This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0545
Council Regulation (EU) No 545/2012 of 25 June 2012 amending Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 545/2012 tal- 25 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 545/2012 tal- 25 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU L 165, 26.6.2012, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0036 | Sostituzzjoni | artikolu 3.4 | 26/06/2012 | |
Modifies | 32012R0036 | Sostituzzjoni | artikolu 3.1 | 26/06/2012 | |
52012JC0020 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32012R0545R(01) | (DE) |
26.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/23 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 545/2012
tal-25 ta’ Ġunju 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/206/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012 il-Kunsill adotta Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2) bil-għan li jdaħħal fis-seħħ il-parti l-kbira tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2011/782/PESK (3). Dak ir-Regolament jipprojbixxi, inter alia, l-għoti ta’ ċertu finanzjament u ċerta għajnuna finanzjarja relatati ma’ merkanzija suġġetta għall-projbizzjoni ta’ esportazzjoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2012/322/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (4), tiżviluppa aktar l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi relatati ma’ għajnuna finanzjarja fil-kuntest tal-embargo kontra l-armi. |
(3) |
Dawk il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol is-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “1. Huma pprojbiti:
|
(2) |
Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “4. Għandha tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru relevanti, kif identifikat fil-websajts imsemmija fl-Anness III, għall-għoti ta’:
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk huma jkollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li dawk it-tranżazzjonijiet huma jew jistgħu jkunu maħsuba sabiex jikkontribwixxu għal repressjoni interna jew għall-manifattura u l-manutenzjoni ta' prodotti li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 110, 24.4.2012, p. 36.
(3) ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.
(4) Ara paġna 45 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.