Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0100

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 100/2008 ta’ l- 4 ta’ Frar 2008 li jemenda fir-rigward tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni u ċerti formalitajiet marbuta mal-kummerċ fl-ispeċijiet tal-fawna u l-flora selvaġġi , ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

    ĠU L 31, 5.2.2008, p. 3–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/100/oj

    5.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 31/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 100/2008

    ta’ l-4 ta’ Frar 2008

    li jemenda fir-rigward tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni u ċerti formalitajiet marbuta mal-kummerċ fl-ispeċijiet tal-fawna u l-flora selvaġġi, ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċijiet ta’ flora u fawna selvaġġi billi jiġi regolat il-kummerċ fihom (1), u partikolarment l-Artikolu 19(1)(i) u (iii), (2) u (4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex jiġu implimentati ċerti riżoluzzjonijiet adottati fit-tlettax u l-erbatax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES, għandhom jiżdiedu iktar dispożizzjonijiet għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 ta’ l-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (2).

    (2)

    Ir-Riżoluzzjonijiet CITES Conf. 9.7 dwar it-Transitu u t-Trażbord (Rev. CoP13) u Conf. 12.3 (Rev. CoP13) dwar il-Permessi u ċ-Ċertifikati jipprovdu proċeduri speċjali sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment transkonfinali ta’ kollezzjonijiet ta’ kampjuni koperti bil-carnets ta’ l-ATA kif iddefinit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3). Sabiex operaturi ekonomiċi fi ħdan il-Komunità jiġu pprovduti b'kundizzjonijiet simili għal dawk ta’ Partijiet oħra tas-CITES għall-moviment tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni bħal dan, jinħtieġ li ssir dispożizzjoni għal proċeduri bħal dawn fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

    (3)

    Ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 12.3 (Rev.CoP13) dwar il-Permessi u ċ-Ċertifikati tawtorizza li jinħarġu retrospettivament permessi għall-effetti personali u domestiċi, jekk l-Awtorità tal-Ġestjoni tkun sodisfatta li sar żball ġenwin u li ma kien hemm l-ebda ħsieb ta’ qerq, u tirrikjedi li l-Partijiet jirraportaw fuq dawn il-permessi fir-rapporti li jintbagħtu kull sentejn lis-Segretarjat. Għandha ssir dispożizzjoni għal dan sabiex tippermetti flessibilità adegwata u tnaqqas il-piż burokratiku fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta’ effetti personali u domestiċi.

    (4)

    Ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 13.6 dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VII, pararafu 2 tal-Konvenzjoni dwar il-kampjuni “prekonvenzjoni” tipprovdi definizzjoni ta’ kampjun “prekonvenzjoni” u tiffissa d-dati li jridu jitqiesu biex jiġi stabbilit jekk kampjun jistax jitqies bħala “prekonvenzjoni”. Għal għanijiet ta’ ċarezza, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu implimentati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

    (5)

    Ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 13.7 (Rev. CoP14) dwar il-Kontroll ta’ Kummerċ fl-Effetti Personali u Domestiċi tipprovdi lista ta’ speċijiet li għalihom mhuwa meħtieġ l-ebda dokument għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ kampjuni li huma Effetti Personali u Domestiċi taħt ċertu ammont. Din il-lista tinkludi derogi fir-rigward ta’ arzelli kbar u żwiemel tal-baħar kif ukoll għall-kwantità mnaqqsa tal-kavjar, li għandhom jiġu implimentati.

    (6)

    Ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 12.7 (Rev. CoP14) dwar il-Konservazzjoni u l-Kummerċ ta’ sturjuni u paddlefish tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għal Partijiet biex jippermettu l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u l-esportazzjonijiet mill-ġdid tal-kavjar. Sabiex titnaqqas il-frodi, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu implimentati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

    (7)

    Fl-erbatax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES, ir-referenzi standard għan-nomenklatura, li għandhom jintużaw biex jindikaw l-ismijiet xjentifiċi ta’ speċijiet għall-permessi u ċertifikati, ġew mġedda u l-listi ta’ speċijiet ta’ annimali fl-Appendiċi tas-CITES ġew ikklassifikati mill-ġdid sabiex l-ordnijiet, il-familji u l-ġeneri jiġu preżentati f'ordni alfabetika. Għalhekk dawn it-tibdiliet għandhom jiġu riflessi f'Anness VII u Anness X tar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

