolbu tariffa lill-operaturi biex ikopru l-kostijiet imġarrba għall-istabbiliment u għat-tħaddim tas-sistema ta' kontrolli. |
(18) |
Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-Istati Membri f'kif l-ismijiet inklużi fir-reġistru jiġu protetti kontra użi inġusti u f'kif jiġu evitati prattiki li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fil-livell tal-Istati Membri f'dak ir-rigward. |
(19) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi ta' kontroll lill-Kummissjoni. Sabiex jiġu ffaċilitati l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi ta' kontroll fis-seħħ għad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika dawk l-ismijiet u l-indirizzi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli fis-seħħ f'dawk il-pajjiżi għall-ismijiet li jgawdu mill-protezzjoni fl-Unjoni bl-għan li tiġi verifikata l-uniformità tas-sistema ta' kontrolli. |
(20) |
Għall-finijiet ta' ċarezza, ta' trasparenza u fl-interess tal-iżgurar tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi li jikkonċernaw in-natura u l-kontenut tal-kontrolli li jridu isiru fuq bażi annwali minbarra r-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dak ir-rigward, b'mod partikolari b'riferiment għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (11). |
(21) |
Sabiex jiġi żgurat li t-termini tradizzjonali li għalihom titfittex il-protezzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u fl-interess taċ-ċertezza legali, hemm bżnon li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-proċeduri li jikkonċernaw applikazzjonijiet għal protezzjoni, oġġezzjoni, modifika jew tħassir tat-termini tradizzjonali ta' ċerti prodotti tad-dwieli. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jispeċifikaw dettalji fir-rigward tal-kontenut tal-applikazzjoni kif ukoll fir-rigward tal-informazzjoni addizzjonali u tad-dokumenti ta' appoġġ rilevanti meħtieġa, tal-iskadenzi li għandhom jiġu rispettati u tal-komunikazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-partijiet involuti f'kull proċedura. |
(22) |
Sabiex il-konsumaturi u l-operaturi kummerċjali jkunu jistgħu jsibu liema termini tradizzjonali huma protetti fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni u d-dħul ta' termini tradizzjonali fir-reġistru tal-Unjoni. Biex jiġi żgurat li r-reġistru jkun aċċessibbli għal kulħadd, jenħtieġ li dan ikun aċċessibbli b'mod elettroniku. |
(23) |
Fid-dawl tal-importanza ekonomika tat-termini tradizzjonali u biex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jitqarrqux, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri kontra kwalunkwe użu illegali tat-termini tradizzjonali, u jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni ta' tali prodotti. |
(24) |
Fl-interessi ta' ġestjoni amministrattiva effettiva u fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-użu ta' sistemi informatiċi implimentati mill-Kummissjoni, il-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu simplifikati u l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi skambjata skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (12) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (13). |
(25) |
Il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ is-sistema informatika “E-Ambrosia” għall-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni u għall-emendar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fis-settur tal-inbid. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkomplu jużaw din is-sistema għall-finijiet ta' komunikazzjoni rigward il-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet għal protezzjoni u għall-approvazzjoni tal-emendi. Madankollu, minħabba sistema stretta ta' akkreditament, jenħtieġ li din is-sistema ma tintużax għal komunikazzjonijiet mal-Istati Membri rigward il-proċedura għal oġġezzjonijiet u għal talbiet ta' tħassir, u jenħtieġ li ma tintużax għal komunikazzjonijiet ma' pajjiżi terzi. Minflok, għall-proċedura għal oġġezzjonijiet u għal talbiet ta' tħassir, l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi ta' pajjiżi terzi, kif ukoll persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jikkomunikaw mal-Kummissjoni bil-posta elettronika. |
(26) |
Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, għal modifika jew għal tħassir ta' termini tradizzjonali għadhom mhumiex ġestiti permezz ta' sistema informatika ċentralizzata. Minflok, dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ li jkomplu jitressqa bil-posta elettronika bl-użu tal-formoli stabiliti fl-Annessi VIII sa XI. Il-komunikazzjonijiet jew l-iskambji ta' informazzjoni l-oħra kollha li jikkonċernaw it-termini tradizzjonali jenħtieġ li jsiru bil-posta elettronika wkoll. |
(27) |
Jenħtieġ li jiġi definit il-mod li bih il-Kummissjoni tagħmel aċċessibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u t-termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid. |
(28) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONI INTRODUTTORJA
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013, li jikkonċernaw rispettivament id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u t-termini tradizzjonali, fis-settur tal-inbid, fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
(a) |
l-applikazzjonijiet għal protezzjoni; |
(b) |
il-proċedura ta' oġġezzjoni; |
(c) |
l-emendi għal speċifikazzjonijiet ta' prodotti u modifiki tat-termini tradizzjonali; |
(d) |
ir-reġistru; |
(e) |
it-tħassir ta' protezzjoni; |
(f) |
l-użu ta' simboli tal-Unjoni; |
(g) |
il-kontrolli; |
(h) |
il-komunikazzjonijiet. |
KAPITOLU II
DENOMINAZZJONIJIET TA' ORIĠINI U INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI
TAQSIMA 1
Applikazzjoni għal protezzjoni
Artikolu 2
Applikazzjonijiet għal protezzjoni mingħand l-Istati Membri
Meta jgħaddu applikazzjoni għal protezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jinkludu r-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
Artikolu 3
Applikazzjonijiet għal protezzjoni mingħand pajjiżi terzi
Applikazzjonijiet għal protezzjoni li jikkonċernaw żona ġeografika f'pajjiż terz għandhom jiġu sottomessi minn produttur uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 jew minn grupp ta' produtturi li jkollu interess leġittimu, b'mod dirett lill-Kummissjoni jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiżi terz, u barra minn hekk għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 94(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 4
Applikazzjonijiet konġunti
1. Applikazzjoni konġunta, kif imsemmija fl-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni minn wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, jew minn applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 3 f'wieħed mill-pajjiżi terzi kkonċernati, b'mod dirett jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz. Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi kollha kkonċernati.
2. L-Istat Membru, il-pajjiż terz jew applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 3 stabbilit f'pajjiż terz li jissottometti lill-Kummissjoni applikazzjoni konġunta kif imsemmija fil-paragrafu 1 isir id-destinatarju ta' kwalunkwe notifika jew deċiżjoni maħruġa mill-Kummissjoni.
