Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0796

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/796 tal-21 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2015/3301

    ĠU L 127, 22.5.2015, p. 9–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/796/oj

    22.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 127/9


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/796

    tal-21 ta' Mejju 2015

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu biss.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

    (3)

    L-Istati Uniti huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċertu partijiet tat-territorju tiegħu, għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta bir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 (4), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 (5) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/526 (6) wara tifqigħat tal-HPAI fl-Istati ta' California, Idaho, Oregon, Washington u Minnesota.

    (4)

    Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (7) fih provvedimenti biex jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

    (5)

    L-Istati Uniti kkonfermaw li kien hemm aktar tifqigħat tal-HPAI tas-subtip H5 f'qatgħat tal-pollam fl-Istati ta' Missouri, Arkansas, Kansas, North Dakota u South Dakota, Montana, Wisconsin u Iowa. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti ssospendew minnufih il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-Istati affettwati. L-Istati Uniti implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha.

    (6)

    Wara t-tifqigħat fl-Istati msemmija iktar 'il fuq, l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI, li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenni stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, huwa xieraq li tiġi mmodifikata l-projbizzjoni fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti biex tkopri l-Istati kollha ta' Minnesota, South Dakota, Wisconsin u Iowa u partijiet minn Missouri, Arkansas, Kansas, Montana u North Dakota, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali.

    (7)

    Għalhekk, l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

    (8)

    Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Mejju 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 5).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 tat-2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 31).

    (6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/526 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward ta' tifqigħat oħra tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 30).

    (7)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fuq miżuri ta' saħħa biex jipproteġu s-saħħa pubblika u saħħet l-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti minn annimali, kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


    ANNESS

    Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tinbidel b'dan li ġej:

    Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

    Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

    Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

    Ċertifikat veterinarju

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja

    Status tat-tilqim kontra l-influwenza avjarja

    Status tal-kontroll tas-salmonella

    Mudell(i)

    Garanziji addizzjonali

    Data ta' għeluq (1)

    Data tal-ftuħ (2)

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    6 A

    6 B

    7

    8

    9

    “US — l-Istati Uniti

    US-0

    Il-pajjiż kollu

    SPF

     

     

     

     

     

     

     

    EP, E

     

     

     

     

     

     

    S4

    US-1

    Iż-żona tal-Istati Uniti, minbarra t-territorju US-2

    BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA

     

    N

     

     

    A

     

    S3, ST1

    WGM

    VIII

     

     

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

     

     

     

     

     

    US-2

    Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal:

     

     

     

     

     

     

     

     

    US-2.1

    L-Istat ta' Washington:

     

    Il-Kontea ta' Benton

     

    Il-Kontea ta' Franklin

    WGM

    VIII

    P2

    19.12.2014

    7.4.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    US-2.2

    L-Istat ta' Washington:

    Il-Kontea ta' Clallam

    WGM

    VIII

    P2

    19.12.2014

    11.5.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    US-2.3

    L-Istat ta' Washington:

    Il-kontea ta' Okanogan (1):

    a.

    Tramuntana: Ibda fl-intersezzjoni ta' bejn US 97 WA 20 u S.Janis Road u ikser fuq il-lemin għal S Janis Road. Ikser fuq ix-xellug għal McLaughlin Canyon Road, ikser fuq il-lemin għal Hardy Road, u mbagħad dur fuq ix-xellug għal Chewilken Valley Road.

    b.

    Lvant: Minn Chewilken Valley Road dur fuq il-lemin għal JH Green Road, ikser fuq ix-xellug għal Hosheit Road, erġa' ikser fuq ix-xellug għal Tedrow Trail Road, u ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal Brown Pass Road sal-linja tal-fruntiera ta' Colville Tribe. Imxi lejn il-Punent mal-linja tal-fruntiera ta' Colville Tribe u wara imxi lejn in-Nofsinhar sa ma taqsam il-US 97 WA 20.

    c.