    (8)

    Il-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES adottat format ta’ rapportaġġ biennali għall-preżentazzjoni tar-rapporti bijennali meħtieġa skond l-Artikolu VIII, paragrafu 7 (b) tal-Konvenzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-rapporti bijennali tagħhom skond il-format tar-rapport Bijennali, fir-rigward ta’ l-informazzjoni meħtieġa skond il-Konvenzjoni, u skond il-format tar-rapport supplimentari fir-rigward ta’ informazzjoni meħtieġa skond ir-Regolament (KE) Nru 338/97 u r-Regolament (KE) Nru 865/2006.

    (9)

    L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 wriet li d-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament marbuta maċ-ċertifikati għat-tranżazzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu emendati sabiex jipprovdu iktar flessibiltà fl-użu ta’ ċertifikati bħal dawn u biex jitħallew jintużaw fl-Istati Membri għajr l-Istat Membru emittenti.

    (10)

    Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (11)

    Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Fawna u l-Flora Selvaġġi,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 huwa emendat kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-punt (1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “(1)

    ‘id-data ta’ l-akkwist’ tfisser id-data meta jkun ittieħed il-kampjun minn ambjent selvaġġ, twieled fil-kattività jew tnissel artifiċjalment, jew, jekk din id-data ma tkunx definita jew ma tistax tkun ppruvata, kwalunkwe data sussegwenti u ppruvata li fiha il-kampjun kien għall-ewwel darba fil-pussess ta’ xi persuna;”

    (b)

    Il-punt (7) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “(7)

    ‘ċertifikati għal tranżazzjonijiet speċifiċi’ tfisser ċertifikati maħruġa skond l-Artikolu 48 li huma validi biss għal tranżazzjoni speċifikata waħda jew iktar;”

    (ċ)

    Għandhom jiżdiedu l-punti (9) u (10) li ġejjin:

    “(9)

    ‘ġabra tal-kampjuni’ tfisser ġabra ta’ kampjuni mejta, partijiet u derivattivi minnhom, akkwistati b'mod legali, ittrasportati minn pajjiż għall-ieħor għal għanijiet ta’ preżentazzjoni;

    (10)

    ‘kampjun prekonvenzjoni’ tfisser kampjun akkwistat qabel ma l-ispeċi kkonċernata kienet inkluża għall-ewwel darba fl-Appendiċi għall-Konvenzjoni.”

    2.

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Il-formoli li fuqhom jimtlew permessi ta’ importazzjoni, permessi ta’ esportazzjoni, ċertifikati ta’ esportazzjoni mill-ġdid u applikazzjonijiet għal dokumenti bħal dawn għandhom isiru f'konformità mal-mudell fl-Anness I, ħlief fir-rigward ta’ spazji riservati għal użu nazzjonali.”

    3.

    Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Il-formoli jridu jimtlew b'kitba ttajpjata.

    Madankollu, applikazzjonijiet għall-permessi ta’ importazzjoni u esportazzjoni, għal ċertifikati ta’ esportazzjonijiet mill-ġdid u għaċ-ċertifikati previsti fl-Artikoli 5(2)(b), 5(3), 5(4), 8(3) u 9(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, għal ċertifikati ta’ proprjetà personali, għal ċertifikati tal-ġabriet tal-kampjuni u għaċ-ċertifikati għal wirjiet itineranti kif ukoll għal notifiki ta’ importazzjoni, folji u tikketti ta’ kontinwazzjoni jistgħu jimtlew bl-idejn, sakemm dan isir b'mod leġibbli, bil-linka u b'ittri kapitali.”

    4.

    Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

    “Artikolu 5a

    Kontenut speċifiku ta’ permessi, ċertifikati u applikazzjonijiet għal kampjuni tal-pjanti

    Fil-każ ta’ kampjuni ta’ pjanti li ma jibqgħux jikkwalifikaw għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni jew tar-Regolament (KE) Nru 338/97 skond in-‘Noti dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Annessi A, B, Ċ, u D’ fl-Anness għalih, skond liema ġew legalment esportati u importati, il-pajjiż li jrid jiġi indikat fil-kaxxa 15 tal-formoli fl-Anness I u III, kaxxa 4 tal-formoli fl-Anness II u kaxxa 10 tal-formoli fl-Anness V għal dan ir-Regolament jista' jkun il-pajjiż fejn l-kampjuni ma jkunux baqgħu jikkwalifikaw għall-eżenzjoni.

