Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1159

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

    ĠU L 336, 8.12.2012, p. 1–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1159/oj

    8.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 336/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1159/2012

    tas-7 ta’ Diċembru 2012

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) (il-Kodiċi), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom jista’ jiġi stabbilit l-istatus Komunitarju ta’ oġġetti li ddaħħlu fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor. Madankollu, bħalissa dan ir-Regolament ma jipprovdix għall-possibbiltà li jiġi stabbilit l-istatus Komunitarju ta’ oġġetti li jkunu ġew imċaqalqa minn punt fi Stat Membru billi għaddew mit-territorju ta’ pajjiż terz għal punt ieħor fl-istess Stat Membru. Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jipprovdi għal dik il-possibbiltà.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2012 (3) emenda l-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li fih lista tal-kodiċijiet tal-ippakkjar li huma bbażati fuq ir-Rakkomandazzjoni Nru 21 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa. Il-format tal-kodiċi tal-pakketti kif indikat fil-Kaxxa 31 tal-Anness 38 inbidel minn alphabetic2 (a2) għal alphanumeric2 (an2). Il-kodiċi tat-Tip/Tul tat-tip ta’ pakketti tal-Anness 37a għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Kroazja aċċediet għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera, dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (4) (il-Konvenzjoni) bħala parti kontraenti fl-1 ta’ Lulju 2012. Bid-Deċiżjoni Nru 3/2012 tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni tas-26 ta’ Ġunju 2012 (5) il-Konvenzjoni ġiet emendata sabiex tadatta d-dokumenti ta’ garanzija tat-tranżitu komuni fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni. Id-dokumenti ta’ garanzija korrespondenti għat-tranżitu tal-Komunità stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom jiġu adattati skont dan.

    (4)

    Peress li kien rekwiżit skont id-Deċiżjoni Nru 3/2012 li jintużaw id-dokumenti ta’ garanzija adattati għall-adeżjoni tal-Kroazja sal-1 ta’ Lulju 2012, id-dokumenti ta’ garanzija korrispondenti meħtieġa mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom ikunu adatti wkoll b’effett minn dik id-data. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex jippermettu l-użu ta’ dokumenti ta’ garanzija f’konformità mal-mudell applikabbli qabel l-1 ta’ Lulju 2012 għal perjodu tranżitorju, suġġett għall-adattamenti meħtieġa.

    (5)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 314 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Fejn l-oġġetti mhumiex meqjusa li huma oġġetti Komunitarji skont it-tifsira tal-Artikolu 313, l-istatus Komunitarju tagħhom jista’ jiġi stabbilit skont l-Artikolu 314c(1) biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’kull wieħed mill-punti li ġejjin:

    (a)

    l-oġġetti ġew imċaqalqa minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità u temporanjament iħallu dak it-territorju mingħajr ma jaqsmu t-territorju ta’ pajjiż terz;

    (b)

    l-oġġetti ġew imċaqalqa minn punt fit-territorju doganali tal-Komunità, mit-territorju ta’ pajjiż terz, għal punt ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità, u nġarru taħt dokument ta’ trasport waħdieni maħruġ fi Stat Membru;

    (c)

    l-oġġetti ġew imċaqalqa minn punt fit-territorju doganali tal-Komunità mit-territorju ta’ pajjiż terz, fejn kienu trasbordati f’mezz ta’ trasport li ma kienx dak li fuqu kienu inzjalment mgħobbija, għal punt ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità, u dokument ġdid tat-trasport li jkopri l-ġarr mill-pajjiż terz ikun inħareġ u ġie ppreżentat akkumpanjat minn kopja tad-dokument oriġinali li jkopri l-ġarr minn punt wieħed għall-ieħor fi ħdan it-territorju doganali tal-Komunità.”

    (b)

    Għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

    “2a.   Fejn il-prodotti jkunu ġew trasportati kif imsemmi fil-paragrafu 1(c), l-awtoritajiet doganali kompetenti fil-punt tad-dħul mill-ġdid tal-oġġetti fit-territorju doganali tal-Komunità għandhom iwettqu kontrolli a posteriori biex jiddeterminaw l-eżattezza tal-informazzjoni mdaħħla fil-kopja tad-dokument oriġinali tat-trasport f’konformità mar-rekwiżiti ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 314a.”

    2.

    Fl-Anness 37a, it-Titolu II.B, taħt l-intestatura “Tipi ta’ pakketti (Kaxxa 31)” it-test “Tip/Tul a2” huwa sostitwit bit-test “Tip/Tul an2”.

    3.

    L-Anness 48 huwa sostitwit mit-test stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    4.

    L-Anness 49 huwa sostitwit mit-test stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    5.

