Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0117

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/117 tal-5 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fil-Baħar Baltiku u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2015/1778

    C/2016/5562

    ĠU L 19, 25.1.2017, p. 1–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/07/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/117/oj

    25.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 19/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/117

    tal-5 ta' Settembru 2016

    li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fil-Baħar Baltiku u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2015/1778

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu addottati l-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd li huma meħtieġa għall-fini tal-konformità mal-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2).

    (2)

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE jitlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-miżuri ta' konservazzjoni meħtieġa għaż-żoni speċjali ta' konservazzjoni li jikkorrispondu mar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta' ħabitats naturali u speċijiet li jinsabu fis-siti. Jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jieħdu passi xierqa biex jevitaw, fiż-Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni, it-tagħwir tal-ħabitats naturali u l-ħabitats tal-ispeċijiet u anki t-tħarbit sinifikanti tal-ispeċijiet li għalihom ġew innominati ż-żoni.

    (3)

    Id-Danimarka kkunsidrat li, għall-iskop ta' konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, kellhom jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni f'ċerti oqsma taħt is-sovranità tagħha fil-Baħar Baltiku. Jekk il-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd meħtieġa jaffettwaw is-sajd ta' Stati Membri oħra, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw dawn il-miżuri f'rakkomandazzjonijiet konġunti lill-Kummissjoni.

    (4)

    Il-Ġermanja u l-Iżvezja għandhom interess ta' ġestjoni diretta fis-sajd li se jiġi affettwat minn tali miżuri. B'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, id-Danimarka pprovdiet il-Ġermanja u l-Iżvezja bl-informazzjoni rilevanti dwar il-miżuri mitluba, inkluż ir-raġunijiet għalihom, l-evidenza xjentifika li tappoġġahom u dettalji dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom fil-prattika.

    (5)

    Fit-13 ta' Marzu 2015, id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja issottomettew lill-Kummissjoni rakkomandazzjoni konġunta dwar miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd biex jipproteġu l-istrutturi tal-iskollijiet fis-siti Daniżi tan-Natura 2000 fil-Baħar Baltiku. Din ir-rakkomandazzjoni ġiet sottomessa wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar Baltiku.

    (6)

    Il-miżuri rakkomandati jikkonċernaw seba' siti tan-Natura 2000 fil-Baħar Baltiku. Dawn jinkludu projbizzjoni ta' attivitajiet tas-sajd b'irkaptu mobbli li jiġi f'kuntatt mal-qiegħ f'żoni ta' skollijiet.

    (7)

    Fil-pariri xjentifiċi tiegħu, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (“STECF”) (3) fis-17 ta' April 2015 iddikjara li l-għanjiet tal-konservazzjoni fi ħdan Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni msemmija fir-rakkomondazzjoni konġunta ma setgħux jintlaħqu kompletament mingħajr miżuri xierqa li jipprevjenu l-attività tas-sajd f'dawn iż-żoni.

    (8)

    L-STECF identifika xi tħassib fir-rigward tal-kontroll u l-infurzar ta' miżuri ta' konservazzjoni u kkunsidra li miżuri ta' kontroll addizzjonali jistgħu jkunu xierqa. Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (4) l-Istati Membri huma meħtieġa li jadottaw miżuri xierqa, jallokaw riżorsi xierqa u jwaqqfu l-istrutturi meħtieġa għall-iżgurar tal-kontroll, tal-ispezzjoni u l-infurzar tal-attivitajiet li jitwettqu fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). Dan jista' jinkludi miżuri, bħar-rekwiżit tas-sottomissjoni tal-pożizzjonijiet tas-sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) bi frekwenza ikbar mill-bastimenti kollha kkonċernati jew l-identifikazzjoni taż-żoni bħala ta' riskju għoli f'sistema ta' kontroll nazzjonali abbażi tal-ġestjoni tar-riskju, li tindirizza t-tħassib tal-STECF.

    (9)

    Fil-25 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1778 (5) bil-għan li tistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni ta' żoni bi strutturi ta' skollijiet rilevanti fil-Baħar Baltiku u l-Kattegat, il-Baħar tat-Tramuntana, fuq il-bażi ta' żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti sottomessi mill-Istati Membri kkonċernati.