Artikolu 5
Dokument uniku
1. Id-dokument uniku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jinkludi l-elementi ewlenin li ġejjin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:
(a) |
l-isem li għandu jiġi protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika; |
(b) |
l-Istat Membru jew il-pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata; |
(c) |
it-tip ta' indikazzjoni ġeografika; |
(d) |
deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed; |
(e) |
il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli; |
(f) |
ir-rendimenti massimi għal kull ettaru; |
(g) |
l-indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li minnhom jinkiseb l-inbid jew jinkisbu l-inbejjed; |
(h) |
definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika demarkata; |
(i) |
deskrizzjoni tar-rabta msemmija fil-punt (a)(i) jew fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(j) |
fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew isiru l-inbejjed, kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom; |
(k) |
fejn applikabbli, ir-regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-ippakkjar u t-tikkettar u r-rekwiżiti rilevanti essenzjali l-oħra kollha. |
2. Id-deskrizzjoni tar-rabta msemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi:
(a) |
fil-każ ta' denominazzjoni ta' oriġini, deskrizzjoni tar-rabta kawżali bejn il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott, u l-ambjent ġeografiku bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu li miegħu għandhom rabta essenzjali jew esklużiva, inkluż, fejn applikabbli, l-elementi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta' produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta; |
(b) |
fil-każ ta' indikazzjoni ġeografika, deskrizzjoni tar-rabta kawżali bejn l-oriġini ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni speċifika jew karatteristiċi speċifiċi oħra rilevanti attribwibbli għall-oriġini ġeografika tal-prodott, akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tindika fuq liema minn fost il-fatturi mogħtija hija bbażata r-rabta kawżali - il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni speċifika, jew karatteristiċi speċifiċi oħra attribwibbli għall-oriġini ġeografika tal-prodott. Id-deskrizzjoni tista' tikkonċerna wkoll l-elementi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu tal-produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta kawżali. |
Meta applikazzjoni tkopri kategoriji differenti ta' prodotti tad-dwieli, id-dettalji li juru r-rabta għandhom jintwerew għal kull prodott tad-dwieli kkonċernat.
3. Id-dokument uniku għandu jitfassal skont il-formola mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a). Il-pajjiżi terzi għandhom jużaw il-mudell għal dokumenti uniċi stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 6
Żona ġeografika
Iż-żona ġeografika demarkata għandha tiġi ddefinita b'mod preċiż li ma jippreżenta ebda ambigwità, b'riferiment kemm jista' jkun għall-konfini fiżiċi jew amministrattivi.
Artikolu 7
Proċedura ta' skrutinju
1. Jekk applikazzjoni ammissibbli ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jew lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew lill-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talba, filwaqt li tistabbilixxi skadenza għall-irtirar jew għall-modifika tal-applikazzjoni tagħhom jew għas-sottomissjoni ta' kummenti.
Jekk, wara dik l-informazzjoni, isiru modifiki sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel ma tintbagħat il-verżjoni l-ġdida tad-dokument uniku lill-Kummissjoni, dawk il-modifiki għandhom jiġu soġġetti għal pubblikazzjoni adegwata biex kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li hi stabbilita jew resident fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni tkun tista' tippreżenta oġġezzjoni. Ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tiġi aġġornata u għandha twassal għall-verżjoni konsolidata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta.
2. Jekk l-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni ma jirrimedjawx għall-ostakoli għall-għoti ta' protezzjoni sal-iskadenza mogħtija, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
3. Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni kkonċernata għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tad-dokumenti u tal-informazzjoni disponibbli għaliha. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru jew lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew lill-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni dwar id-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni.
TAQSIMA 2
Proċedura ta' oġġezzjoni
Artikolu 8
Regoli proċedurali għal oġġezzjonijiet
1. Dikjarazzjoni sostanzjata ta' oġġezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 għandu jkun fiha:
(a) |
ir-referenza għall-isem ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje L, li miegħu hi relatata l-oġġezzjoni; |
(b) |
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità jew tal-persuna li ressqet l-oġġezzjoni; |
(c) |
deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li ressqet l-oġġezzjoni, bl-esklużjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jkollhom personalità ġuridika fl-ordinament ġuridiku nazzjonali; |
(d) |
indikazzjoni tar-raġunijiet għall-oġġezzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33; |
(e) |
id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti b'appoġġ tal-oġġezzjoni. |
Din tista' tkun akkumpanjata minn dokumenti ta' appoġġ, fejn rilevanti.
Jekk l-oġġezzjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza ta' trademark preċedenti b'reputazzjoni u b'fama, l-oġġezzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:
(a) |
prova tal-preżentazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tat-trademark preċedenti jew prova tal-użu tagħha; u |
(b) |
prova tar-reputazzjoni u tal-fama tagħha. |
L-informazzjoni u l-evidenza li għandhom jiġu ppreżentati b'appoġġ tal-użu ta' trademark preċedenti għandhom jinkludu d-dettalji tal-post, id-durata, il-firxa u n-natura tal-użu tat-trademark preċedenti, u tar-reputazzjoni u tal-fama tagħha.
Dikjarazzjoni sostanzjata ta' oġġezzjoni għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness II.
2. Il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 għandu jibda mid-data li fiha l-istedina ta' parteċipazzjoni fil-konsultazzjonijiet titwassal għand il-partijiet interessati b'mezz elettroniku.
3. Il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata bir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemija fl-Artikolu 12(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 fi żmien xahar minn meta jintemmu l-konsultazzjonijiet skont il-formola stabbilita fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
TAQSIMA 3
Emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
Artikolu 9
Applikazzjonijiet għall-emendi tal-Unjoni
1. Applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni ta' prodott, kif imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, għandu jkun fiha:
(a) |
ir-referenza għall-isem protett li miegħu hi relatata l-emenda; |
(b) |
l-isem tal-applikant u deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-applikant; |
(c) |
l-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda; |
(d) |
deskrizzjoni eżawrjenti tal-emendi proposti u r-raġunijiet speċifiċi għal kull waħda minnhom; |
(e) |
id-dokument uniku konsolidat u kkompletat kif xieraq, kif modifikat; |
(f) |
ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott konsolidata u kkompletata kif xieraq, kif modifikata. |
2. Applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għandha titfassal f'konformità mal-formola mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a). Il-pajjiżi terzi għandhom jużaw il-formola mogħtija fl-Anness IV.
Id-dokument uniku emendat għandu jitfassal skont l-Artikolu 5. Ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha twassal għall-verżjoni konsolidata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta. Applikazzjoni minn pajjiż terz tista' tinkludi kopja tal-verżjoni konsolidata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott minflok ir-referenza elettronika għall-kopja ppubblikata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
3. L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tinkludi l-applikazzjoni kkompletata kif xieraq kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 10
Komunikazzjoni ta' emenda standard
1. Il-komunikazzjoni ta' emendi standard għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, għandu jkun fiha:
(a) |
ir-referenza għall-isem protett li miegħu hi relatata l-emenda standard; |
(b) |
deskrizzjoni tal-emendi approvati u r-raġunijiet għalihom; |
(c) |
id-deċiżjoni li tapprova l-emenda standard kif imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33; |
(d) |
id-dokument uniku konsolidat, kif modifikat, fejn rilevanti; |
(e) |
ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott konsolidata, kif modifikata. |
2. Il-komunikazzjoni minn Stat Membru għandha tinkludi dikjarazzjoni minn dak l-Istat Membru li hu jqis li l-emenda approvata tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
3. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, il-komunikazzjoni mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew minn applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 3 b'interess leġittimu għandha tinkludi prova li l-emenda hi applikabbli fil-pajjiż terz. Din jista' jkun fiha l-ispeċifikazzjoni konsolidata tal-prodott kif tiġi ppubblikata minflok ir-referenza għall-pubblikazzjoni tagħha.
