Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0213

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/213/PESK tal-14 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

ĠU L 111, 15.4.2014, p. 83–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/213/oj

15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/83


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/213/PESK

tal-14 ta' April 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1).

(2)

Bil-ħsieb tal-iżviluppi tar-Repubblika tal-Ginea, l-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq it-tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna għandhom jitneħħew.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK, jitħassru l-Artikoli 1 u 2.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.


Top