Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0075

    2009/75/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħatra ta' erba' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

    ĠU L 25, 29.1.2009, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/75(1)/oj

    29.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 25/16


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Diċembru 2008

    dwar il-ħatra ta' erba' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

    (2009/75/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 65(1) u 65(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-lista tal-kandidati mħejjija mill-Kummissjoni fis-16 ta' Settembru 2008,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

     

    Is-Sinjura Mary G. BAKER, imwielda Londra (ir-Renju Unit) fis-27 ta' Ottubru 1936,

     

    is-Sur Mike O'DONOVAN, imwieled Londra (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Settembru 1946,

     

    is-Sinjura Lisette TIDDENS-ENGWIRDA, imwielda Amsterdam (l-Olanda) fil-25 ta' Ġunju 1950

    u

     

    is-Sur Henk VAARKAMP, imwieled Terschuur (l-Olanda) fit-22 ta' Ġunju 1950,

    huma b'dan maħtura membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) għal perijodu ta' tliet snin.

    Artikolu 2

    Id-data li minnha għandu jibda l-perijodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 1 għandha tkun determinata mill-Bord ta' Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA).

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BARNIER


    (1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


    Top