4. Il-formola mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a) għandha tintuża għall-finijiet tal-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
5. Il-formola stabbilita fl-Anness V għandha tintuża għall-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.
Artikolu 11
Komunikazzjoni ta' emenda temporanja
1. Il-komunikazzjoni ta' emenda temporanja għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, għandu jkun fiha:
(a) |
ir-referenza għall-isem protett li miegħu hi relatata; |
(b) |
deskrizzjoni tal-emenda temporanja approvata flimkien mar-raġunijiet li jsostnu l-emenda temporanja msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33; |
(c) |
ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni nazzjonali li tapprova l-emenda temporanja. |
2. Il-komunikazzjoni minn Stat Membru għandha tinkludi dikjarazzjoni minn dak l-Istat Membru li hu jqis li l-emenda approvata tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
3. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, il-komunikazzjoni mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew minn applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 3 b'interess leġittimu għandha tinkludi prova li l-emenda hi applikabbli fil-pajjiż terz. Din jista' jkun fiha l-ispeċifikazzjoni konsolidata tal-prodott kif tiġi ppubblikata minflok ir-referenza għall-pubblikazzjoni tagħha.
4. Il-formola mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a) għandha tintuża għall-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
5. Il-formola stabbilita fl-Anness VI għandha tintuża għall-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.
TAQSIMA 4
Reġistru
Artikolu 12
Reġistru
1. Mad-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni li tagħti protezzjoni lill-isem ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-data li ġejja fir-reġistru elettroniku ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti stabbilit skont l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
(a) |
l-isem li għandu jiġi protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika; |
(b) |
in-numru tal-fajl; |
(c) |
jekk l-isem huwiex protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika; |
(d) |
isem il-pajjiż jew il-pajjiżi ta' oriġini; |
(e) |
id-data tar-reġistrazzjoni; |
(f) |
ir-referenza elettronika għall-istrument legali li jipproteġi l-isem; |
(g) |
ir-referenza elettronika għad-dokument uniku; |
(h) |
fejn iż-żona ġeografika taqa' fit-territorju tal-Istati Membri, ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
2. Meta l-Kummissjoni tapprova emenda għal speċifikazzjoni ta' prodott jew tirċievi komunikazzjoni ta' emenda approvata għal speċifikazzjoni ta' prodott li tinvolvi bidla fl-informazzjoni rreġistrata fir-reġistru, għandha tirreġistra d-data l-ġdida b'effett mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tapprova l-emenda.
3. Meta jidħol fis-seħħ tħassir, il-Kummissjoni għandha tħassar l-isem mir-reġistru u għandha żżomm rekord tat-tħassir.
4. Id-data kollha preżenti fil-bażi ta' data elettronika “e-Bacchus” imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandha tiddaħħal fir-reġistru elettroniku msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
5. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.
TAQSIMA 5
Tħassir
Artikolu 13
Talbiet għal tħassir
1. Talba għat-tħassir tal-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika kif imsemmi fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun fiha:
(a) |
ir-referenza għall-isem protett li miegħu hi relatata; |
(b) |
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità jew tal-persuna fiżika jew ġuridika li tfittex it-tħassir tal-protezzjoni; |
(c) |
deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li tfittex it-tħassir tal-protezzjoni, bl-esklużjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jkollhom personalità ġuridika fl-ordinament ġuridiku nazzjonali; |
(d) |
indikazzjoni tar-raġunijiet għat-tħassir; |
(e) |
id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti b'appoġġ tat-talba ta' tħassir. |
It-talba tista' tkun akkumpanjata minn dokumenti ta' appoġġ, fejn rilevanti.
Talba ta' tħassir għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness VII.
TAQSIMA 6
Użu tas-simbolu tal-Unjoni
Artikolu 14
Is-simbolu tal-Unjoni
Is-simbolu tal-Unjoni li jindika d-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta, kif imsemmi fl-Artikolu 120(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jiġi riprodott kif stabbilit fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 668/2014.
TAQSIMA 7
Kontrolli
Artikolu 15
Awtoritajiet responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
1. Meta jwettqu l-kontrolli stabbiliti f'din it-Taqsima, l-awtoritajiet u l-korpi ta' kontroll kompetenti responsabbli għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004.
2. Fir-rigward ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, il-verifika annwali tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-fażi tal-produzzjoni u matul jew wara l-ipproċessar tal-inbid, għandha titwettaq minn:
(a) |
awtorità pubblika waħda jew aktar maħtura mill-pajjiż terz; jew |
(b) |
korp taċ-ċertifikazzjoni wieħed jew aktar. |
3. Il-korpi ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 90(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-korp taċ-ċertifikazzjoni wieħed jew aktar kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-istandard internazzjonali ISO/IEC 17065:2012, u għandhom jiġu akkreditati b'konformità miegħu.
B'deroga mill-paragrafu 1, u għal perjodu ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, Ċipru ma għandux ikun marbut bl-obbligu li jikkonforma mal-istandard Internazzjonali ISO/IEC 17065:2012 u li jkun akkreditat f'konformità miegħu.
4. Meta l-awtorità msemmija fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-awtorità waħda jew aktar imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u ta' imparzjalità, u għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
5. Kull operatur li jixtieq jipparteċipa f'parti jew fil-proċess sħiħ tal-produzzjoni jew, fejn rilevanti, tal-ippakkjar, ta' prodott b'denominazzjoni ta' oriġini jew b'indikazzjoni ġeografika protetta, għandu jinforma kif xieraq lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
6. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jimponu tariffa fuq l-operaturi soġġetti għall-kontrolli biex ikopru l-kostijiet imġarrba għall-istabbiliment u għat-tħaddim tas-sistema ta' kontroll.
Artikolu 16
Azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri biex jipprevjenu l-użu illegali ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti
L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli abbażi ta' analiżi tar-riskji biex jipprevjenu jew iwaqqfu l-użu illegali ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fuq prodotti manifatturati jew kummerċjalizzati fit-territorji tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqas ta' konformità, inkluż miżuri amministrattivi u ġudizzjarji.
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet responsabbli biex jieħdu dawn il-miżuri skont proċeduri ddeterminati minn kull Stat Membru individwali. L-awtoritajiet maħturin għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u ta' imparzjalità, u għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
Artikolu 17
Komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dettalji tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, inkluż tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament u, fejn applikabbli, tal-korpi ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 90(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtorità jew tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-korpi ta' kontroll.
