This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0343
2011/343/EU: Council Decision of 9 March 2011 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Hashemite Kingdom of Jordan on Scientific and Technological Cooperation
2011/343/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika
2011/343/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika
ĠU L 159, 17.6.2011, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/343/oj
17.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Marzu 2011
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika
(2011/343/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, |
(2) |
Dak il-Ftehim ġie ffirmat mir-rappreżentanti tal-Partijiet fit-30 ta’ Novembru 2009 fi Brussell, u ġie applikat proviżorjament mal-iffirmar skont l-Artikolu 7(2) tal-Ftehim, sakemm jiġi konkluż. |
(3) |
B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi konkluż f’isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Ftehim u jagħmel in-notifika li ġejja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan:
“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn adatt, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
CSÉFALVAY Z.
(1) Ara paġna 108 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.