This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1295
Commission Implementing Regulation (EU) No 1295/2014 of 4 December 2014 amending Annex I to Regulation (EC) No 669/2009 implementing Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council as regards the increased level of official controls on imports of certain feed and food of non-animal origin Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1295/2014 tal- 4 ta' Diċembru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1295/2014 tal- 4 ta' Diċembru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 349, 5.12.2014, p. 33–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009R0669 | Sostituzzjoni | anness I | 01/01/2015 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R1295R(01) | (DA, SL) | |||
Implicitly repealed by | 32019R1793 | 14/12/2019 |
5.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/33 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1295/2014
tal-4 ta' Diċembru 2014
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli li jikkonċernaw il-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu ('il-lista'), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi eżaminata fuq bażi regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu tal-inqas is-sorsi ta' informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu. |
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza ta' inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi f'pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti trimestrali dwar kunsinni ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata. |
(4) |
B'mod partikolari, il-lista trid tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li l-informazzjoni disponibbli dwarhom tindika livell globalment sodisfaċenti ta' konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom ma tibqax ġustifikata żieda fil-kontrolli uffiċjali. L-entrati fil-lista li jikkonċernaw il-larinġ mill-Eġittu u l-weraq tal-kosbor, il-ħabaq u n-nagħniegħ mit-Tajlandja għandhom għalhekk jitħassru. |
(5) |
Barra minn hekk, il-lista trid tiġi emendata billi tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq il-komoditajiet li għalihom l-istess sorsi ta' informazzjoni juru livell ogħla ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, li b'hekk jiġġustifika ż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. L-entrati fil-lista li jikkonċernaw il-ħwawar imnixxfin mill-Indja, il-weraq tal-betel mill-Indja u mit-Tajlandja u l-weraq tad-dwieli mit-Turkija, għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
ANNESS
“ANNESS I
Għalf u ikel mhux ta' oriġini mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Sottodiviżjoni TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
Għeneb imnixxef (frott tad-dielja) (Ikel) |
0806 20 |
|
L-Afganistan (AF) |
Okratossina A |
50 |
||||
|
|
|
Il-Brażil (BR) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
(Għalf u ikel) |
|
|
|||||||
|
|
10 10 |
Il-Kambodja (KH) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (2) |
50 |
||||
|
|
72 |
|||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
Karfus Ċiniż (Apium graveolens) (Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (3) |
50 |
||||
Brassica oleracea (Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkoli Ċiniż’) (4) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0704 90 90 |
40 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (5) |
50 |
||||
Te, sew jekk aromatizzat, sew jew le (Ikel) |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (6) |
10 |
||||
|
|
72 |
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (7) |
10 |
||||
|
|
70 70 |
|||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
10 10 |
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (7) |
20 |
||||
|
|
20 |
|||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
20 |
|||||||
Frawli (frisk) (Ikel) |
0810 10 00 |
|
L-Eġittu (EG) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (8) |
10 |
||||
Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.) |
0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; |
20 |
L-Eġittu (EG) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (9) |
10 |
||||
(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
0710 80 51 ; ex 0710 80 59 |
20 |
|||||||
Weraq tal-betel (Piper betle L.) (Ikel) |
ex 1404 90 00 |
10 |
L-Indja (IN) |
Salmonella (10) |
50 |
||||
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Indja (IN) |
Salmonella (10) |
20 |
||||
|
|
|
L-Indja (IN) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
10 |
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
|
|||||||
Enzimi; enzimi ppreparati (Għalf u ikel) |
3507 |
|
L-Indja (IN) |
Kloramfenikol |
50 |
||||
|
|
|
L-Indoneżja (ID) |
Aflatossini |
20 |
||||
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
|
|||||||
|
|
40 |
Il-Kenja (KE) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (11) |
10 |
||||
|
|
40 |
|||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
Nagħniegħ (Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa) |
ex 1211 90 86 |
30 |
Il-Marokk (MA) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (12) |
10 |
||||
Fażola mnixxfa (Ikel) |
0713 39 00 |
|
In-Niġerja (NG) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (13) |
50 |
||||
Għeneb tal-mejda (Ikel — frisk) |
0806 10 10 |
|
Il-Perù (PE) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (14) |
10 |
||||
Dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) żrieragħ u prodotti derivati (Ikel) |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
10 30 50 |
Sjerra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|
Is-Sudan (SD) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