    F'dawk il-każi, il-kaxxa rriżervata għad-dħul ta’ ‘kundizzjonijiet speċjali’ fil-permess jew ċertifikat għandhom jinkludu d-dikjarazzjoni ‘Importati legalment skond l-eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tas-CITES’ u għandhom jispeċifikaw għal xiex tirreferi din l-eżenzjoni.”

    5.

    Fl-Artikolu 7, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

    “4.   Il-permessi u ċ-ċertfikati maħruġa minn pajjiżi terzi bil-kodiċi tas-sors ‘O’ għandhom jiġu aċċettati biss jekk ikopru kampjuni konformi mad-definizzjoni tal-kampjun tal-prekonvenzjoni stabbilit fl-Artikolu 1(10) u jinkludu jew id-data ta’ l-akkwist tal-kampjuni jew dikjarazzjoni li l-kampjuni ġew akkwistati qabel data speċifika.”

    6.

    L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 9

    Kunsinni bil-baħar ta’ kampjuni

    Bla ħsara għall-Artikoli 31, 38 u 44b, għal kull kunsinna ta’ kampjuni mibgħuta bil-baħar flimkien bħala parti minn tagħbija waħda, għandu jinħareġ jew permess ta’ importazzjoni, jew notifika ta’ importazzjoni, jew permess ta’ esportazzjoni jew ċertifikat ta’ esportazzjoni mill-ġdid separatament.”

    7.

    L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    It-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 10

    Il-validità tal-permessi għall-importazzjoni u l-esportazzjoni, ta’ ċertifikati ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid, ta’ ċertifikati tal-wirjiet itineranti, ta’ ċertifikati ta’ proprjetà personali, u ta’ ċertifikati tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni”

    (b)

    Fil-paragrafu 1, għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Fir-rigward ta’ kavjar ta’ l-ispeċi sturjun (Acipenseriformes spp.) li ġej minn stokk ta’ ħut komuni suġġett għal kwoti ta’ esportazzjoni, fejn huwa kopert minn permess ta’ esportazzjoni, il-permessi ta’ importazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx ikunu validi sa aktar tard mill-aħħar jum tas-sena ta’ kwota fejn il-kavjar ikun inġabar u pproċessat jew mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fl-ewwel subparagrafu, skond liema perjodu jiġi l-ewwel.

    Fir-rigward ta’ kavjar ta’ l-ispeċi sturjun (Acipenseriformes spp.) kopert minn ċertifikat ta’ esportazzjoni mill-ġdid, il-permessi ta’ importazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx ikunu validi sa aktar tard mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ 18-il xahar wara d-data tal-ħruġ tal-permess ta’ esportazzjoni oriġinali rilevanti jew mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fl-ewwel subparagrafu, skond liema perjodu jiġi l-ewwel.”

    (ċ)

    Fil-paragrafu 2, għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Fir-rigward ta’ kavjar ta’ l-ispeċi sturjun (Acipenseriformes spp.) minn stokk ta’ ħut komuni suġġett għal kwoti ta’ esportazzjoni, il-permessi ta’ esportazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx ikunu validi sa aktar tard mill-aħħar jum tas-sena ta’ kwota fejn il-kavjar ikun inġabar u pproċessat jew l-aħħar jum tal-perjodu ta’ 6 xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, skond liema perjodu jiġi l-ewwel.

    Fir-rigward ta’ kavjar ta’ l-ispeċi sturjun (Acipenseriformes spp.), iċ-ċertifikati ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid imsemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx ikunu validi sa aktar tard mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ 18-il xahar wara d-data tal-ħruġ tal-permess ta’ esportazzjoni oriġinali rilevanti jew mill-aħħar jum tal-perjodu ta’ 6 xhur imsemmi fl -ewwel subparagrafu, skond liema perjodu jiġi l-ewwel.”

