“15.
|
CHOE Kyong-song
|
|
Ġeneral Kurunell fl-Armata tar-RDPK. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
16.
|
CHOE Yong-ho
|
|
Ġeneral Kurunell fl-Armata tar-RDPK. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forzi tal-Ajru. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
17.
|
HONG Sung Mu
(magħruf bħala HUNG Sung Mu)
|
Data tat-Twelid: 1.1.1942
|
Il-Viċi Direttur tal-Machine-Building Industry Department (MBID). Inkarigat mill-iżvilupp ta' programmi dwar armi konvenzjonali u missili, inklużi l-missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi għall-iżvilupp industrijali tal-armi nukleari. Responsabbli mill-programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
18.
|
JO Chun Ryong
(magħruf bħala CHO Chun Ryo'ng, JO Chun Ryong, JO Cho Ryong)
|
Data tat-Twelid: 4.4.1960
|
President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (SEC) sa mill-2014 u responsabbli mill-ġestjoni tal-fabbriki ta' munizzjon u siti ta' produzzjoni tar-RDPK. Is-SEC ġiet indikata taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment tagħha f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK, ir-responsabbiltà tagħha għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tal-KOMID — l-entità ewlenija tar-RDPK dwar il-kummerċ tal-armi. Membru tal-Kumitat Nazzjonali tad-Difiża. Ipparteċipa f'diversi programmi li għandhom x'jaqsmu ma' missili ballistiċi. Wieħed mill-prinċipali ewlenin fl-industrija tal-armi tar-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
19.
|
JO Kyongchol
|
|
Ġeneral fl-Armata tar-RDPK. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
20.
|
KIM Chun sam
|
|
Ġeneral Logutenent, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Militari tal-Armata tar-RDPK u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Militari. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
21.
|
KIM Chun sop
|
|
Membru tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
22.
|
KIM Jong gak
|
Data tat-Twelid: 20.7.1941
Post tat-Twelid: Pyongyang
|
Viċi Marixxall, membru tal-armata tar-RDPK, eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
23.
|
KIM Rak Kyom
(magħruf bħala KIM Rak gyom)
|
|
Ġeneral b'erba' stilel, Kmandant tal-Istrategic Forces (magħrufa wkoll bħala Strategic Rocket Forces) li jidher li issa jikkmanda erba' unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN08 (ICBM). L-Istati Uniti indikat l-Istrategic Forces minħabba li wettqu attivitajiet li kkontribwixxew b'mod materjali għall-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda tal-massa jew il-mezz ta' forniment tagħhom. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f'April 2016 ma' KIM Jung Un. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
24.
|
KIM Won hong
|
Data tat-Twelid: 7.1.1945
Post tat-Twelid: Pyongyang
Numru tal-passaport: 745310010
|
Ġeneral, Direttur tad-Dipartiment għas-Sigurtà tal-Istat. Ministru tas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet dwar id-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
25.
|
PAK Jong chon
|
|
Ġeneral Kurunell fl-armata tar-RDPK, Kap tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean, Viċi Kap tal-Persunal u Direttur tad-Dipartiment tal-Forzi tal-Attakk. Kap tal-Kwartieri Militari u Direttur tad-Dipartiment tal-Kmand tal-Artillerija. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
26.
|
RI Jong su
|
|
Viċi Ammirall. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forzi Navali Koreani li huma involuti fl-iżvilupp ta' programmi ta' Missili Ballistiċi u fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
27.
|
SON Chol ju
|
|
Ġeneral Kurunell tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean u direttur Politiku tal-Forzi tal-Ajru u ta' Kontra l-Ajru, li tissorvelja l-iżvilupp ta' missili modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
28.
|
YUN Jong rin
|
|
Ġeneral, eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kumissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huma l-korpi ewlenin għad-difiża nazzjonali. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
29.
|
PAK Yong sik
|
|
Ġeneral b'erba' stilel, membru tad-Dipartiment għas-Sigurtà tal-Istat, Ministru tad-difiża. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet dwar id-difiża nazzjonali fir-RDPK. Kien preżenti għall-ittestjar tal-missili ballistiċi f'Marzu 2016. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
30.
|
HONG Yong Chil
|
|
Il-Viċi Direttur tal-Machine-Building Industry Department (MBID). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet — elenkat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 — huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż it-Taepo Dong 2, il-produzzjoni tal-armi u programmi ta' riċerka u żvilupp (R&Ż). It-Tieni Kumitat Ekonomiku u s-Second Academy of Natural Sciences — ukoll indikati f'Awwissu 2010 — huma subordinati għall-MID. Fis-snin riċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f'għadd ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta' Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.
|
31.
|
RI Hak Chol
(magħruf bħala RI Hak Chul, RI Hak Cheol)
|
Data tat-Twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966
Numru tal-passaport: 381320634, PS 563410163
|
President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet elenkata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni ta' armi tar-RPDK u wkoll l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir marbuta mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u l-materjal esportati mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata minħabba l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Il-Green Pine ġiet elenkata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
|
32.
|
YUN Chang Hyok
|
Data tat-Twelid: 9.8.1965
|
Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta' satelliti u rokits li jġorru missili. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), u 2094 (2013). Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.”
|