EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0343

2011/343/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika

OJ L 159, 17.6.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 118 P. 15 - 15

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/343/oj

Related international agreement

17.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Marzu 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika

(2011/343/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika,

(2)

Dak il-Ftehim ġie ffirmat mir-rappreżentanti tal-Partijiet fit-30 ta’ Novembru 2009 fi Brussell, u ġie applikat proviżorjament mal-iffirmar skont l-Artikolu 7(2) tal-Ftehim, sakemm jiġi konkluż.

(3)

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi konkluż f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Ftehim u jagħmel in-notifika li ġejja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan:

“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn adatt, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CSÉFALVAY Z.


(1)  Ara paġna 108 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top