(Għalf u ikel) |
|
|
|||||||
Bżar (mhux ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 60 99 |
20 |
It-Tajlandja (TH) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (15) |
10 |
||||
Weraq tal-betel (Piper betle L.) (Ikel) |
ex 1404 90 00 |
10 |
It-Tajlandja (TH) |
Salmonella (10) |
50 |
||||
|
|
10 10 |
It-Tajlandja (TH) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (16) |
20 |
||||
|
|
72 |
|||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
Berquq imnixxef (Ikel) |
0813 10 00 |
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (17) |
10 |
||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (18) |
10 |
||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
Weraq tad-dielja (Ikel) |
ex 2008 99 99 |
11; 19 |
It-Turkija (TR) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (19) |
20 |
||||
Għeneb imnixxef (frott tad-dielja) (Ikel) |
0806 20 |
|
L-Uzbekistan (UZ) |
Okratossina A |
50 |
||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (20) |
20 |
||||
|
|
20 |
|||||||
|
|
30 |
|||||||
|
|
40 |
|||||||
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa) |
|
|
|||||||
|
|
10 |
Il-Vjetnam (VN) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (20) |
20 |
||||
|
|
20 |
|||||||
|
|
20 |
|||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
(1) Fejn ikun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti skont kull kodiċi NM u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat ‘ex’.
(2) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorbufam, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat).
(3) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Eżakonażol, Fentoat, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol).
(4) Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.
(5) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Klorfenapir, Fipronil (is-somma ta' fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Aċetamiprid, Dimetomorf u Propikonażol.
(6) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (Is-somma ta' isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralina; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)).
(7) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Amitraż (amitraż inklużi l-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 —dimetilanilina espressa bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (is-somma ta' aldikarb, is-sulfossidu tiegħu u s-sulfan tiegħu, espressa bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Diafentijuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (is-somma ta' metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfan, espressa bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.
(8) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Ċiflutrin (ċiflutrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)) Ċiprodinil, Diażinon, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludiossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċjalotrina, Metijokarb (is-somma ta' metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfan, espressa bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Fentoat, Tijofanat-metil.
(9) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (is-somma ta' isomeri p, p′ u o,p′), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (is-somma ta' prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.
(10) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu validat meta mqabbel miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(11) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Diafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.
(12) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)), Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (is-somma ta' Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Flubendijammid, Miklobutanil, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon).
(13) B'mod partikolari, ir-residwi ta' Diklorvos.
(14) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Dinikonażol, Etefon u Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil).
(15) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Triażofos, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: Is-somma ta' formetanat u l-imluħa tiegħu espressa bħala formetanat(kloridrat).
(16) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Aċefat, Karbaril, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (is-somma ta' isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol) Triażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.
(17) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(18) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klofenteżin, Diafentjuron, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Formetanat: Is-somma ta' formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(kloridrat), Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.
(19) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Ażossistrobin, Boskalid, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa- u beta- u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Kresoksim-metil, Lambda-ċjalotrina, Metalassil u metalassil-M (metalassil li jinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti li jinkludu l-metalassil-M (is-somma ta' isomeri)), Metossifenożid, Metrafenonu, Miklobutanil, Penkonażol, Piraklostrobin, Pirimetanil, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol), Triflossistrobin.
(20) B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Profenofos, Permetrina (is-somma ta' isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (is-somma ta' fipronil + metabolita tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol”