Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 32014D0463

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2003/427/KE u 2009/778/KE (notifikata bid-dokument C(2014) 4670)

    ĠU L 209, 16.7.2014, s. 55—58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Asiakirjan oikeudellinen asema Voimassa

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/463/oj

    16.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 209/55


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-14 ta' Lulju 2014

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2003/427/KE u 2009/778/KE

    (notifikata bid-dokument C(2014) 4670)

    (Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

    (2014/463/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-ispeċifikazzjoni taż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. ġiet stabbilita u t-tqegħid tiegħu fis-suq ġie awtorizzat f'bosta ikel f'ċertu livelli massimi tal-użu bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/427/KE (2). L-ewwel estensjoni tal-użi taż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. ingħatat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/778/KE (3).

    (2)

    Fis-16 ta' Jannar 2013, lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, il-kumpanija DSM Nutritional Products talbithom estensjoni tal-użi taż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel. B'kuntratt datat it-30 ta' Ġunju 2012, il-kumpanija DSM Nutritional Products akkwistat lill-kumpanija Martek Biosciences li kienet id-destinatarju tad-deċiżjonijiet preċedenti.

    (3)

    Fid-29 ta' April 2013 il-korp kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħareġ rapport ta' valutazzjoni inizjali. Dak ir-rapport jikkonkludi li l-estensjoni tal-użi ta' dan iż-żejt tal-alga tissodisfa tissodisfa l-kriterji tal-ikel ġdid stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

    (4)

    Fid-9 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

    (5)

    Matul il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tqajmu xi oġġezzjonijiet motivati. L-oġġezzjonijiet kellhom x'jaqsmu l-aktar mal-livelli għolja ta' konsum tal-aċidu dokosaeżaneojku (DHA). B'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, trid issir Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tqis l-oġġezzjonijiet li saru. Għaldaqstant l-applikant biddel it-talba dwar l-ammont massimu ta' DHA fis-supplimenti tal-ikel. B'din il-bidla u spjegazzjonijiet oħra li ta l-applikant, ittaffa dan it-tħassib, u l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġew issodisfati.

    (6)

    Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi rekwiżiti dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel. Id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tistabbilixxi rekwiżiti dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE (7) tistabbilixxi rekwiżiti dwar ikel maħsub sabiex jintuża f'dieti ta' restrizzjoni tal-enerġija għat-tnaqqis fil-piż. L-użu taż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. għandu jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' dawk il-leġiżlazzjonijiet.

    (7)

    Minħabba ċ-ċarezza legali, id-Deċiżjonijiet 2003/427/KE u 2009/778/KE għandhom jitħassru u jinbidlu b'din id-Deċiżjoni.

    (8)

    In-notifiki dwar it-tqegħid fis-suq ta' ingredjent sostanzjalment ekwivalenti għaż-żejt tal-alga kif jawtorizzaw id-Deċiżjonijiet 2003/427/KE u 2009/778/KE, li tressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, jibqgħu validi.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Iż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. kif jispeċifika l-Anness I, jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel għall-użi definiti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006, id-Direttiva 2009/39/KE u d-Direttiva 96/8/KE.

    Artikolu 2

    Id-deżinjazzjoni taż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. awtorizzata b'din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent, għandha tkun “żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp.”.

    Artikolu 3

    Għalhekk jitħassru d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/427/KE u 2009/778/KE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil DSM Nutritional Products, 6480 Dobbin Road, Columbia, MD 21045, l-Istati Uniti.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/427/KE tal-5 ta' Ġunju 2003 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' żejt mogħni bid-DHA (l-aċidu dokosaeżaneojku) mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 144, 12.6.2003, p. 13).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/778/KE tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-estensjoni tal-użu taż-żejt tal-alga mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 56).

    (4)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26).

    (6)  Id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21).

    (7)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta' Frar 1996 dwar ikel maħsub sabiex jintuża f'dieti ta' restrizzjoni tal-enerġija għat-tnaqqis fil-piż (ĠU L 55, tas-6.3.1996, p. 22).


    ANNESS I

    SPEĊIFIKAZZJONI TA' ŻEJT MILL-MIKROALGA SCHIZOCHYTRIUM SP.

    Test

    Speċifikazzjoni

    Il-valur aċiduż

    Mhux iktar minn 0,5 mg KOH/g

    Il-valur perossidu (PV)

    Mhux iktar minn 5,0meq/kg żejt

    L-umdità u l-volatili

    Mhux aktar minn 0,05 %

    Sustanzi li ma jistgħux jinbidlu f'sapun

    Mhux aktar minn 4,5 %

    Aċidi grassi trans

    Mhux aktar minn 1,0 %

    Kontenut ta' DHA

    Mhux anqas minn 32,0 %


    ANNESS II

    UŻI AWTORIZZATI TA' ŻEJT MILL-MIKROALGA SCHIZOCHYTRIUM SP.

    Kategorija tal-ikel

    Livell massimu tal-użu tad-DHA

    Prodotti magħmula mill-ħalib għajr xarbiet magħmula mill-ħalib

    200 mg/100 g jew għall-prodotti tal-ġobon 600 mg/100 g

    Analogi magħmula mill-ħalib għajr xarbiet

    200 mg/100 g, jew 600 mg/100 g għal prodotti tal-ġobon

    Xaħam li jiddellek u ħwawar

    600 mg/100 g

    Ċereali tal-kolazzjon

    500 mg/100 g

    Supplimenti tal-ikel

    250 mg DHA kuljum kif jirrakkomanda l-manifattur għal popolazzjoni normali

    450 mg DHA kuljum kif jirrakkomanda l-manifattur għal nisa tqal u li jreddgħu

    Ikel maħsub għall-użu f'dieti ristretti mill-enerġija għal tnaqqis fil-piż kif jissemma fid-Direttiva 96/8/KE

    250 mg għal kull sostitut tal-ikel

    Ikel għal użi nutrizzjonali partikolari kif tiddefinixxi d-Direttiva 2009/39/KE ħlief il-formula tal-ikel tat-tfal żgħar u ta' prosegwiment

    200 mg/100 g

    Ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali

    Skont ir-rekwiżiti nutrizzjonali partikolari tal-persuni li għalihom il-prodotti huma maħsuba

    Prodotti tal-forn, (ħobż u panini), gallettini ħelwin

    200 mg/100 g

    Biċċiet taċ-ċereali

    500 mg/100 g

    Xaħam għat-tisjir

    360 mg/100 g

    Xarbiet mhux alkoħoliċi (inklużi analogu tal-ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib)

    80 mg/100 ml


    Alkuun