This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0114
2011/114/EU: Commission Decision of 18 February 2011 amending Decision 2008/589/EC establishing a specific control and inspection programme related to the cod stocks in the Baltic Sea (notified under document C(2011) 938)
2011/114/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku (notifikata bid-dokument numru C(2011) 938)
2011/114/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku (notifikata bid-dokument numru C(2011) 938)
ĠU L 46, 19.2.2011, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008D0589 | Sostituzzjoni | artikolu 2.2 |
19.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Frar 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 938)
(2011/114/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/589/KE (2) tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni applikabbli għal perjodu ta' tliet snin sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan ta' rkupru multiannwali stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (3) għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. |
(2) |
Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni huwa meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri kkonċernati u biex jippermetti lill-Aġenżija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd biex torganizza l-pjanijiet tat-tħaddim konġunt skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (4). |
(3) |
Biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan ta' rkupru multiannwali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għandu jiġi estiż għal perjodu ta' sena. |
(4) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/589/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/589/KE, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“2. Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għandu japplika għal erba' snin.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 190, 18.7.2008, p. 11.
(3) ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.
(4) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.