Artikolu 18
Komunikazzjoni bejn il-pajjiżi terzi u l-Kummissjoni
Meta l-inbejjed minn pajjiż terz jibbenefikaw minn denominazzjoni ta' oriġini jew minn indikazzjoni ġeografika protetta, il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha:
(a) |
informazzjoni dwar l-awtoritajiet jew il-korpi taċ-ċertifikazzjoni maħturin li jwettqu l-verifika annwali tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul jew wara l-ipproċessar tal-inbid; |
(b) |
informazzjoni li tistabbilixxi liema aspetti huma koperti mill-kontrolli; |
(c) |
prova li l-inbid inkwistjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika rilevanti. |
Artikolu 19
Verifika annwali
1. Il-verifika annwali mwettqa mill-awtorità kompetenti jew mill-korpi ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 90(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tikkonsisti f'dawn li ġejjin:
(a) |
ittestjar organolettiku u analitiku għall-prodotti b'denominazzjoni ta' oriġini; |
(b) |
ittestjar analitiku biss, jew ittestjar organolettiku u analitiku, għall-prodotti b'indikazzjoni ġeografika; |
(c) |
kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
Il-verifika annwali għandha ssir fl-Istat Membru li fih isseħħ il-produzzjoni skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u għandha titwettaq permezz ta' wieħed jew aktar mill-metodi li ġejjin:
(a) |
permezz ta' verifiki aleatorji bbażati fuq analiżi tar-riskju; |
(b) |
permezz ta' kampjunar; |
(c) |
kontrolli sistematiċi. |
Meta l-Istati Membri jagħżlu li jagħmlu l-verifiki aleatorji msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu, għandhom jagħżlu n-numru minimu ta' operaturi li għandhom ikunu soġġetti għal dawk il-kontrolli.
Meta l-Istati Membri jagħżlu li jwettqu l-kampjunar imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu, għandhom jiżguraw li permezz tan-numru, tan-natura u tal-frekwenza tal-kontrolli, il-kampjunar ikun rappreżentattiv taż-żona ġeografika demarkata sħiħa inkwistjoni u jikkorrispondi għall-volum tal-prodotti tas-settur tal-inbid kummerċjalizzati jew miżmuma bil-għan li jiġu kummerċjalizzati.
2. L-ittestjar imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jsir fuq kampjuni anonimi, u għandu juri li l-prodott ittestjat jikkonforma mal-karatteristiċi u mal-kwalitajiet desrkitti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-denominazzjoni ta' oriġini jew għall-indikazzjoni ġeografika rilevanti.
L-ittestjar għandu jsir fi kwalunkwe stadju fil-proċess tal-produzzjoni, u fl-istadju tal-ippakkjar, fejn rilevanti. Kull kampjun li jittieħed għandu jkun rappreżentattiv tal-inbejjed rilevanti miżmuma mill-operatur.
3. Għall-finijiet tal-kontroll tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità tal-kontroll għandha:
(a) |
twettaq kontroll fuq il-post fil-bini tal-operaturi biex tivverifika li l-operaturi huma tabilħaqq kapaċi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott; |
(b) |
twettaq kontroll fuq il-prodotti fi kwalunkwe stadju tal-proċess tal-produzzjoni, u fl-istadju tal-ippakkjar, fejn rilevanti, abbażi ta' pjan ta' spezzjoni li jkopri kull stadju tal-produzzjoni tal-prodott, imfassal minn qabel mill-awtorità tal-kontroll u li l-operaturi jafu bih. |
4. Il-verifika annwali għandha tiżgura li prodott ma jistax juża d-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta relatata miegħu sakemm:
(a) |
ir-riżultati tal-ittestjar kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 juru bil-provi li l-prodott inkwistjoni jikkonforma mal-kundizzjonijiet fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u għandu l-karatteristiċi xierqa kollha tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata; |
(b) |
il-kontrolli mwettqa skont il-paragrafu 3 jikkonfermaw li l-kundizzjonijiet l-oħra elenkati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma ssodisfati. |
5. Fil-każ ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta transfruntiera, il-verifika tista' ssir minn awtorità tal-kontroll ta' xi wieħed mill-Istati Membri kkonċernati.
6. Kwalunkwe prodott li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 jista' jitqiegħed fis-suq, imma mingħajr id-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika rilevanti, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali l-oħra.
7. B'deroga mill-paragrafu 1, verifika annwali tista' ssir fis-sit tal-ippakkjar tal-prodott, fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru fejn seħħet il-produzzjoni, f'liema każ ikun japplika l-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.
L-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi ta' kontroll ta' Stati Membri differenti responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli fuq denominazzjoni ta' oriġini protetta jew fuq indikazzjoni ġeografika protetta għandhom jikkooperaw b'mod partikolari biex jiżguraw li, rigward l-obbligi tal-ippakkjar, l-operaturi stabbiliti fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membur fejn isseħħ il-produzzjoni tal-inbid li l-isem tiegħu hu reġistrat bħala denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta jikkonformaw mal-obbligi ta' kontroll tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott inkwistjoni.
8. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għall-inbejjed li jgawdu minn protezzjoni nazzjonali tranżitorja skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
Artikolu 20
Ittestjar analitiku u organolettiku
L-ittestjar analitiku u organolettiku msemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 19 għandu jikkonsisti f'dawn li ġejjin:
(a) |
analiżi fiżika u kimika tal-inbid inkwistjoni, li tkejjel il-proprjetajiet karatteristiċi li ġejjin:
|
(b) |
analiżi addizzjonali tal-inbid inkwistjoni, li tkejjel il-proprjetajiet karatteristiċi li ġejjin:
|
(c) |
test organolettiku li jkopri d-dehra, ir-riħa u t-togħma. |
KAPITOLU III
TERMINI TRADIZZJONALI
TAQSIMA 1
Applikazzjonijiet għal protezzjoni
Artikolu 21
Applikazzjoni għal protezzjoni
1. L-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew dawk tal-pajjiżi terzi jew mill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi stabbiliti f'pajjiżi terzi skont l-Artikolu 30(3).
2. Fil-każ li titressaq talba minn organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva stabbilita f'pajjiż terz, l-applikant għandu jikkomunika l-informazzjoni rigward l-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva u l-membri tagħha lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 30(3). Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni.
TAQSIMA 2
Proċedura ta' oġġezzjoni
Artikolu 22
Tressiq ta' oġġezzjoni
1. Stat Membru, pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika b'interess leġittimu jistgħu jressqu oġġezzjoni għall-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
2. Oġġezzjoni għandha tiġi komunikata lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 30(3).
Artikolu 23
Dokumenti li jsostnu oġġezzjoni
1. Oġġezzjoni sostanzjata b'mod xieraq għandu jkun fiha d-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti sottomessi b'appoġġ tal-oġġezzjoni, akkumpanjati mid-dokumenti ta' sostenn rilevanti.