    L-Anness 50 huwa sostitwit mit-test stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    6.

    Fl-Anness 51, fil-kaxxa 7, it-test “il-Kroazja,” jiddaħħal bejn it-test “il-Komunità Ewropea,” u “l-Islanda”.

    7.

    Fl-Anness 51a, fil-kaxxa 6, it-test “il-Kroazja,” jiddaħħal bejn it-test “il-Komunità Ewropea,” u “l-Islanda”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

    Madankollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu, sat-30 ta’ Ġunju 2013, jużaw il-formola mudell stabbilita fl-Anness 48, 49, 50, 51 jew 51a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2012, soġġett għal adattamenti ġeografiċi neċessarji u adattamenti li jikkonċernaw l-indirizz għan-notifika jew l-aġent awtorizzat.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

    (2)  ĠU L 253, 2.10.1993, p. 1.

    (3)  ĠU L 223, 21.8.2012, p. 8.

    (4)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

    (5)  ĠU L 182, 13.7.2012, p. 42.


    ANNESS I

    “ANNESS 48

    PROĊEDURA TA’ TRANŻITU KOMUNI/TAL-KOMUNITÀ

    GARANZIJA KOMPRENSIVA

    I.   Impenn mill-garanti

    1.

    Is-sottoskritt (1)

    residenti fi (2)

    hawnhekk jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ …

    sa ammont massimu ta’

    li hu 100/50/30 % (3) tal-ammont ta’ referenza, favur l-Unjoni Ewropea

    (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq.

    u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino, (4)

    kwalunkwe ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u ammonti inċidentali ulterjuri - iżda mhux multi - li għalihom il-prinċipal, (5) …, jista’ jkun jew isir responsabbli lejn il-pajjiżi hawn fuq imsemmija għal dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħra applikabbli għall-oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni.

    2.

    Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista’ jipposponi l-ħlas tas-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni sal-limitu tal-ammont massimu msemmi hawn fuq, sakemm hu jew kull persuna kkonċernata ma jistabilixxux qabel id-data tal-għeluq ta’ dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni tkun intemmet.

    Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-ħlas il-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat iħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru bħala riżultat tal-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikulari kull imgħax, iridu jkunu kkalkulati b’mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas taħt ċirkustanzi simili fis-suq tal-flus jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

    Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somom diġà mħallsa taħt it-termini ta’ din l-obbligazzjoni sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas id-dejn maħluq waqt operazzjoni ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni li tkun bdiet qabel it-talba preċedenti għall-ħlas kienet riċevuta jew sa 30 jum wara.

    3.

    Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-aċċettazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa’ responsabbli għall-ħlas ta’ kull dejn maħluq matul kwalunkwe operazzjoni ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni koperta minn din l-obbligazzjoni u mibdija qabel tidħol fis-seħħ kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

    4.

    Għall-finijiet ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika (6) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

    Pajjiż

    Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

    Is-sottoskritt jirrikonoxxi li l-korrispondenza u l-avviżi kollha u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ din l-obbligazzjoni indirizzati lil jew magħmula bil-miktub f’wieħed mill-indirizzi għan-notifika tiegħu jkunu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

    Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

    Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għan-notifika jew, jekk ikollu jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

    Magħmul fi …, fi …

    (Firma)  (7)

    II.   Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

    Uffiċċju tal-garanzija…

    L-impenn tal-garanti aċċettata fil-

    (Timbru u firma)


    (1)  Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

    (2)  Indirizz sħiħ.

    (3)  Ħassar fejn ma japplikax.

    (4)  Ħassar l-isem tal-Parti jew Partijiet Kontraenti jew Stati (l-Andorra jew San Marino) li ma hemmx tranżitu mit-territorju tagħhom. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta’ tranżitu tal-Komunità.

    (5)  Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-prinċipal.

    (6)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom jikkorrispondu ma’ dan. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

    (7)  Il-firma trid tkun preċeduta b’dan li gej bil-kalligrafija tal-firmatarju nnifsu: ‘Garanzija għall-ammont ta’ …’ bl-ammont miktub sħiħ.’


    ANNESS II

    “ANNESS 49

    PROĊEDURA TA’ TRANŻITU KOMUNI/TAL-KOMUNITÀ

    GARANZIJA INDIVIDWALI

    I.   Impenn mill-garanti

    1.

    Is-sottoskritt (1)

    residenti fi (2)

    hawnhekk jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ …

    sa ammont massimu ta’

    favur l-Unjoni Ewropea

    (li tikkonsisti fir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq)

    u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (3), kwalunkwe ammont ta’ kapital, flimkien ma’ obbligazzjonijiet, spejjeż u ammonti inċidentali — iżda mhux multi — li għalihom

    il-prinċipal, (4)

    jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli lejn il-pajjiżi hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħra applikabbli għall-oggetti deskritti hawn taħt imqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni mill-uffiċċju tat-tluq ta’ …

    lejn l-uffiċċju tad-destinazzjoni ta’ …

    Deskrizzjoni tal-merkanzija:

    2.

    Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista’ jipposponi l-ħlas tas-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni sakemm hu jew kull persuna oħra kkonċernata ma jistabilixxux qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.

    Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-ħlas il-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat iħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru bħala riżultat tal-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikulari kull imgħax, iridu jkunu kkalkulati b’mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas taħt ċirkustanzi simili fis-suq tal-flus jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

    3.

    Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-aċċettazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa’ responsabbli għall-ħlas ta’ kull dejn maħluq matul l-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni koperta minn dan l-impenn u mibdija qabel ma tidħol fis-seħħ kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

    4.

    Għall-finijiet ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika (5) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

    Pajjiż

    Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

    Is-sottoskritt jirrikonoxxi li l-korrispondenza u l-avviżi kollha u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ din l-obbligazzjoni indirizzati lil jew magħmula bil-miktub f’wieħed mill-indirizzi għan-notifika tiegħu jkunu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

    Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

    Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għan-notifika jew, jekk ikollu jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

    Magħmul fi …, fi …

    (Firma) (6)

    II.   Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

    Uffiċċju tal-garanzija …

    L-impenn tal-garanti aċċettat fil- … sabiex ikopri l-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Komunità/komuni effettwata taħt id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu Nru … ta’ … (7)

    (Timbru u firma)


    (1)  Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

    (2)  Indirizz sħiħ.

    (3)  Ħassar l-isem tal-Parti jew Partijiet Kontraenti jew Stati (l-Andorra jew San Marino) li ma jsirx tranżitu mit-territorju tagħhom. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta’ tranżitu tal-Komunità.

    (4)  Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-prinċipal.

    (5)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

    (6)  Il-persuna li tiffirma d-dokument trid iddaħħal dan li gej bil-kitba bl-idejn qabel il-firma tagħha/tiegħu: ‘Garanzija għall-ammont ta…’, fejn l-ammont jinkiteb b’ittri.

    (7)  Biex timtela mill-uffiċċju tat-tluq.”


    ANNESS III

    “ANNESS 50

    PROĊEDURA TA’ TRANŻITU KOMUNI/TAL-KOMUNITÀ

    GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA’ VAWĊERS

    I.   Impenn mill-garanti

    1.

    Is-sottoskritt (1)

    residenti fi (2)

    hawnhekk jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ …

    favur l-Unjoni Ewropea

    (li tikkonsisti fir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq)

    u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (3),

    kull ammont ta’ kapital, flimkien ma’ obbligazzjonijiet, spejjeż u ammonti inċidentali ulterjuri - iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli lejn l-Istati hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oggetti mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt intrabat li joħroġ vawċers ta’ garanzija individwali sa massimu ta’ EUR 7 000 għal kull vawċer.

    2.

    Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista’ jipposponi l-ħlas tas-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 7 000 għal kull vawċer ta’ garanzija individwali, sakemm hu jew kull persuna kkonċernata ma tistabilixxix qabel id-data tal-għeluq ta’ dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni tkun intemmet.

    Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-ħlas il-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat iħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru bħala riżultat tal-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikulari kull imgħax, iridu jkunu kkalkulati b’mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas taħt ċirkustanzi simili fis-suq tal-flus jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

    3.

    Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-aċċettazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa’ responsabbli għall-ħlas ta’ kull dejn maħluq matul kwalunkwe operazzjoni ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni koperta minn din l-obbligazzjoni u mibdija qabel tidħol fis-seħħ kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

    4.

    Għall-finijiet ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika (4) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

    Pajjiż

    Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

    Is-sottoskritt jirrikonoxxi li l-korrispondenza u l-avviżi kollha u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ din l-obbligazzjoni indirizzati lil jew magħmula bil-miktub f’wieħed mill-indirizzi għan-notifika tiegħu jkunu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

    Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

    Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għan-notifika jew, jekk ikollu jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

    Magħmul fi…, fi …

    (Firma) (5)

    II.   Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

    Uffiċċju tal-garanzija

    L-impenn tal-garanti aċċettat fil-

    (Timbru u firma)


    (1)  Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

    (2)  Indirizz sħiħ.

    (3)  Għal operazzjonijiet ta’ tranżitu tal-Komunità biss.

    (4)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, m’hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

    (5)  Il-firma trid tkun preċeduta b’dan li gej bil-kalligrafija tal-firmatarju nnifsu: ‘Garanzija’.”


    Top