    (d)

    Jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

    “2a.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu u l-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, is-sena ta’ kwota għandha tkun dik miftiemha mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.”

    (e)

    Jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

    “3a.   Il-perjodu ta’ validità għal ċertifikati tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni maħruġa skond l-Artikolu 44a ma għandux jaqbeż is-sitt xhur. Id-data ta’ skadenza ta’ ċertifikat tal-kollezzjoni tal-kampjuni ma għandhiex tkun iktar tard minn dik fuq il-carnet ATA mehmuż miegħu.”

    (f)

    Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Wara li jiskadu, il-permessi u ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 3a għandhom jitqiesu nulli.”

    (ġ)

    Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   Id-detentur għandu mingħajr dewmien żejjed jibgħat lura lill-awtorità ta’ ġestjoni emittenti l-oriġinal u l-kopji kollha ta’ permess ta’ importazzjoni, permess ta’ esportazzjoni jew ċertifikat ta’ esportazzjoni mill-ġdid, ċertifikat ta’ wirjiet itineranti, ċertifikat ta’ proprjetà personali, jew ċertifikat tal-kollezzjoni tal-kampjuni li jkun skada jew li mhux qed jintuża aktar jew li ma għadux validu.”

    8.

    L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2, għandu jiżdied il-punt (e) li ġej:

    “(e)

    meta ma jibqgħux jiġu sodisfatti xi kundizzjonijiet speċjali speċifikati fil-kaxxa 20.”

    (b)

    Fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Meta jinħareġ ċertifikat għal tranżazzjoni speċifika biex jippermetti li jsiru bosta tranżazzjonijiet, dan ikun validu biss fi ħdan it-territorju ta’ l-Istat Membru emittenti. Meta ċertifikati għal tranżazzjoni speċifika jkunu maħsuba biex jintużaw fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru emittenti, dawn iridu jinħarġu għal tranżazzjoni waħda biss u l-validità tagħhom trid tkun limitata għal dik it-tranżazzjoni. Fil-kaxxa 20 għandu jiġi indikat jekk ċertifikat huwiex validu għal tranżazzjoni waħda jew iktar u l-Istat(i) Membru/i li fit-territorju tagħhom huwa validu dan iċ-ċertifikat.”

    (ċ)

    It-tieni subparagrafu tar-4 paragrafu għandu jinbidel bil-paragrafu ġdid 5 li ġej:

    “5.   Dokumenti li ma jibqgħux validi skond dan l-Artikolu għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jinroddu lura lill-awtorità tal-ġestjoni emittenti li, fejn hu xieraq, jinħareġ ċertifikat li jirrifletti l-bdil meħtieġ skond l-Artikolu 51.”

    9.

    L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Fir-rigward ta’ kampjuni importati jew esportati (mill-ġdid) bħala effetti personali jew domestiċi li għalihom huma applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XIV, u fir-rigward ta’ annimali ħajjin miżmuma għal finijiet personali, li jinxtraw legalment u jinżammu għal finijiet mhux kummerċjali, id-deroga provduta f'dan il-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll fejn l-awtorità ta’ ġestjoni kompetenti ta’ Stat Membru, f'konsultazzjoni ma’ l-awtorità ta’ infurzar rilevanti, hija sodisfatta li hemm evidenza li sar żball ġenwin u li ma kien hemm l-ebda ħsieb ta’ qerq u li l-importazzjoni jew l-esportazzjoni (mill-ġdid) tal-kampjuni kkonċernati hija f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 338/97, il-Konvenzjoni u l-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ pajjiż terz.”

    (b)

    Jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

    “3a.   Fil-każ ta’ kampjuni li għalihom jinħareġ permess ta’ importazzjoni skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, attivitajiet kummerċjali, kif definiti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, għandhom jiġu pprojbiti għal 6 xhur mid-data tal-ħruġ tal-permess, kif ukoll, waqt dak il-perjodu, ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni għal kampjuni ta’ l-ispeċijiet ta’ Anness A, kif provdut fl-Artikolu 8(3) ta’ dak ir-Regolament.