2. Jekk l-oġġezzjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza ta' trademark preċedenti b'reputazzjoni u b'fama, l-oġġezzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:
(a) |
prova tal-preżentazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tat-trademark preċedenti jew prova tal-użu tagħha; u |
(b) |
prova tar-reputazzjoni u tal-fama tagħha. |
L-informazzjoni u l-evidenza li għandhom jiġu ppreżentati b'appoġġ tal-użu ta' trademark preċedenti għandhom jinkludu d-dettalji tal-post, id-durata, il-firxa u n-natura tal-użu tat-trademark preċedenti, u tar-reputazzjoni u tal-fama tagħha.
3. Jekk id-dettalji tad-dritt(ijiet) preċedenti ddikjarat(i), ir-raġuni(jiet), il-fatti, l-evidenza jew il-kummenti, jew id-dokumenti ta' sostenn, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, ma jkunux tressqu fid-data tas-sottomissjoni tal-oġġezzjoni, jew jekk ikun hemm xi dettalji jew dokumenti neqsin, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità jew lill-persuna li ressqet l-oġġezzjoni kif xieraq, u għandha tistedinha tirrimedja n-nuqqasijiet innotati fi żmien xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tiċħad l-oġġezzjoni bħala inammissibbli. Id-deċiżjoni ta' ċaħda tal-oġġezzjoni bħala inammissibbli għandha tiġi notifikata lill-awtorità jew lill-persuna li tkun ippreżentat l-oġġezzjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva stabbilita fil-pajjiż terz inkwistjoni.
Artikolu 24
Tressiq ta' osservazzjonijiet mill-partijiet
1. Meta l-Kummissjoni tikkomunika oġġezzjoni li ma tiġix miċħuda skont l-Artikolu 23(3) lill-applikant li ressaq l-applikazzjoni għal protezzjoni, l-applikant għandu jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ tat-tali komunikazzjoni.
2. Meta jintalbu jagħmlu hekk mill-Kummissjoni matul l-iskrutinju tagħha ta' oġġezzjoni, il-partijiet għandhom jipprovdu kummenti dwar il-komunikazzjonijiet riċevuti mingħand il-partijiet l-oħra, jekk xieraq, fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ ta' dik it-talba.
TAQSIMA 3
Protezzjoni ta' termini tradizzjonali
Artikolu 25
Reġistrazzjoni
1. Mad-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni li tagħti protezzjoni fuq terminu tradizzjonali, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-data li ġejja fir-reġistru elettroniku ta' termini tradizzjonali protetti:
(a) |
l-isem li għandu jiġi protett bħala terminu tradizzjonali; |
(b) |
it-tip ta' terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(c) |
il-lingwa msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33; |
(d) |
il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli kkonċernati mill-protezzjoni; |
(e) |
referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li fiha hu ddefinit u rregolat it-terminu tradizzjonali, jew għar-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiżi terzi, inkluż dawk li ġejjin mill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi, fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali f'dawk il-pajjiżi terzi; |
(f) |
sommarju tad-definizzjoni jew tal-kundizzjonijiet tal-użu; |
(g) |
isem il-pajjiż jew il-pajjiżi ta' oriġini; |
(h) |
id-data tal-inklużjoni fir-reġistru. |
2. Ir-reġistru elettroniku ta' termini tradizzjonali protetti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 26
Infurzar tal-protezzjoni
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 113 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, meta jsir użu illegali minn termini tradizzjonali protetti, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq it-talba ta' parti, għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jipprevjenu jew iwaqqfu l-kummerċjalizzazzjoni, inkluż kwalunkwe esportazzjoni, tal-prodotti inkwistjoni.
TAQSIMA 4
Modifika u tħassir
Artikolu 27
Talba ta' modifika
1. L-Artikoli 21 sa 24 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal talba għall-modifika ta' terminu tradizzjonali protett.
2. Meta l-Kummissjoni tapprova modifika għal terminu tradizzjonali, għandha tirreġistra l-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni li japprova l-modifika.
Artikolu 28
Talba ta' tħassir
1. Talba ta' tħassir tal-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali għandu jkun fiha:
(a) |
ir-referenza għat-terminu tradizzjonali li tirreferi għalih; |
(b) |
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna fiżika jew ġuridika li qed tfittex it-tħassir; |
(c) |
deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li ppreżentat it-talba ta' tħassir; |
(d) |
indikazzjoni tar-raġunijiet għat-tħassir, kif imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33; |
(e) |
id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti b'appoġġ tat-talba ta' tħassir. |
It-talba tista' tkun akkumpanjata minn dokumenti ta' appoġġ, fejn rilevanti.
2. Jekk l-informazzjoni dettaljata dwar ir-raġunijiet, il-fatti, l-evidenza u l-kummenti, kif ukoll id-dokumenti ta' sostenn imsemmija fil-paragrafu 1, ma jiġux ippreżentati fl-istess ħin mat-talba ta' tħassir, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtur tat-talba ta' tħassir kif meħtieġ, u għandha tistiednu jirrimedja n-nuqqasijiet innotati fi żmien xahrejn.
Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tqis it-talba ta' tħassir bħala inammissibbli u għandha tiċħadha. Id-deċiżjoni li tqis it-talba inammissibbli għandha tiġi notifikata lill-awtur tat-talba ta' tħassir.
Artikolu 29
Skrutinju ta' talba ta' tħassir
1. Jekk il-Kummissjoni ma tqisx it-talba ta' tħassir bħala inammissibbli skont l-Artikolu 28(2), għandha tikkomunika t-talba ta' tħassir lill-Istat Membru jew lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew lill-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni, u għandha tistiednu jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ ta' dik l-istedina. Kull osservazzjoni riċevuta f'dan il-perjodu ta' xahrejn għandha tiġi kkomunikata lill-awtur tat-talba.
Matul l-eżaminazzjoni ta' talba ta' tħassir, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-partijiet jissottomettu kummenti dwar il-komunikazzjonijiet riċevuti mingħand il-partijiet l-oħra fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ ta' dik it-talba.
2. Jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni jew l-awtur ta' talba ta' tħassir ma jippreżentaw ebda kumment bi tweġiba, jew ma jirrispettawx il-perjodi ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-tħassir.
3. Deċiżjoni li tħassar il-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali kkonċernat għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tal-evidenza disponibbli għaliha. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk humiex issodisfati r-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
Id-deċiżjoni ta' tħassir tal-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali għandha tiġi notifikata lill-awtur tat-talba ta' tħassir u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz inkwistjoni.
4. Meta jiġu ppreżentati diversi talbiet ta' tħassir fir-rigward ta' terminu tradizzjonali, u meta jkun jista' jiġi konkluż minn eżaminazzjoni preliminari tat-tali talba jew talbiet li ma jibqax possibbli li tkompli tingħata protezzjoni lil terminu tradizzjonali, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-proċeduri ta' tħassir l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tinotifika lill-partijiet li jkunu ressqu t-talbiet ta' tħassir l-oħra dwar kwalunkwe deċiżjoni li tkun ttieħdet matul il-proċedura u li taffettwahom.
Meta tiġi adottata deċiżjoni li tħassar terminu tradizzjonali, il-proċeduri ta' tħassir li jkunu ġew sospiżi għandhom jitqiesu magħluqa, u l-awturi tat-talbiet ta' tħassir inkwistjoni għandhom jiġu informati kif xieraq.