    Nofsinhar: Ikser fuq il-lemin għal US 97 WA 20, wara ikser fuq ix-xellug għal Cherokee Road, imbagħad dur fuq il-lemin għal Robinson Canyon Road. Ikser fuq ix-xellug għal Bide A Wee Road, erġa' ikser fuq ix-xellug għal Duck Lake Road, dur fuq il-lemin għal Soren Peterson Road, dur fuq ix-xellug għal Johnson Creek Road, u mbagħad ikser fuq il-lemin għal George Road. Ikser fuq ix-xellug għal Wetherstone Road u mbagħad ikser fuq il-lemin għal Eplay Road.

    d.

    Punent: Minn Eplay Road ikser fuq il-lemin għal Conconully Road/6th Avenue N., ikser fuq ix-xellug għal Green Lake Road, wara dur fuq il-lemin għal Salmon Creek Road, erġa' dur fuq il-lemin għal Happy Hill Road u fl-aħħar ikser fuq ix-xellug għal Conconully Road (li tiġi fil-Main Street). Ikser fuq il-lemin għal Broadway, ikser fuq ix-xellug għal C Street, wara dur fuq il-lemin għal Lake Street E, erġa' dur fuq il-lemin għal Sinlahekin Road, ikser darba oħra fuq il-lemin għal S. Fish Lake Road, u erġa' ikser fuq il-lemin għal Fish Lake Road. Dur fuq ix-xellug għal N. Pine Creek Road, ikser fuq il-lemin għal Henry Road (li tiġi fl-N. Pine Creek Road), wara ikser fuq il-lemin għal Indian Springs Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Hwy 7 biex tispiċċa US 97 WA 20.

    WGM

    VIII

    P2

    29.1.2015

     

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.4

    L-Istat ta' Washington:

    Il-kontea ta' Okanogan (2):

    a.

    Tramuntana: Ibda fejn US Hwy 97 taqsam mal-fruntiera Kanadiża, kompli lejn il-Lvant matul il-fruntiera Kanadiża u wara dur fuq il-lemin għal 9 Mile Road (County Hwy 4777).

    b.

    Lvant: Minn 9 Mile Road dur fuq il-lemin għal Old Hwy 4777 li tagħti għan-Nofsinhar għal Molson Road. Ikser fuq il-lemin għal Chesaw Road, dur fuq ix-xellug għal Forest Service 3525, u erġa' ikser fuq ix-xellug għal Forest Development Road 350, li tispiċċa f'Forest Development Road 3625. Minn hemm imxi lejn il-Punent u dur fuq ix-xellug għal Forest Service 3525, ikser fuq il-lemin għal Rone Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Box Spring Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal Mosquito Creek Road, u fl-aħħar ikser fuq il-lemin għal Swanson Mill Road.

    c.

    Nofsinhar: Minn Swanson Mill Road ikser fuq ix-xellug għal O'Neil Road u wara imxi lejn in-Nofsinhar f'US 97. Dur fuq il-lemin għal Ellis Forde Bridge Road, ikser fuq ix-xellug għal Janis Oroville (SR 7), wara ikser fuq il-lemin għal Loomis Oroville Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Wannacut Lake Road, ikser fuq ix-xellug għal Ellemeham Mountain Road, erġa' dur fuq ix-xellug għal Earth Dam Road, ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal triq bla isem, ikser fuq il-lemin għal triq bla isem, imbagħad dur fuq il-lemin għal triq oħra bla isem, ikser fuq ix-xellug għal triq bla isem u fl-aħħar dur fuq ix-xellug għal triq oħra bla isem.

    d.

    Punent: Mit-triq bla isem dur fuq il-lemin għal Loomis Oroville Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal Smilkameen Road sal-fruntiera Kanadiża.

    WGM

    VIII

    P2

    3.2.2015

     

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.5

    L-Istat ta' Oregon:

    Il-Kontea ta' Douglas

    WGM

    VIII

    P2

    19.12.2014

    23.3.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    US-2.6

    L-Istat ta' Oregon:

    Il-Kontea ta' Deschutes

    WG

    VIII

    P2

    14.2.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.7

    L-Istat ta' Oregon:

    Il-Kontea ta' Malheur

    WGM

    VIII

    P2

    20.1.2015

    11.5.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    L-Istat ta' Idaho:

     

    Il-Kontea ta' Canyon

     

    Il-Kontea ta' Payette

    WGM

    VIII

    P2

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    US-2.8.