    Fil-każ ta’ permessi ta’ l-importazzjoni li jinħarġu skond il-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, għal kampjuni ta’ speċijiet elenkati fl-Anness B għar-Regolament (KE) Nru 338/97, u għal kampjuni ta’ speċijiet elenkati fl-Anness A u msemmija fl-Artikolu 4(5)(b) tiegħu, fil-kaxxa 23 għandha tiddaħħal l-istipulazzjoni ‘b'deroga mill-Artikoli 8(3) jew (5) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, attivitajiet kummerċjali, kif definiti fl-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament (KE) Nru 338/97, għandhom ikunu pprojbiti għal talanqas 6 xhur mid-data tal-ħruġ ta’ dan il-permess’.”

    10.

    Għandu jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:

    “Artikolu 20a

    Rifjut ta’ applikazzjonijiet għal permessi ta’ l-importazzjoni

    L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjonijiet għal permessi ta’ l-importazzjoni għal kavjar u laħam ta’ l-ispeċi ta’ l-isturjun (Acipenseriformes spp.) li ġej minn stokk ta’ ħut komuni sakemm ikunu stabbiliti kwoti ta’ l-esportazzjoni għall-ispeċi f'konformità mal-proċedura approvata mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.”

    11.

    Għandu jiddaħħal l-Artikolu 26a li ġej:

    “Artikolu 26a

    Rifjut ta’ applikazzjonijiet għal permessi ta’ l-esportazzjoni

    L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjonijiet għal permessi ta’ l-esportazzjoni għal kavjar u laħam ta’ l-ispeċi sturjun (Acipenseriformes spp.) li ġej minn stokk ta’ ħut komuni sakemm ikunu stabbiliti kwoti ta’ l-esportazzjoni għall-ispeċi f'konformità mal-proċedura approvata mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.”

    12.

    Fl-Artikolu 31, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “(3)

    bħala ċertifikat skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għall-għan uniku li jitħallew li jiġu eżibiti l-kampjuni fil-pubbliku għal għanijiet kummerċjali.”

    13.

    Fl-Artikolu 36, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Id-dokument ta’ sostituzzjoni għandu jkollu l-istess numru, jekk ikun possibbli, u l-istess data ta’ validità bħad-dokument oriġinali, u fil-kaxxa 20 għandu jinkludi waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

    ‘Dan iċ-ċertifikat huwa kopja vera ta’ l-oriġinali’ jew ‘Dan iċ-ċertifikat jikkanċella u jissostitwixxi l-oriġinali bin-numru xxxx maħruġ fi xx/xx/xxxx’.”

    14.

    Fl-Artikolu 44, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Id-dokument ta’ sostituzzjoni għandu jkollu l-istess numru, jekk ikun possibbli, u l-istess data ta’ validità bħad-dokument oriġinali, u fil-kaxxa 23 għandu jinkludi waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

    ‘Dan iċ-ċertifikat huwa kopja vera ta’ l-oriġinali’ jew ‘Dan iċ-ċertifikat jikkanċella u jissostitwixxi l-oriġinali bin-numru xxxx maħruġ fi xx/xx/xxxx’.”

    15.

    Il-Kapitolu VIIIa li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 44:

    “KAPITOLU VIIIa

    ĊERTIFIKATI TAL-KOLLEZZJONIJIET TAL-KAMPJUNI

    Artikolu 44a

    Ħruġ

    L-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikati tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni sakemm il-kollezzjoni tkun koperta permezz ta’ carnet ATA validu u jinkludi kampjuni, partijiet jew derivattivi ta’ speċijiet elenkati fl-Annessi A, B jew Ċ tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

    Għall-finijiet ta’ l-ewwel paragrafu, il-kampjuni, partijiet jew derivattivi ta’ speċijiet elenkati fl-Anness A għandhom jikkonformaw mal-Kapitolu XIII ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 44b

    Użu

    Sakemm il-kollezzjonijiet ta’ kampjuni kopert minn ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni jkun akkumpanjat b'carnet ATA validu, jista' jintuża ċertifikat, maħruġ skond l-Artikolu 44a, kif ġej:

    (1)

    bħala permess ta’ importazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 338/97;

    (2)

    bħala ċertifikat ta’ permess ta’ esportazzjoni jew esportazzjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 338/97, meta l-pajjiż destinatarju jagħraf u jippermetti l-użu tal-carnets ATA.