5. Meta deċiżjoni li tħassar terminu tradizzjonali tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tneħħi l-isem mir-reġistru, filwaqt li żżomm rekord tat-tħassir.
KAPITOLU IV
KOMUNIKAZZJONIJIET, PUBBLIKAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 30
Komunikazzjonijiet bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u operaturi oħra
1. Id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu II għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni kif ġej:
(a) |
għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, permezz tas-sistemi informatiċi mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185; |
(b) |
għall-awtoritajiet kompetenti u għall-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi ta' pajjiżi terzi, kif ukoll għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont dan ir-Regolament, bil-posta elettronika, bl-użu tal-formoli stabbiliti fl-Annessi I sa VII. |
2. B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni d-dikjarazzjonijiet sostanzjati ta' oġġezzjoni, in-notifiki tar-riżultat tal-konsultazzjonijiet imwettqa bl-għan li jintlaħaq ftehim fil-kuntest ta' proċedura ta' oġġezzjoni, u t-talbiet ta' tħassir, kif imsemmi fl-Artikoli 11, 12 u 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 rispettivament, bil-posta elettronika bl-użu tal-formoli stabbiliti fl-Annessi II, III u VII ta' dan ir-Regolament rispettivament.
3. Id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu III għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, bil-posta elettronika, billi jintużaw il-formoli stabbiliti fl-Annessi VIII sa XI.
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika u tqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz tas-sistemi informatiċi mdaħħla fis-seħħ mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 2 u 3 lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentanti ta' pajjiżi terzi, kif ukoll lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont dan ir-Regolament, bil-posta elettronika.
L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi ta' pajjiżi terzi, kif ukoll persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont dan ir-Regolament, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, permezz taż-żewġ indirizzi tal-posta elettronika indikati fl-Anness XII, biex jiksbu informazzjoni dwar il-prattikalitajiet tal-aċċessar tas-sistemi informatiċi, dwar il-metodi ta' komunikazzjoni u ta' kif se titqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitoli II u III.
Artikolu 31
Sottomissjoni u wasla ta' komunikazzjonijiet
1. Il-komunikazzjonijiet u s-sottomissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30 għandhom jitqiesu li saru fid-data li fiha jaslu għand il-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkonferma l-wasla tal-komunikazzjonijiet kollha riċevuti u tal-fajls kollha sottomessi permezz tas-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz tas-sistemi informatiċi.
Il-Kummissjoni għandha tattribwixxi numru tal-fajl lil kull applikazzjoni ġdida għal protezzjoni, għal emendi tal-Unjoni, għal komunikazzjoni dwar applikazzjonijiet għal emendi standard u għal komunikazzjoni li tikkonċerna applikazzjonijiet għal emendi temporanji.
Il-konferma tal-wasla għandu jkollha tal-anqas dawn l-elementi li ġejjin:
(a) |
in-numru tal-fajl; |
(b) |
l-isem ikkonċernat; |
(c) |
id-data tal-wasla. |
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika u tqiegħed għad-dispożizzjoni informazzjoni u rimarki rigward it-tali komunikazzjonijiet u sottomissjonijiet permezz tas-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a).
3. Għall-komunikazzjonijiet u għas-sottomissjonijiet tal-fajls li jsiru bil-posta elettronika, il-Kummissjoni għandha tikkonferma l-wasla tagħhom bil-posta elettronika.
Għandha tattribwixxi numru tal-fajl lil kull applikazzjoni ġdida għal protezzjoni, għal emenda tal-Unjoni, għal komunikazzjonijiet dwar applikazzjonijiet għal emendi standard u għal komunikazzjonijiet li jikkonċernaw applikazzjonijiet għal emendi temporanji.
Il-konferma tal-wasla għandu jkollha tal-anqas dawn l-elementi li ġejjin:
(a) |
in-numru tal-fajl; |
(b) |
l-isem ikkonċernat; |
(c) |
id-data tal-wasla. |
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika u tqiegħed għad-dispożizzjoni informazzjoni u rimarki rigward it-tali komunikazzjonijiet u sottomissjoni bil-posta elettronika.
4. L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u l-Artikoli 1 sa 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-notifika u għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 32
Informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha tippubblika skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/33 u skont dan ir-Regolament, għandha tiġi ppubblikata permezz tas-sistemi informatiċi mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1)(a) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 33
Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni
Deċiżjonijiet li jagħtu jew jiċħdu protezzjoni, deċiżjonijiet li japprovaw jew jiċħdu emendi tal-Unjoni, kif imsemmija fil-Kapitolu II, u deċiżjonijiet li jiċħdu oġġezzjonijiet bħala inammissibbli, kif imsemmija fl-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje L.
Deċiżjonijiet li jagħtu jew jiċħdu protezzjoni u deċiżjonijiet li japprovaw jew jiċħdu modifiki, kif imsemmija fil-Kapitolu III, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje L.
Artikolu 34
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60).
(5) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta' Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ara paġna 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1-59).
(12) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notofiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).
ANNESS I
DOKUMENT UNIKU
“ISEM”
PDO/PGI-XX-XXXX
Data tal-applikazzjoni: XX-XX-XXXX
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni:
…
2. Pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata:
…
3. Tip ta' indikazzjoni ġeografika:
…
4. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli:
…
5. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed:
…
5.1. Karatteristiċi organolettiċi:
Dehra viżiva:
Riħa:
Togħma:
5.2. Karatteristiċi analitiċi:
…
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
|
6. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid:
6.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom:
6.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru:
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed:
…
8. Definizzjoni taż-żona demarkata:
…
9. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet:
…
10. Rekwiżiti oħra applikabbli:
10.1. Rekwiżiti speċifiċi tal-ippakkjar:
10.2. Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar:
10.3. Rekwiżiti addizzjonali:
11. Kontrolli
11.1. Awtoritajiet kompetenti jew korpi taċ-ċertifikazzjoni responsabbli għall-kontrolli:
11.2. Kompiti speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni responsabbli għall-kontrolli:
ANNESS II
DIKJARAZZJONI SOSTANZJATA TA' OĠĠEZZJONI
[Immarka l-kaxxa t-tajba b'“X”:] ☐ DOP ☐ IĠP
1. Isem il-prodott
[kif ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali]
…
2. Referenza uffiċjali
[kif ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali]
Numru ta' referenza: …
Data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali: …
3. Isem min joġġezzjona (persuna, korp, Stat Membru jew pajjiż terz)
…
4. Dettalji ta' kuntatt
Persuna ta' kuntatt: Titlu (Sur, Sra…): … Isem: …
Grupp/organizzazzjoni/individwu: …
jew awtorità nazzjonali:
Dipartiment: …
Indirizz: …
Telefon + …
posta elettronika: …
5. Interess leġittimu (mhux meħtieġ għal awtoritajiet nazzjonali)
[Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu ta' min joġġezzjona. L-awtoritajiet nazzjonali huma eżentati minn dak ir-rekwiżit.]
