Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0852

2009/852/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9083) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 312, 27.11.2009, pp. 59–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013: This act has been changed. Current consolidated version: 30/05/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/852/oj

27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2009

dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9083)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/852/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel imsejsa, fost l-oħrajn, fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll. Dan jipprevedi li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jikkonformaw ma’ ċerti proċeduri msejsa fuq dawn il-prinċipji.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u jissupplimenta r-regoli mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 jinkludu rekwiżiti strutturali għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib, kif ukoll rekwiżiti ta’ iġjene fir-rigward ta’ ħalib nej u prodotti tal-ħalib.

(3)

Permezz tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (l-Att tal-Adeżjoni), ir-Rumanija ngħatat perjodu tranżizzjonali, li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2009, għall-konformità min-naħa ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib bir-rekwiżiti strutturali u iġjeniċi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004.

(4)

Il-Punt (a) tat-taqsima B.I. tal-Kapitolu 5 tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni jawtorizza, sal-31 ta’ Diċembru 2009, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004.

(5)

Minn mindu ssieħbet ir-Rumanija l-għadd ta’ stabbilimenti li huma konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti strutturali kiber. Madankollu, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib għadhom għaddejjin bit-titjib strutturali neċessarju sabiex ikunu konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti. Fid-dawl tat-titjib srutturali li jinsab għaddej, huwa neċessarju li tiġi prevista deroga limitata fiż-żmien mir-rekwiżiti strutturali stipulati fir-Regolmenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004. Il-lista tal-istabbilimenti li mhumiex konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti strutturali hija stipulata fl-Anesss I ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Barra minn dan, il-punt (c) tat-Taqsima B.I. tal-Kapitolu 5 tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni jawtorizza, sal-31 ta’ Diċembru 2009 ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(7)

L-azjendi tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti iġjeniċi huma mifruxa mat-territorju kollu tar-Rumanija. Il-proporzjon tal-ħalib nej li jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti, imwassal lil stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fir-Rumanija, żdied biss bi ftit matul dawn l-aħħar snin.

(8)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali, huwa f’loku li tingħata deroga limitata fiż-żmien mir-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 bil-għan li tippermetti lir-Rumanija li ġġib is-settur tal-ħalib tagħha konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(9)

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew, permezz ta’ deroga mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jkomplu jipproċessaw ħalib, konformi u mhux, kemm-il darba l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew ikomplu jipproċessaw ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

(10)

Barra minn dan, sabiex ma jiġux penalizzati dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li jikkonformaw mar-rekwiżiti strutturali, huwa xieraq li dawn l-istabbilimenti jiġu awtorizzati biex jirċievu ħalib mhux konformi bl-istess kundizzjonijiet bħalma japplikaw għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(11)

It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-ħalib li ġejjin minn ħalib mhux konformi għandu jkun ristrett għar-Rumanija jew inkella dawn jintużaw għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib koperti mid-derogi previsti f’din id-Deċiżjoni.

(12)

Dan il-perjodu tranżizzjonali mogħti permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun limitat għal 24 xahar, mill-1 ta’ Jannar 2010. Is-sitwazzjoni fis-settur tal-ħalib fir-Rumanija għandha tiġi riveduta qabel tmiem dak il-perjodu. Għaldaqstant ir-Rumanija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni fir-rigward tal-progress fit-titjib tal-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f’dak l-Istat Membru, l-azjendi tal-produzzjoni tal-ħalib li jipproduċu l-ħalib nej lil dawk l-istabbilimenti u s-sistema tal-ġbir u l-ġarr tal-ħalib mhux konformi.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni l-espressjoni ‘ħalib mhux konformi’ tfisser il-ħalib nej li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Subkapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2011, ir-rekwiżiti strutturali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-Anness II, il-Kapitolu II u fir-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-Anness III, it-Taqsima I, il-Kapitoli II u III, it-Taqsima II, il-Kapitoli II u III, u t-Taqsima V, il-Kapitolu I, ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-prodotti tal-ħalib prodotti mill-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

jitqiegħdu biss fis-suq domestiku fir-Rumanija; jew

(b)

jintużaw biss għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti fir-Rumanija msemmija fil-paragrafu 1.

Prodotti tal-ħalib bħal dawn għandu jkollhom marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni li hija differenti mill-marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 3

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Subkapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib konformi u mhux, kemm-il darba l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati.

Artikolu 4

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Subkapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

Artikolu 5

Prodotti tal-ħalib ġejjin minn ħalib mhux konformi għandhom:

(a)

jitqiegħdu biss fis-suq domestiku fir-Rumanija; jew

(b)

jintużaw biss għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti fir-Rumanija msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4.