    (3)

    bħala ċertifikat skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għall-għan uniku li jitħallew li jiġu eżibiti l-kampjuni fil-pubbliku għal għanijiet kummerċjali.

    Artikolu 44ċ

    Awtorità emittenti

    1.   Meta l-kollezzjoni ta’ kampjuni jkollha l-oriġini fil-Komunità, l-awtorità emittenti taċ-ċertifikat tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni għandha tkun l-awtorità ta’ ġestjoni ta’ l-Istat Membru li fiha toriġina l-kollezzjoni tal-kampjuni.

    2.   Meta l-kollezzjoni ta’ kampjuni toriġina f'pajjiż terz, l-awtorità li toħroġ ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni għandha tkun l-awtorità ta’ ġestjoni ta’ l-Istat Membru ta’ l-ewwel destinazzjoni, u l-ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat għandu jkun ibbażat fuq il-preżentazzjoni ta’ dokument ekwivalenti, maħruġ minn dak il-pajjiż terz.

    Artikolu 44d

    Rekwiżiti

    1.   Kollezzjoni ta’ kampjuni koperta minn ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni għandha tiġi impurtata mill-ġdid fil-Komunità qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat.

    2.   Il-kampjuni koperti biċ-ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni ma għandux jinbigħ jew jiġi trasferit mod ieħor waqt li jkun barra t-territorju ta’ l-Istat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat.

    3.   Ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni mhuwiex trasferibbli. Jekk il-kampjuni koperti b'ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni jintilfu, jinsterqu, jew jinqerdu, l-awtorità ta’ ġestjoni emittenti minnufih għandha tinforma b'dan lill-awtorità ta’ ġestjoni tal-pajjiż fejn dan il-fatt ikun seħħ.

    4.   Iċ-ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni għandu jindika li d-dokument huwa għal ‘oħrajn: Kollezzjoni ta’ Kampjuni’ u fil-kaxxa 23 għandu jinkludi in-numru tal-carnet ATA mehmuż.

    Fil-kaxxa 23 f'Anness xieraq għaċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż dan it-test li ġej:

    ‘Għall-kollezzjoni ta’ kampjuni akkumpanjata bil-carnet ATA Nru: xxx

    Dan iċ-ċertifikat ikopri kollezzjoni ta’ kampjuni u mhuwiex validu sakemm ma jkunx akkumpanjat b'carnet ATA validu. Dan iċ-ċertifikat mhuwiex trasferibbli. Il-kampjuni koperti b'dan iċ-ċertifikat ma għandhomx jinbiegħu jew jiġu trasferiti mod ieħor waqt li jkunu barra t-territorju ta’ l-Istat li jkun ħareġ dan iċ-ċertifikat. Dan iċ-ċertifikat jista' jintuża għall-esportazzjoni (mill-ġdid) mill-[indika l-pajjiż ta’ esportazzjoni (mill-ġdid) via [indika l-pajjiżi fejn għandha ssir iż-żjara] għal għanijiet ta’ preżentazzjoni u importazzjoni lura għal [indika l-pajjiż ta’ l-esportazzjoni (mill-ġdid)].’

    5.   Fil-każ ta’ ċertifikati tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni maħruġa skond l-Artikolu 44ċ(2), ma għandhomx japplikaw il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu. F'każijiet bħal dawn, iċ-ċertifikati għandhom, fil-kaxxa 23, jinkludu d-dikjarazzjoni li ġejja:

    ‘Dan iċ-ċertifikat mhuwiex validu sakemm ma jkunx akkumpanjat minn dokument oriġinali tas-CITES maħruġ minn pajjiż terz skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.’

    Artikolu 44e

    Applikazzjonijiet

    1.   L-applikant għall-ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni għandu, fejn indikat, jimla l-kaxxi 1, 3, 4, u 7 sa 23 tal-formola ta’ l-applikazzjoni u l-kaxxi 1, 3, 4, u 7 sa 22 ta’ l-oriġinali u tal-kopji kollha. Id-daħliet fil-kaxxa 1 u 3 għandhom ikunu identiċi. Il-lista ta’ pajjiżi li trid ssirilhom żjara għandhom jiġu indikati fil-kaxxa 23.