6. Raġunijiet għall-oġġezzjoni:
☐ L-applikazzjoni għal protezzjoni, għal emenda jew għal tħassir hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għaliex tkun f'kunflitt mal-Artikoli 92 sa 95, 105 jew 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mad-dispożizzjonijiet adottati skont dawn.
☐ L-applikazzjoni għal protezzjoni jew għal emenda hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għaliex ir-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun f'kunflitt mal-Artikoli 100 jew 101 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
☐ L-applikazzjoni għal protezzjoni jew għal emenda hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għaliex ir-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun tixħet f'riskju d-drittijiet ta' detentur tat-trademark jew ta' utent ta' isem omonimu għalkollox jew ta' isem kompost li terminu minnu hu identiku għall-isem li jrid jiġi reġistrat, jew l-eżistenza ta' ismijiet parzjalment omonimi jew ta' ismijiet oħra simili għall-isem li jrid jiġi reġistrat li jirreferu għal prodotti tad-dwieli li ilhom legalment fis-suq għal tal-anqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
7. Dettalji tal-oġġezzjoni
[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b'appoġġ għall-oġġezzjoni. Ipprovdi d-dokumenti meħtieġa f'każ ta' oġġezzjoni bbażata fuq l-eżistenza ta' trademark preċedenti b'reputazzjoni u b'fama (l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34)].
8. Lista tad-dokumenti ta' appoġġ
[Ipprovdi l-lista tad-dokumenti mibgħuta b'appoġġ għall-oġġezzjoni.]
9. Data u firma
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon: +]
[posta elettronika: ]
ANNESS III
NOTIFIKA TA' TMIEM IL-KONSULTAZZJONIJIET WARA L-PROĊEDURA TA' OĠĠEZZJONI
[Immarka l-kaxxa t-tajba b'“X”:] ☐ DOP ☐ IĠP
1. Isem il-prodott
[kif ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali]
2. Referenza uffiċjali
[kif ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali]
Numru ta' referenza:
Data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali:
3. Isem min joġġezzjona (persuna, korp, Stat Membru jew pajjiż terz)
…
4. Riżultat tal-konsultazzjonijiet
4.1 Intlaħaq ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):
[ehmeż kopji tal-ittri li juru l-ftehim u l-fatturi kollha li ppermettew li jintlaħaq il-ftehim (l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33)]
4.2 Ma ntlaħaqx ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):
[ehmeż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33]
5. Speċifikazzjoni tal-Prodott u Dokument Uniku
5.1 L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata:
… Iva* … Le
* |
Jekk “Iva”, ehmeż deskrizzjoni tal-emendi u tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott emendata |
5.2 Id-Dokument Uniku ġie emendat:
… Iva** … Le
** |
Jekk “Iva”, ehmeż kopja tad-dokument aġġornat |
6. Data u firma
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon: +]
[posta elettronika: ]
ANNESS IV
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
[Isem reġistrat] “…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Immarka “X” fil-kaxxa t-tajba:] ☐ DOP ☐ IĠP
1. Applikant u interess leġittimu
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-applikant li qed jipproponi l-emenda. Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-applikant.]
2. Pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata
…
3. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i
☐ Isem il-prodott
☐ Kategorija tal-prodott tad-dwieli
☐ Rabta
☐ Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni
4. Tip ta' emenda/i
[Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa'/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' “emenda tal-Unjoni” kif previst fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33].
5. Emenda/i
[Ipprovdi deskrizzjoni eżawrjenti ta' kull emenda u r-raġunijiet speċifiċi għalihom. L-applikazzjoni għal emenda trid tkun kompluta u tinftiehem. L-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima trid tkun eżawrjenti kif previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33].
6. Annessi
6.1. Id-Dokument Uniku konsolidat u kkompletat kif xieraq, kif modifikat
6.2. Il-verżjoni konsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata, jew ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
ANNESS V
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA STANDARD
[Isem reġistrat] “…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Immarka l-kaxxa t-tajba b'“X”:] ☐ DOP ☐ IĠP
1. Mittent
Produttur wieħed jew grupp ta' produtturi b'interess leġittimu jew awtoritajiet tal-pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34).
2. Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i
[Ipprovdi deskrizzjoni tal-emenda/i standard u r-raġunijiet għalihom, u dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa'/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' “emenda standard” kif previst fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33].
3. Pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata
…
4. Annessi
4.1. L-applikazzjoni tal-emenda standard approvata
4.2. Id-deċiżjoni li tapprova l-emenda standard
4.3. Il-prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz
4.4. Id-Dokument Uniku konsolidat, kif modifikat, fejn rilevanti
4.5. Kopja tal-verżjoni konsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata jew ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
ANNESS VI
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA TEMPORANJA
[Isem reġistrat] “”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, “X”:] ☐ DOP ☐ IĠP
1. Mittent
Produttur wieħed jew grupp ta' produtturi b'interess leġittimu jew awtoritajiet tal-pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34).
2. Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i
[Ipprovdi deskrizzjoni tal-emenda/i temporanja/i u r-raġunijiet speċifiċi għalihom, inkluż ir-referenza tar-rikonoxximent formali tad-diżastru naturali jew tal-kundizzjonijiet avversi tat-temp mill-awtoritajiet kompetenti jew tal-impożizzjoni tal-miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji. Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa'/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' “emenda temporanja” kif previst fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33].
3. Pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata
…
4. Annessi
4.1. L-applikazzjoni tal-emenda temporanja approvata
4.2. Id-deċiżjoni li tapprova l-emenda temporanja
4.3. Il-prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz
ANNESS VII
TALBA TA' TĦASSIR
[Isem reġistrat:] “…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Immarka l-kaxxa t-tajba b'“X”:] ☐ IĠP ☐ DOP
1. Isem reġistrat propost għat-tħassir
…
2. Stat Membru jew pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata
…
3. Persuna, korp, Stat Membru jew pajjiż terz li qed tressaq/iressaq it-talba ta' tħassir
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna fiżika jew ġuridika jew tal-produtturi li jitolbu t-tħassir (għal talbiet li jikkonċernaw ismijiet ta' pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li titlob it-tħassir (mhux meħtieġa għal awtoritajiet nazzjonali b'personalità ġuridika).]
4. Raġunijiet għat-tħassir
☐ Il-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti m'għadhiex żgurata (l-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013).
☐ Il-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti m'għadhiex żgurata għar-raġuni speċifika li ebda prodott bl-isem protett ma tqiegħed fis-suq fl-aħħar seba' snin konsekuttivi (l-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 flimkien mal-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33).
5. Dettalji tat-talba ta' tħassir
[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni għat-talba ta' tħassir, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b'appoġġ għat-talba ta' tħassir. Fejn rilevanti, ipprovdi d-dokumentazzjoni ta' appoġġ.]