    (10)

    L-attivitajiet tas-sajd b'irkaptu mobbli li jiġi f'kuntatt mal-qiegħ għandhom impatt negattiv fuq il-ħabitats tal-iskollijiet, peress li attività bħal din taffettwa kemm l-istrutturi tal-iskollijiet kif ukoll il-bijodiversità misjuba fl-iskollijiet. Għalhekk, il-projbizzjoni tas-sajd bi rkaptu bħal dan fiż-żoni ta' skollijiet rilevanti, kif stipulata fl-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet konġunti, kienet inkluża f'dak ir-Regolament.

    (11)

    Kien xieraq li tiġi żgurata l-evalwazzjoni tal-miżuri stabbiliti minn dak ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-konformità ma' projbizzjonijiet tas-sajd.

    (12)

    Fl-10 ta' Ġunju 2016, wara li kkonsultaw lill-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana, id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja issottomettew lill-Kummissjoni rakkomandazzjoni konġunta dwar miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd biex jipproteġu l-istrutturi tal-iskollijiet, u d-depressjonijiet f'forma tonda f'qiegħ il-baħar (pockmarks) u l-kolonji ta' Pennatulacea u ta' megafawna fiż-żona ta' Bratten li tinsab fi Skagerrak (il-Baħar tat-Tramuntana).

    (13)

    Wara r-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1778 u li jitqassmu mill-ġdid il-miżuri ta' konservazzjoni skont il-baċir tal-baħar f'żewġ strumenti legali differenti.

    (14)

    Dan ir-Regolament għandu jinkludi biss miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd li huma attwalment applikabbli fil-Baħar Baltiku.

    (15)

    Il-miżuri ta' konservazzjoni li huma attwalment applikabbli fil-Kattegat u dawk proposti għaż-żona ta' Bratten (Skagerrak) skont ir-rakkomandazzjoni konġunta tal-10 ta' Ġunju 2016 għandhom jiġu inklużi f'Regolament ġdid separat dwar il-Baħar tat-Tramuntana.

    (16)

    Il-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd stabbiliti b'dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżuri ta' ġestjoni oħra eżistenti jew futuri li jimmiraw lejn il-konservazzjoni tas-siti kkonċernati, inklużi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u Ambitu

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd meħtieġa għall-konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE.

    2.   Dan ir-Regolament japplika għal bastimenti tas-sajd fil-Baħar Baltiku.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ser japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin minbarra dawk stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 (6):

    (a)

    “irkaptu ta' kuntatt mal-qiegħ” tfisser kwalunkwe rkaptu li ġej: xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, xbieki tat-tkarkir bit-travu, xbieki tat-tkarkir għal-lontri tal-qiegħ, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ tal-par, xbieki tat-tkarkir għan-nefrops, xbieki tat-tkarkir għall-gambli, tartarun, tartarun tal-ankra Daniż, tartarun Skoċċiż, dgħajsa jew bastiment bit-tartarun u tal-ħama.

    (b)

    “żoni ristretti” tfisser iż-żoni ġeografiċi ddelinjati mit-tgħaqqid f'sekwenza tal-linji rombu tal-pożizzjonijiet elenkati fl-Anness dan ir-Regolament, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84.

    (c)

    “Stati Membri kkonċernati” tfisser id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Isvezja.

    Artikolu 3

    Projbizzjoni tas-sajd

    1.   Għandu jkun ipprojbit li titwettaq kwalunkwe attività tas-sajd b'irkaptu b'kuntatt mal-qiegħ fiż-żoni ristretti.

    2.   Bastimenti tas-sajd li jkunu jġorru abbord kwalunkwe rkaptu b'kuntatt mal-qiegħ jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni ristretti bi rkapti oħra għajr dawk l-irkapti, sakemm l-irkapti b'kuntatt mal-qiegħ ikunu marbuta sew u stivati b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    Artikolu 4

    Tranżitu

    Bastimenti tas-sajd li jkunu jġorru abbord kwalunkwe rkaptu b'kuntatt mal-qiegħ jistgħu jgħaddu miż-żoni ristretti, sakemm l-irkapti b'kuntatt mal-qiegħ ikunu marbuta sew u stivati b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    Artikolu 5

    Rieżami

    1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 sat-30 ta' Ġunju 2017, inkluż il-kontroll tal-konformità mal-projbizzjonijiet tas-sajd.

