Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0021

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 21/2014 tal- 10 ta’ Jannar 2014 li jemenda għall-210 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

ĠU L 8, 11.1.2014, pp. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/21/oj

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 21/2014

tal-10 ta’ Jannar 2014

li jemenda għall-210 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u r-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta' Jannar 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi żewġ persuni mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fis-6 ta' Jannar 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jneħħi żewġ entitajiet mil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura "Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet" jitħassru:

(a)

"International Islamic Relief Organisation, Philippines, Branch offices (alias (a) International Islamic Relief Agency, (b) International Relief Organisation, (c) Islamic Relief Organization, (d) Islamic World Relief, (e) International Islamic Aid Organisation, (f) Islamic Salvation Committee, (g) The Human Relief Committee of the Muslim World League, (h) World Islamic Relief Organisation, (i) Al Igatha Al-Islamiya, (j) Hayat al-Aghatha al-Islamia al-Alamiya, (k) Hayat al- Igatha, (l) Hayat Al-'Igatha, (m) Ighatha, (n) Igatha, (o) Igassa, (p) Igasa, (q) Igase, (r) Egassa, (s) IIRO). Indirizz: (a) International Islamic Relief Organisation, Philippines Office, 201 Heart Tower Building; 108 Valero Street; Salcedo Village, Makati City; Manila, Philippines, (b) Zamboanga City, Philippines, (c) Tawi Tawi, Philippines, (d) Marawi City, Philippines, (e) Basilan, Philippines, (e) Cotabato City, Philippines. Informazzjoni oħra: (a) Assoċjata mal-Grupp Abu Sayyaf u Jemaah Islamiyah; (b) L-uffiċċji kollha ngħalqu fl-2006 iżda l-uffiċċju tal-IIRO f'Manila, il-Filippini, reġa' fetaħ, kmieni matul l-2009. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 4.8.2006."

(b)

"International Islamic Relief Organization, Indonesia, Branch Office (alias (a) International Islamic Relief Agency, (b) International Relief Organization, (c) Islamic Relief Organization, (d) Islamic World Relief, (e) International Islamic Aid Organization, (f) Islamic Salvation Committee, (g) The Human Relief Committee of the Muslim World League, (h) World Islamic Relief Organization, (i) Al Igatha Al-Islamiya, (j) Hayat al-Aghatha al-Islamia al-Alamiya, (k) Hayat al-Igatha, (l) Hayat Al-'Igatha, (m) Ighatha, (n) Igatha, (o) Igassa, (p) Igasa, (q) Igase, (r) Egassa, (s) IIRO). Indirizz: (a) International Islamic Relief Organization, Indonesia Office; Jalan Raya Cipinang Jaya No. 90; East Jakarta, 13410, Indonesia; (b) P.O. Box 3654; Jakarta 54021, Indonesia; (c) 8 Jalan Tarnan Simanjuntak Barat, Cipinang Cempedak Jakarta Timur 13340 Indonesia. Informazzjoni oħra: Assoċjata mal-Jemaah Islamiyah u mal-International Islamic Relief Organisation, il-Filippini, Uffiċċji tal-friegħi; Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 9.11.2006."

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:

(a)

"Nabil Ben Mohamed Ben Ali Ben Attia (alias Abu Salim). Indirizz: Via Val Bavona 1, Milan, l-Italja. Data tat-twelid: 11.5.1966. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-passaport: L 289032 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-22.8.2001 li jiskadi fil-21.8.2006). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002."

(b)

"Atilla Selek (alias Muaz). Data tat-twelid: 28.2.1985. Post tat-twelid: Ulm, il-Ġermanja. Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: L1562682 (Karta tal-identità maħruġa mill-Awtorità għall-Barranin fi Freiburg, il-Ġermanja). Indirizz: Kurwaldweg 1, 75365 Calw, il-Ġermanja. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 18.6.2009."


Top