Prodotti tal-ħalib bħal dawn għandu jkollhom marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni li hija differenti mill-marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 6

Ir-Rumanija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni fir-rigward tal-progress li jkun sar biex dan li ġej ikun konformi mar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004:

(a)

l-istabbilimenti tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikolu 2(1), inkluża skeda għall-konformità tagħhom mar-rekwiżiti strutturali msemmija f’dik id-dispożizzjoni;

(b)

azjendi tal-produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

(c)

is-sistema għall-ġbir u l-ġarr ta’ ħalib mhux konformi.

L-ewwel rapport annwali għandu jitressaq lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, u t-tieni rapport annwali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2011.

Għal dawn ir-rapporti għandha tintuża l-formola stabbilita fl-Anness IV.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS I

LISTA TA’ STABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

Nru

Nru veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

1

AB 641

S.C. Biomilk SRL

Lopadea Noua, Jud. Alba, 517395

2

AB 1256

S.C. Binal Mob SRL

Rimetea, Jud. Alba, 517610

3

AB 3386

S.C. Lactate C.H. S.RL

Sanmiclaus, Jud. Alba, 517761

4

AR 563

S.C. Silmar Prod SRL

Santana, Jud. Arad, 317280

5

AG 11

S.C. Agrolact Cosesti

Cosesti, Jud. Arges, 115202

6

BC 2519

S.C. Marlact SRL

Buhoci, Jud. Bacau, 607085

7

BH 4020

S.C. Moisi Serv Com SRL

Borsa, nr. 8, jud. Bihor, 417431

8

BH 5158

S.C. Biolact Bihor SRL

Paleu, Jud. Bihor, 4 17166

9

BN 2120

S.C. Eliezer SRL

Lunca Ilvei, Jud. Bistrita Nasaud, 427125

10

BN 2192

S.C. Simcodrin Com SRL

Budesti-Fanate, Jud. Bistrita-Nasaud, 427021

11

BN 2399

S.C. Carmo- Lact Prod SRL

MOnor., Jud. Bistrita-Nasaud, 427175

12

BN 209

S.C. Calatis Group Prod SRL

Bistrita, Jud. Bistrita-Nasaud, 427006

13

BN 2125

S.C. Sinelli SRL

Milas, Jud. Bistrita- Nasaud, 427165

14

BT 8

S.C. General Suhardo SRL

Paltinis, Jud. Botosani, 717295

15

BT 11

S.C. Portas Com SRL

Vlasinesti, Jud. Botosani, 717465

16

BT 109

S.C. Lacto Mac SRL

Bucecea, Jud. Botosani, 717045

17

BT 115

S.C. Comintex SRL

Darabani, Jud. Botosani, 715100

18

BT 263

S.C. Cosmi SRL

Saveni, Jud. Botosani 715300

19

BT 50

S.C. Pris Com Univers SRL

Flamanzi, Jud. Botosani, 717155

20

BV 8

S.C. Prodlacta SA Homorod

Homorod, Jud. Brasov, 507105

21

BV 2451

S.C. Prodlacta SA Fagaras

Fagaras, Jud. Brasov, 505200

22

BR 36

S.C. Hatman SRL

Vadeni, Jud. Braila, 817200

23

BR 63

S.C. Cas SRL

Braila, Jud. Braila, 810224

24

BZ 0098

S.C. Meridian Agroind

Ramnicu Sarat, Jud. Buzau, 125300

25

BZ 0627

S.C. Ianis Cos Lact SRL

C.A. Rosetti, Jud. Buzau, 127120

26

BZ 2012

S.C. Zguras Lacto SRL

Pogoanele, Jud. Buzau, 25200

27

CL 0044

S.C. Ianis Dim SRL

Lehliu Gară, Jud. Calarasi, 915300

28

CL 0368

S.C. Lacto GMG SRL

Jegalia, Jud. Calarasi, 917145

29

CJ 41

S.C. Kazal SRL

Dej, Jud. Cluj, 405200

30

CJ 7584

S.C. Aquasala SRL

Bobalna, Jud. Cluj, 407085

31

CT 04

S.C. Lacto Baneasa SRL

Baneasa, Jud. Constanta, 907035

32

CT 15

S.C. Nic Costi Trade SRL

Dorobantu, Jud. Constanta, 907211

33

CT 225

S.C. Mih Prod SRL

Cobadin, Jud.Constanta, 907065

34

CT 256

S.C. Ian Prod SRL

Targusor, Jud.Constanta, 907275

35

CT 258

S.C. Binco Lact SRL

Sacele, Jud.Constanta, 907260

36

CT 311

S.C. Alltocs Market SRL

Pietreni, Jud.Constanta, 907112

37

CT 11988

S.C. Lacto Baron SRL

Harsova, Jud. Constanta, 905400

38

CT 12203

S.C. Lacto Genimico SRL

Harsova, Jud. Constanta, 905400

39

CT 30

S.C. Eastern European Foods SRL

Mihail Kogalniceanu, Jud. Constanta, 907195

40

CT 294

S.C. Suflaria Import Export SRL

Cheia, Jud. Constanta, 907277

41

L9

S.C. Covalact SA

Sfantu Gheorghe, Jud. Covasna, 520076

42

CV 2451

S.C. Agro Pan Star SRL

Sfantu Gheorghe, Jud. Covasna, 520020

43

DJ 80

S.C. Duvadi Prod Com SRL

Breasta, Jud. Dolj, 207115

44

DJ 730

S.C. Lactido SA

Craiova, Jud. Dolj, 200378

45

GL 4136

S.C. Galmopan SA

Galati, Jud. Galati, 800506

46

GR 5610

S.C. Lacta SA

Giurgiu, Jud. Giurgiu, 080556

47

GJ 231

S.C. Sekam Prod SRL

Novaci, Jud. Gorj, 215300

48

GJ 2202

S.C. Arte Import Export

Targu. Jiu, Jud. Gorj, 210112

49

HR 383

S.C. Lactate Harghita SA

Cristuru Secuiesc, Jud. Harghita, 535400

50

HR 166

S.C. Lactopan SRL

Mujna, Jud. Harghita, 537076

51

HR 119

S.C. Bomilact SRL

Mădăraș, Jud. Harghita, 537071

52

HR 213

S.C. Paulact SA

Mărtiniș, Harghita, 537175

53

HR 625

S.C. Lactis SRL

Odorheiu Secuiesc, Harghita, 535600

54

HD 1014

S.C. Sorilact SA

Risculita, Jud. Hunedoara, 337012

55

IL 0750

S.C. Balsam Med SRL

Țăndărei, Jud. Ialomita, 925200

56

IL 1167

S.C. Sanalact SRL

Slobozia, Jud. Ialomita, 920002

57

IS 1012

S.C. Agrocom S.A.

Strunga, Jud. Iasi, 707465

58

IS 1540

S.C. Promilch S.R.L.

Podu Iloaiei, Jud. Iasi, 707365

59

MM 793

S.C. Wromsal SRL

Satulung, Jud. Maramures 437270

60

MM 6325

S.C. Ony SRL

Larga, Jud. Maramures, 437317

61

MM 1795

S.C. Calitatea SRL

Tautii Magheraus, Jud. Maramures, 437349

62

MM 4714

S.C. Saturil SRL

Giulesti, Jud. Maramures, 437162

63

MH 1304

S.C. IL SA Mehedinti

Drobeta Turnu Severin, Jud. Mehedinti, 220167

64

MS 297

S.C. Rodos S.R.L

Faragau, Jud. Mures, 547225

65

MS 483

S.C. Heliantus Prod

Reghin, Jud. Mures, 545300

66

MS 532

S.C. Horuvio Service SRL

Lunca Santu, Jud. Mures, 547375

67

MS 2462

S.C. Lucamex Com SRL

Gornesti, Jud. Mures, 547280

68

MS 5554

S.C. Globivetpharm S.R.L

Batos, Jud. Mures, 547085

69

L12

S.C. Camytex Prod SRL

Targu Neamt, Jud. Neamt, 615200

70

NT 900

S.C. Complex Agroalimentar SRL

Bicaz, Jud. Neamt, 615100

71

PH 212

S.C. Vitoro SRL

Ploiesti, Jud. Prahova, 100537

72

SM 4189

S.C. Primalact SRL

Satu Mare, Jud. Satu Mare, 440089

73

SJ 282

S.C. Calion SRL

Jibou, Jud. Salaj, 455200

74

SV 1085

S.C. Bucovina SA Falticeni

Falticeni, Jud. Suceava, 725200

75

SV 1562

S.C. Bucovina SA Suceava

Suceava, Jud. Suceava, 720290

76

SV 1888

S.C. Tocar Prod SRL

Fratautii Vechi, Jud. Suceava, 727255

77

SV 4540

S.C. Kinetas SRL

Boroaia, Jud. Suceava, 727040

78

SV 4909

S.C. Zada Prod SRL

Horodnic de Jos, Jud. Suceava, 727301

79

SV 6159

S.C. Ecolact SRL

Milisauti, Jud. Suceava, 727360

80

TR 78

S.C. Interagro SRL

Zimnicea, Jud. Teleorman, 145400

81

TR 27

S.C. Violact SRL

Putineiu, Jud. Teleorman, 147285

82

TR 81

S.C. Big Family SRL

Videle, Jud. Teleorman, 145300

83

TR 239

S.C. Comalact SRL

Nanov, Jud. Teleorman, 147215

84

TR 241

S.C. Investrom SRL

Sfintesti, Jud. Teleorman, 147340

85

TL 965

S.C. Mineri SRL

Mineri, Jud. Tulcea, 827211

86

VN 231

S.C. Vranlact SA

Focsani, Jud. Vrancea, 620122

87

VN 348

S.C. Stercus Lacto SRL

Ciorasti, Jud. Vrancea, 627082

88

VN 35

S.C. Monaco SRL

Vrâncioaia, Jud. Vrancea, 627445


ANNESS II

LISTA TA’ STABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Nru

Nru veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

1

L35

S.C. Danone PDPA Romania SRL

Bucuresti, 032451

2

L81

S.C. Raraul SA

Campulung Moldovenesc, Jud.Suceava, 725100


ANNESS III

LISTA TA’ STABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Nru

Nru veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

1

L18

S.C. Depcoinf MBD SRL

Targu Trotus, Jud. Bacau, 607630

2

L72

S.C. Lactomuntean SRL

Teaca, Jud. Bistrita Nasaud, 427345

3

L78

S.C. Romfulda Prod SRL

Beclean, Jud. Bistrita Nasaud, 425100

4

L107

S.C. Bendear Cris Prod Com SRL

Sieu Magherus, Jud. Bistrita-Nasaud, 427295

5

L109

S.C. G&B Lumidan SRL

Rodna, Jud. Bistrita-Nasaud, 427245

6

L110

S.C. Lech Lacto SRL

Lechinta, Jud. Bistrita-Nasaud, 427105

7

L3

S.C. Aby Impex SRL

Sendriceni, Jud. Botosani, 717380

8

L4

S.C. Spicul 2 SRL

Dorohoi, Jud. Botosani, 715200

9

L116

S.C. Ram SRL

Ibanesti, Jud. Botosani, 717215

10

L73

S.C. Eurocheese Productie SRL

Bucuresti, 030608

11

L97

S.C. Terra Valahica SRL

Berca, Jud. Buzau, 127035

12

L129

S.C. Bonas Import Export SRL

Dezmir, Jud. Cluj, 407039

13

L84

S.C. Picolact Prodcom SRL

Iclod, Jud. Cluj, 407335

14

L122

S.C. Napolact SA

Cluj-Napoca, Jud. Cluj, 400236

15

L43

S.C. Lactocorv SRL

Ion Corvin, Jud. Constanta, 907150

16

L40

S.C. Betina Impex SRL

Ovidiu, Jud. Constanta, 905900

17

L41

S.C. Elda Mec SRL

Topraisar, Jud. Constanta, 907210

18

L87

S.C. Niculescu Prod SRL

Cumpana, Jud. Constanta, 907105

19

L118

S.C. Assla Kar SRL

Medgidia, Jud. Constanta, 905600

20

L130

S.C. Muntina Prod SRL

Constanta, Jud. Constanta, 900735

21

L58

S.C. Industrializarea Laptelui SA

Targoviste, Jud. Dambovita, 130062

22

L82

S.C. Totallact Group S.A.

Dragodana, Jud. Dambovita, 137200

23

L91

S.C. Cosmilact SRL

Schela, Jud. Galati, 807265

24

L55

S.C. Gordon Prod SRL

Bisericani, Jud. Harghita, 535062

25

L65

S.C. Karpaten Milk

Suseni, Jud. Harghita, 537305

26

L124

S.C. Primulact SRL

Miercurea Ciuc, Jud. Harghita, 530242

27

L15

S.C. Teletext SRL

Slobozia, Jud. Ialomita, 920066

28

L99

S.C. Valizvi Prod Com SRL

Garbovi, Jud. Ialomita, 927120

29

L47

S.C. Oblaza SRL

Bârsana, Jud. Maramures, 437035

30

L85

S.C. Avi-Seb Impex SRL

Copalnic, Manastur, Jud. Maramures, 437103

31

L86

S.C. Zea SRL

Boiu Mare, Jud. Maramures, 437060

32

L16

S.C. Roxar Prod Com SRL

Cernesti, Jud. Maramures, 437085

33

L54

S.C. Rodlacta S.R.L.

Faragau, Jud. Mures, 547225

34

L32

S.C. Hochland Romania SRL

Sighisoara, Jud. Mures, 545400

35

L21

S.C. Industrializarea Laptelui Mures S.A.

Targu Mures, Jud. Mures, 540390

36

L108

S.C. Lactex Reghin SRL

Solovastru, Jud. Mures, 547571

37

L121

S.C. Mirdatod Prod S.R.L

Ibanesti, Jud. Mures, 547325

38

L96

S.C. Prod A.B.C. Company SRL

Grumazesti, Jud. Neamt, 617235

39

L101

S.C. 1 Decembrie SRL

Targu Neamt, Jud. Neamt, 615235

40

L106

S.C. Rapanu SR. COM SRL

Petricani, Jud. Neamt, 617315

41

L6

S.C Lacta Han Prod SRL

Urecheni, Jud. Neamt, 617490

42

L123

S.C. ProCom Pascal SRL

Pastraveni, Jud. Neamt, 617300

43

L63

S.C. Zoe Gab SRL

Fulga, Jud. Prahova, 107260

44

L50

S.C. Ecolact Prod SRL

Paulesti, Jud. Prahova, 107246

45

L100

S.C. Alto Impex SRL

Provita de Jos, Jud. Prahova, 107477

46

L53

S.C. Friesland Romania SA

Carei, Jud. Satu Mare, 445100

47

L93

S.C. Agrostar Company Lyc SRL

Ciuperceni, Jud. Satu Mare, 447067

48

L120

S.C. Unicarm SRL

Vetis, Jud. Satu Mare, 447355

49

L88

S.C. Agromec Crasna S.A.

Crasna, Jud. Salaj, 457085

50

L89

S.C. Ovinex SRL

Sarmasag, Jud. Salaj, 457330

51

L67

S.C. Gefa Impex SRL

Talmaciu, Jud. Sibiu, 555700

52

L71

S.C. Lacto Sibiana S.A.

Sura Mica, Jud. Sibiu, 557270

53

L5

S.C. Niro Serv Com SRL

Gura Humorului, Jud. Suceava, 725300

54

L36

S.C. Prolact Prod Com SRL

Vicovu de Sus, Jud. Suceava, 727610

55

L83

S.C. Balaceana Prod SRL

Balaceana, Jud. Suceava, 727125

56

L128

S.C. Tudia SRL

Gramesti, Jud. Suceava, 727285

57

L68

S.C. Aida SRL

Galanesti, Jud. Suceava, 727280

58

L80

S.C. Industrial Marian S.R.L.

Drănceni, Jud. Vaslui, 737220

59

L 136

S.C. Campaei Prest SRL

Hidiseul de Sus, Jud. Bihor, 417277

60

L135

S.C. Multilact SRL

Baia Mare, Jud. Maramures, 430015

61

L134

S.C. Lactocrist S.R.L.

Cristian, Jud. Sibiu, 557085

62

L137

S.C. Dunarea Prod S.R.L.

Milcovul, Jud. Vrancea, 627205


ANNESS IV

FORMOLA TAR-RAPPORT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

Nru tal-istabbiliment

Isem

Indirizz

Reġjun

Il-progress li sar (deskrizzjoni fil-qosor)

Il-livell ta’ konformità stmat

(%)

Id-data ppjanata għall-konformità

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Reġjun

Total ta’ rziezet tal-ħalib

31.12.2009

L-għadd ta’ rziezet tal-ħalib b’ħalib mhux konformi

31.12.2009

% ta’ rziezet tal-ħalib mhux konformi mit-total

31.12.2009

Total ta’ rziezet tal-ħalib

30.11.2010

Għadd ta’ rziezet tal-ħalib b’ħalib mhux konformi

30.11.2010

% ta’ rziezet tal-ħalib mhux konformi mit-total

30.11.2010

Total ta’ rziezet tal-ħalib

30.9.2011

L-għadd ta’ rziezet tal-ħalib b’ħalib mhux konformi

30.9.2011

% ta’ rziezet tal-ħalib mhux konformi mit-total

30.9.2011

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Taqsira RO

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Reġjun

Total ta’ punti ta’ ġbir tal-ħalib

31.12.2009

L-għadd ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib

31.12.2009

% ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib mit-total

31.12.2009

Total ta’ punti ta’ ġbir tal-ħalib

30.11.2010

L-għadd ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib

30.11.2010

% ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib mit-total

30.11.2010

Total ta’ punti ta’ ġbir tal-ħalib

30.9.2011

% ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib mit-total

30.9.2011

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Taqsira RO

 

 

 

 

 

 

 

 


Top