    L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jipprovdu li għandha timtela' formola ta’ applikazzjoni waħda biss.

    2.   Il-formola mimlija kif jixraq trid tintbagħat lill-awtorità ta’ ġestjoni ta’ l-Istat Membru fejn ikunu qegħdin il-kampjuni, jew fil-każ msemmi fl-Artikolu 44c(2), lill-awtorità ta’ ġestjoni ta’ l-Istat Membru li fiha toriġina l-kollezzjoni ta’ kampjuni ta’ l-ewwel destinazzjoni, flimkien ma’ l-informazzjoni meħtieġa u l-evidenza dokumentata li dik l-awtorità tqis li huma meħtieġa sabiex tkun tista' tiddetermina jekk għandux jinħareġ ċertifikat.

    L-ommissjoni ta’ informazzjoni mill-applikazzjoni trid tkun ġustifikata.

    3.   Meta ssir applikazzjoni għal ċertifikat dwar kampjuni li għalihom din l-applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata qabel, l-applikant irid jinforma l-awtorità ta’ ġestjoni b'dan il-fatt.

    Artikolu 44f

    Id-dokumenti li jridu jingħataw mid-detentur lill-uffiċċju doganali

    1.   Fil-każ ta’ ċertifikati tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni maħruġa skond l-Artikolu 44ċ(1), id-detentur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu, għall-għanijiet ta’ verifka jagħti l-oriġinal (formola 1), u kopja ta’ dak iċ-ċertifikat, u fejn huwa xieraq il-kopja għad-detentur (formola 2) u l-kopja biex tingħata lura lill-awtorità ta’ ġestjoni emittenti (formola 3) kif ukoll l-oriġinali tal-carnet ATA validu lil xi uffiċċju doganali indikat skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

    L-uffiċju doganali għandu, wara li jiġi pproċessat il-carnet ATA skond ir-regoli doganali li hemm fir-Regolament (KE) Nru 2454/93, jekk meħtieġ, wara li jiddaħħal in-numru tal-carnet ATA fl-oriġinali u kopja ta’ ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni, jibgħat lura d-dokumenti oriġinali lid-dententur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, japprova kopja taċ-ċertifikat tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni u jagħti dik il-kopja approvata lill-awtorità ta’ ġestjoni rilevanti skond l-Artikolu 45.

    Madankollu, fi żmien l-ewwel esportazzjoni mill-Komunità, l-uffiċċju doganali għandu, wara li jimla l-kaxxa 27, jibgħat lura iċ-ċertifikat oriġinali tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni (formola 1) u l-kopja għad-detentur (formola 2) lid-detentur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, u jibgħat il-kopja biex tintbagħat lura lill-awtorità ta’ ġestjoni emittenti (formola 3) skond l-Artikolu 45.

    2.   Fil-każ ta’ ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni maħruġ skond l-Artikolu 44ċ(2), għandu japplika l-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu, ħlief li d-detentur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jippreżentaw għal finijiet ta’ verifika, iċ-ċertifikat oriġinali maħruġ minn pajjiż terz.

    Artikolu 44ġ

    Sostituzzjoni

    Ċertifikat tal-kollezzjonijiet ta’ kampjuni li jkun intilef, insteraq, jew inqered jista' jiġi sostitwit biss mill-awtorità li tkun ħarġitu.

    Id-dokument ta’ sostituzzjoni għandu jkollu l-istess numru, jekk possibbli, u l-istess data ta’ validità tad-dokument oriġinali, u għandu jinkludi, fil-kaxxa 23, waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

    ‘Dan iċ-ċertifikat huwa kopja vera ta’ l-oriġinali’ jew ‘Dan iċ-ċertifikat jikkanċella u jissostitwixxi l-oriġinali bin-numru xxxx maħruġ fi xx/xx/xxxx’.”

    16.