    2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu rapport sommarju tar-reviżjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Lulju 2017.

    Artikolu 6

    Tħassir

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/1778 huwa b'dan revokat.

    Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/118 (7) kif xieraq.

    Artikolu 7

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

    (2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

    (3)  http://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/991908/STECF-PLEN-15-01_JRCxxx.pdf

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1778 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni ta' żoni bi strutturi ta' skollijiet f'ilmijiet taħt is-sovranità tad-Danimarka fil-Baħar Baltiku u l-Kattegat (ĠU L 259, 6.10.2015, p. 5).

    (6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).

    (7)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/118 tal-5 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fil-Baħar tat-Tramuntana (Ara paġna 10 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    ANNESS

    Żoni ristretti: Il-koordinati ta' żoni ta' protezzjoni ta' skollijiet tal-għadma

    1.   Munkegrund

    Punt

    Latitudni N

    Lonġitudni E

    1S

    55°57.190′

    10°51.690′

    2S

    55°57.465′

    10°51.403′

    3S

    55°57.790′

    10°51.477′

    4S

    55°57.976′

    10°52.408′

    5S

    55°57.985′

    10°54.231′

    6S

    55°58.092′

    10°54.315′

    7S

    55°58.092′

    10°57.432′

    8S

    55°57.920′

    10°57.864′

    9S

    55°57.526′

    10°57.861′

    10S

    55°56.895′

    10°57.241′

    11S

    55°57.113′

    10°53.418′

    12S

    55°57.050′

    10°53.297′

    13S

    55°57.100′

    10°52.721′

    14S

    55°57.275′

    10°52.662′

    15S

    55°57.296′

    10°52.435′

    16S

    55°57.399′

    10°52.244′

    17S

    55°57.417′

    10°52.116′

    18S

    55°57.251′

    10°52.121′

    19S

    55°57.170′

    10°51.919′

    20S

    55°57.190′

    10°51.690′

    2.   Hatterbarn

    Punt

    Latitudni N

    Lonġitudni E

    1S

    55°51.942′

    10°49.294′

    2S

    55°52.186′

    10°49.309′

    3S

    55°52.655′

    10°49.509′

    4S

    55°52.676′

    10°49.407′

    5S

    55°52.892′

    10°49.269′

    6S

    55°52.974′

    10°49.388′

    7S

    55°53.273′

    10°49.620′

    8S

    55°53.492′

    10°50.201′

    9S

    55°53.451′

    10°50.956′

    10S

    55°53.576′

    10°51.139′

    11S

    55°53.611′

    10°51.737′

    12S

    55°53.481′

    10°52.182′

    13S

    55°53.311′

    10°52.458′

    14S

    55°53.013′

    10°52.634′

    15S

    55°52.898′

    10°52.622′

    16S

    55°52.778′

    10°52.335′

    17S

    55°52.685′

    10°52.539′

    18S

    55°52.605′

    10°52.593′

    19S

    55°52.470′

    10°52.586′

    20S

    55°52.373′

    10°52.724′

    21S

    55°52.286′

    10°52.733′

    22S

    55°52.129′

    10°52.572′

    23S

    55°52.101′

    10°52.360′

    24S

    55°52.191′

    10°52.169′

    25S

    55°51.916′

    10°51.824′

    26S

    55°51.881′

    10°51.648′

    27S

    55°51.970′

    10°51.316′

    28S

    55°51.976′

    10°51.064′

    29S

    55°52.325′

    10°50.609′

    30S

    55°52.647′

    10°50.687′

    31S

    55°52.665′

    10°50.519′

    32S

    55°52.091′

    10°50.101′

    33S

    55°51.879′

    10°50.104′

    34S

    55°51.810′

    10°49.853′

    35S

    55°51.790′

    10°49.482′

    36S

    55°51.942′

    10°49.294′