6. Lista ta' dokumenti ta' appoġġ
[Ipprovdi l-lista tad-dokumentazzjoni mibgħuta b'appoġġ għat-talba ta' tħassir.]
7. Data u firma
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon: +]
[posta elettronika: ]
ANNESS VIII
APPLIKAZZJONI GĦAL PROTEZZJONI TA' TERMINU TRADIZZJONALI
Data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …
[timtela mill-Kummissjoni]
Numru ta' paġni (inkluż din il-paġna) …
Lingwa tal-applikazzjoni …
Numru tal-fajl …
[timtela mill-Kummissjoni]
Applikant
Awtorità kompetenti tal-Istat Membru (*)
Awtorità kompetenti tal-pajjiż terz (*)
Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva (*)
[(*) ħassar kif xieraq]
Indirizz (numru u isem tat-triq, belt/raħal u kodiċi postali, pajjiż) …
Entità ġuridika (għandha timtela għal organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi) …
Nazzjonalità …
Telefon, fax, posta elettronika …
Terminu tradizzjonali li għalih tintalab il-protezzjoni …
Terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 112(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (*)
Terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 112(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (*)
[(*) ħassar kif xieraq]
Lingwa …
Lista tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kkonċernati …
Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli …
Definizzjoni …
Kopja tar-regoli
[trid tiġi mehmuża]
Isem il-firmatarju …
Firma …
ANNESS IX
OĠĠEZZJONI GĦAL APPLIKAZZJONI GĦALL-PROTEZZJONI TA' TERMINU TRADIZZJONALI
Data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …
[timtela mill-Kummissjoni]
Numru ta' paġni (inkluż din il-paġna) …
Lingwa tal-oġġezzjoni …
Numru tal-fajl …
[timtela mill-Kummissjoni]
Terminu tradizzjonali soġġett għall-oġġezzjoni …
Min joġġezzjona
Isem min joġġezzjona (Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika b'interess leġittimu)
Indirizz sħiħ (numru u isem tat-triq, belt/raħal u kodiċi postali, pajjiż) …
Nazzjonalità …
Telefon, fax, posta elettronika …
Intermedjarju
— |
Stat(i) Membru/i (*) |
— |
Awtorità ta' pajjiż terz (fakultattiva) (*) |
[(*) ħassar kif xieraq]
Isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …
Indirizz(i) sħiħ/sħaħ (numru u isem tat-triq, belt/raħal u kodiċi postali, pajjiż) …
Drittijiet preċedenti
— |
Denominazzjoni ta' oriġini protetta (*) |
— |
Indikazzjoni ġeografika protetta (*) |
— |
Indikazzjoni ġeografika nazzjonali (*) [(*) ħassar kif xieraq] Isem … Numru tar-reġistrazzjoni … Data tar-reġistrazzjoni (JJ/XX/SSSS) … |
— |
Trademark Sinjal … Lista ta' prodotti u servizzi … Numru tar-reġistrazzjoni … Data tar-reġistrazzjoni … Pajjiż tal-oriġini … Reputazzjoni/fama (*) … [(*) ħassar kif xieraq] |
Raġunijiet għall-oġġezzjoni
— |
L-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (*) |
— |
L-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (*) |
— |
L-Artikolu 33(1) tar-Regolament Delegat (*) |
— |
L-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (*) |
[(*) ħassar kif xieraq]
Spjegazzjoni tar-raġuni(jiet) …
[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b'appoġġ għall-oġġezzjoni. Ipprovdi d-dokumenti meħtieġa f'każ ta' oġġezzjoni bbażata fuq l-eżistenza ta' trademark preċedenti b'reputazzjoni u fama.]
Isem il-firmatarju …
Firma …
ANNESS X
TALBA TA' MODIFIKA LI TIKKONĊERNA TERMINU TRADIZZJONALI
Data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …
[timtela mill-Kummissjoni]
Numru ta' paġni (inkluż din il-paġna) …
Lingwa tat-talba ta' modifika …
Numru tal-fajl …
[timtela mill-Kummissjoni]
Terminu tradizzjonali li għalih tintalab il-modifika …
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika …
Indirizz sħiħ (numru u isem tat-triq, belt/raħal u kodiċi postali, pajjiż) …
Nazzjonalità …
Telefon, fax, posta elettronika …
Deskrizzjoni tal-modifika …
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għal modifika
[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b'appoġġ tal-modifika.]
Isem il-firmatarju …
Firma …
ANNESS XI
TALBA TA' TĦASSIR LI TIKKONĊERNA TERMINU TRADIZZJONALI
Data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …
[timtela mill-Kummissjoni]
Numru ta' paġni (inkluż din il-paġna) …
Lingwa tat-talba ta' tħassir …
Numru tal-fajl …
[timtela mill-Kummissjoni]
Terminu tradizzjonali li għalih jintalab it-tħassir …
Awtur tat-talba ta' tħassir
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob it-tħassir …
Indirizz sħiħ (numru u isem tat-triq, belt/raħal u kodiċi postali, pajjiż) …
Nazzjonalità …
Telefon, fax, posta elettronika …
Interess leġittimu tal-awtur tat-talba …
Raġunijiet għat-tħassir
— |
L-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (*) |
— |
L-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (*) |
— |
L-Artikolu 33(1) tar-Regolament Delegat (*) |
— |
L-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (*) |
— |
L-Artikolu 36(b) tar-Regolament Delegat (*) |
[(*) ħassar kif xieraq]
Spjegazzjoni tar-raġuni(jiet) għat-tħassir …
[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b'appoġġ tat-tħassir. Ipprovdi d-dokumenti meħtieġa f'każ ta' tħassir ibbażat fuq l-eżistenza ta' trademark preċedenti b'reputazzjoni u fama.]
Isem il-firmatarju …
Firma …
ANNESS XII
PARTI A
PRATTIKALITAJIET TAL-KOMUNIKAZZJONI U TAL-PUBBLIKAZZJONI, RELATATI MAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KAPITOLU II, KIF IMSEMMI FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 30(4)
Sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-prattikalitajiet tal-aċċessar tas-sistemi informatiċi, dwar il-metodi ta' komunikazzjoni, u dwar kif għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu II, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(4), l-awtoritajiet u l-persuni affettwati minn dan ir-Regolament għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz tal-posta elettronika li ġej:
Kaxxa funzjonali: AGRI-CONTACT-E-Ambrosia@ec.europa.eu
PARTI B
PRATTIKALITAJIET TAL-KOMUNIKAZZJONI U TAL-PUBBLIKAZZJONI, RELATATI MAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KAPITOLU III, KIF IMSEMMI FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 30(4)
Sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-prattikalitajiet tal-aċċessar tas-sistemi informatiċi, dwar il-metodi ta' komunikazzjoni, u dwar kif għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu III, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(4), l-awtoritajiet u l-persuni affettwati minn dan ir-Regolament għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz tal-posta elettronika li ġej:
Kaxxa funzjonali: AGRI-CONTACT-EBACCHUS@ec.europa.eu