EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1789

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1789 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emendi għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE (Id-Direttiva tal-Kwalità tal-Fjuwil)

ĠU L 260, 7.10.2015, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1789/oj

7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1789

tal-1 ta' Ottubru 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emendi għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE (Id-Direttiva tal-Kwalità tal-Fjuwil)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114 u l-Artikolu 192(1) flimkien mall-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Annessi II u XX tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Annessi II u XX tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendi proposti għal-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHNEIDER


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' April 2009, li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru …/2015

ta'li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2009/30/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b'hekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Annessi II u XX tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 6a (id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0030: Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88).”

2.

It-test li ġej jiżdied fil-punt 6a (id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“(c)

Fl-Artikolu 2(5), il-kelma ‘Iżlanda’ tiddaħħal wara l-kelma ‘Finlandja’ u l-kelma ‘Norveġja’ tiġi miżjuda wara l-kelma ‘Litwanja’.

(d)

Fl-Artikolu 3(4) is-subparagrafu li ġej huwa inserit wara l-ewwel subparagrafu:

‘L-Iżlanda tista' tippermetti t-tqegħid fis-suq, matul il-perjodu tas-sajf, ta' petrol li jkun fih l-etanol jew il-metanol bi pressjoni massima tal-fwar ta' 70 kPa, bil-kundizzjoni li l-etanol użat ikun bijokarburant jew li l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra mill-użu tal-metanol jissodisfa l-kriterji speċifikati fl-Artikolu 7b(2).’

(e)

L-Artikoli 7a sa 7e ma għandhomx japplikaw għal-Liechtenstein.

(f)

L-Artikolu 7b(6) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.”

3.

It-test tal-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE) jitħassar.

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 21ad (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32009 L 0030: Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88).”

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2009/30/KE bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi …, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.

(2)  ĠU L 74, 27.3.1993, p. 81.

(*)  [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


Top