    3.   Ryggen

    Punt

    Latitudni N

    Lonġitudni E

    1S

    55°37.974′

    10°44.258′

    2S

    55°37.942′

    10°45.181′

    3S

    55°37.737′

    10°45.462′

    4S

    55°37.147′

    10°44.956′

    5S

    55°36.985′

    10°45.019′

    6S

    55°36.828′

    10°44.681′

    7S

    55°36.521′

    10°44.658′

    8S

    55°36.527′

    10°43.575′

    9S

    55°37.163′

    10°43.663′

    10S

    55°37.334′

    10°43.889′

    11S

    55°37.974′

    10°44.258′

    4.   Broen

    Punt

    Latitudni N

    Lonġitudni E

    1S

    55°11.953′

    11°00.089′

    2S

    55°12.194′

    11°00.717′

    3S

    55°12.316′

    11°00.782′

    4S

    55°12.570′

    11°01.739′

    5S

    55°12.743′

    11°01.917′

    6S

    55°12.911′

    11°02.291′

    7S

    55°12.748′

    11°02.851′

    8S

    55°12.487′

    11°03.188′

    9S

    55°12.291′

    11°03.088′

    10S

    55°12.274′

    11°03.108′

    11S

    55°12.336′

    11°03.441′

    12S

    55°12.023′

    11°03.705′

    13S

    55°11.751′

    11°02.984′

    14S

    55°11.513′

    11°02.659′

    15S

    55°11.390′

    11°02.269′

    16S

    55°11.375′

    11°02.072′

    17S

    55°11.172′

    11°01.714′

    18S

    55°11.069′

    11°00.935′

    19S

    55°11.099′

    11°00.764′

    20S

    55°11.256′

    11°00.588′

    21S

    55°11.337′

    11°00.483′

    22S

    55°11.582′

    11°00.251′

    23S

    55°11.603′

    11°00.254′

    24S

    55°11.841′

    11°00.033′

    25S

    55°11.953′

    11°00.089′

    5.   Ertholmene

    Punt

    Latitudni N

    Lonġitudni E

    1S

    55°19.496′

    15°09.290′

    2S

    55°20.441′

    15°09.931′

    3S

    55°20.490′

    15°10.135′

    4S

    55°20.284′

    15°10.690′

    5S

    55°20.216′

    15°10.690′

    6S

    55°20.004′

    15°11.187′

    7S

    55°19.866′

    15°11.185′

    8S

    55°19.596′

    15°11.730′

    9S

    55°19.820′

    15°12.157′

    10S

    55°19.638′

    15°12.539′

    11S

    55°19.131′

    15°12.678′

    12S

    55°18.804′

    15°11.892′

    13S

    55°18.847′

    15°10.967′

    14S

    55°19.445′

    15°09.885′

    15S

    55°19.387′

    15°09.717′

    16S

    55°19.496′

    15°09.290′

    6.   Davids Banke

    Punt

    Latitudni N

    Lonġitudni E

    1S

    55°20.167′

    14°41.386′

    2S

    55°20.354′

    14°40.754′

    3S

    55°21.180′

    14°39.936′

    4S

    55°22.000′

    14°39.864′

    5S

    55°22.331′

    14°39.741′

    6S

    55°22.449′

    14°39.579′

    7S

    55°23.150′

    14°39.572′

    8S

    55°23.299′

    14°39.890′

    9S

    55°23.287′

    14°40.793′

    10S

    55°23.011′

    14°41.201′

    11S

    55°22.744′

    14°41.206′

    12S

    55°22.738′

    14°41.775′

    13S

    55°22.628′

    14°42.111′

    14S

    55°22.203′

    14°42.439′

    15S

    55°22.050′

    14°42.316′

    16S

    55°21.981′

    14°41.605′

    17S

    55°21.050′

    14°41.818′

    18S

    55°20.301′

    14°41.676′

    19S

    55°20.167′

    14°41.386′

    7.   Bakkebrædt & Bakkegrund

    Punt

    Latitudni N

    Lonġitudni E

    1S

    54°57.955′

    14°44.869′

    2S

    54°58.651′

    14°41.755′

    3S

    54°59.234′

    14°41.844′

    4S

    54°59.458′

    14°43.025′

    5S

    54°59.124′

    14°44.441′

    6S

    54°59.034′

    14°44.429′

    7S

    54°58.781′

    14°45.240′

    8S

    54°58.298′

    14°45.479′

    9S

    54°58.134′

    14°45.406′

    10S

    54°57.955′

    14°44.869′


    Top