    L-Istat ta' California:

    Il-Kontea ta' Stanislaus/Il-Kontea ta' Tuolumne:

    Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

    a.

    Tramuntana — 2,5 mili Lvant mill-intersezzjoni bejn State Hwy. 108 u Williams Road.

    b.

    Grigal — 1,4 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn Rock River Dr. u Tulloch Road.

    c.

    Lvant — 2,0 mili Majjistral mill-intersezzjoni bejn Milpitas Road u Las Cruces Road.

    d.

    Xlokk — 1,58 mili Lvant mit-tarf tat-Tramuntana ta' Rushing Road.

    e.

    Nofsinhar — 0,70 mili Nofsinhar mill-intersezzjoni bejn State Highway132 u Crabtree Road.

    f.

    Lbiċ — 0,8 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn Hazel Dean Road u Loneoak Road.

    g.

    Punent — 2,5 mili Lbiċ mill-intersezzjoni bejn Warnerville Road u Tim Bell Road.

    h.

    Majjistral — 1,0 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn CA-120 u Tim Bell Road.

    WGM

    VIII

    P2

    23.1.2015

     

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.9

    L-Istat ta' California:

    Il-Kontea ta' Kings:

    Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

    a.

    Tramuntana — 0,58 mili Tramuntana minn Kansas Avenue

    Grigal — 0,83 mili Lvant minn CA-43

    b.

    Lvant — 0,04 mili Lvant minn 5th Avenue

    c.

    Xlokk — 0,1 mili Lvant mill-intersezzjoni bejn Paris Avenue u 7th Avenue

    d.

    Nofsinhar — 1,23 mili Tramuntana minn Redding Avenue

    e.

    Xlokk — 0,6 mili Lvant mill-intersezzjoni ta' Paris Avenue u 15th Avenue

    f.

    Punent — 1,21 mili Lvant minn 19th Avenue

    g.

    Majjistral — 0,3 mili Tramuntana mill-intersezzjoni ta' Laurel Avenue u 16th Avenue

    WGM

    VIII

    P2

    12.2.2015

     

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.10

    L-Istat ta' Minnesota

    WGM

    VIII

    P2

    5.3.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.11

    L-Istat ta' Missouri:

     

    Il-Kontea ta' Jasper

     

    Il-Kontea ta' Barton

    WGM

    VIII

    P2

    8.3.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.12

    L-Istat ta' Missouri:

     

    Il-Kontea ta' Moniteau

     

    Il-Kontea ta' Morgan

    WGM

    VIII

    P2

    9.3.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.13

    L-Istat ta' Arkansas:

     

    Il-Kontea ta' Boone

     

    Il-Kontea ta' Marion

    WGM

    VIII

    P2

    11.3.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.14

    L-Istat ta' Kansas:

     

    Il-Kontea ta' Leavenworth

     

    Il-Kontea ta' Wyandotte

    WGM

    VIII

    P2

    13.3.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.15

    L-Istat ta' Kansas:

     

    Il-Kontea ta' Cherokee

     

    Il-Kontea ta' Crawford

    WGM

     

    P2

    9.3.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.16

    L-Istat ta' Montana:

     

    Il-Kontea ta' Judith Basin

     

    Il-Kontea ta' Fergus

    WGM

    VIII

    P2

    2.4.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.17

    L-Istat ta' North Dakota:

    Il-Kontea ta' Dickey

    WGM

    VIII

    P2

    11.4.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.18

    L-Istat ta' South Dakota

    WGM

    VIII

    P2

    1.4.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.19

    L-Istat ta' Wisconsin

    WGM

    VIII

    P2

    11.4.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.20

    L-Istat ta' Iowa

    WGM

    VIII

    P2

    14.4.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     


    (1)  Il-prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data, jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta' 90 jum minn din id-data.

    (2)  Dak li hu prodott wara din id-data biss jista' jiġi importat fl-Unjoni.”


    Top