    F'Artikolu 57, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “5.   B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, id-dħul jew id-dħul mill-ġdid fil-Komunità ta’ l-oġġetti li ġejjin elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 ma għandhomx jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ permess ta’ importazzjoni jew permess ta’ esportazzjoni (mill-ġdid):

    (a)

    kavjar ta’ l-ispeċi ta’ l-isturjun (Acipenseriformes spp) sa massimu ta’ 125 gramma għal kull persuna, f'kontenituri mmarkati individwalment skond l-Artikolu 66(6);

    (b)

    stikek tax-xita (rainsticks) ta’ Cactaceae spp., sa tlieta għal kull persuna;

    (ċ)

    kampjuni mejta tal-Crocodylia spp., ħlief il-laħam u t-trofej tal-kaċċa, sa erba' għal kull persuna;

    (d)

    qxur ta’ arzelli ta’ Strombus gigas, sa tlieta kull persuna;

    (e)

    Hippocampus spp. sa erba' kampjuni mejta għal kull persuna;

    (f)

    qxur ta’ arzelli tat-Tridacnidae spp. sa tliet kampjuni għal kull persuna li b'kollox ma jaqbżux it-tliet kg, meta kampjun jista' jkun qoxra ta’ arzella waħda jew żewġt iqxur jaqblu.”

    17.

    F'Artikolu 58, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “4.   B'deroga mil-paragrafi 2 u 3 l-esportazzjoni jew l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ l-oġġetti elenkati fil-punti (a) u (f) ta’ l-Artikolu 57(5) ma għandhomx jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ permess ta’ esportazzjoni jew dokument ta’ esportazzjoni mill-ġdid.”

    18.

    Fl-Artikolu 66, il-paragrafi 6 u 7 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

    “6.   Il-kampjuni msemmijin fl-Artikolu 64 u 65 għandhom ikunu mmarkati skond il-metodu approvat jew rakkomandat mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni għall-kampjuni kkonċernati, u, b'mod partikolari, il-kontenituri tal-kavjar imsemmija fl-Artikoli 57(5)(a), 64(1)(ġ), 64(2) u 65(3) għandhom jiġu mmarkati individwalment permezz ta’ tikketti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw, imwaħħla ma’ kull kontenitur primarju. Meta t-tikketta li ma tistax terġa' tintuża ma tissiġillax tajjeb il-kontenitur primarju, il-kavjar għandu jiġi ppakkjat b'tali mod li jippermetti li tiġi identifikata viżwalment kwalunkwe apertura tal-kontenitur.

    7.   Dawk l-impjanti ta’ l-ipproċessar u l-impjanti ta’ l-ippakkjar mill-ġdid li għandhom liċenzja mill-awtorità tal-ġestjoni ta’ l-Istat Membru biss huma intitolati biex jipproċessaw u jippakkjaw jew jippakkjaw mill-ġdid il-kavjar għall-esportazzjoni, għall-esportazzjoni mill-ġdid jew għall-kummerċ intra-Komunitarju.

    L-impjanti b'liċenzja ta’ l-ipproċessar u ta’ l-ippakkjar mill-ġdid huma mitluba li jżommu reġistri tal-kwantitajiet ta’ kavjar impurtat, esportat, esportat mill-ġdid, prodott fil-post jew maħżun, kif xieraq. Dawn ir-reġistri għandhom ikun aċċessibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità tal-ġestjoni ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

    Kodiċi ta’ reġistrazzjoni uniku għandu jiġi attribwit lil kull impjant ta’ l-ipproċessar jew ta’ l-ippakkjar mill-awtorità tal-ġestjoni.

    Il-lista ta’ faċilitajiet b'liċenzja skond dan il-paragrafu, kif ukoll kwalunkwe tibdila oħra, għandhom jiġu notifikati lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni u lill-Kummissjoni.

    Għall-finijiet ta’ dan il-paragarfu, l-impjanti ta’ l-ipproċessar għandhom jinkludu l-istabbilimenti ta’ akkwakoltura li jipproduċu l-kavjar.”

    19.

    L-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 5 il-punt (d) għandu jiżdied dan li ġej:

    “(f)

    każijiet fejn inħarġu permessi ta’ esportazzjoni u ċertifikati ta’ importazzjoni mill-ġdid retrospettivament skond l-Artikolu 15 tar-Regolament.”

    (b)

    Jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

    “6.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha tiġi ppreżentata f'forma kompjuterizzata u skond il-‘Format għar-Rapport Bijennali’ maħruġ mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni u kif emendat mill-Kummissjoni, qabel il-15 ta’ Ġunju ta’ kull tieni sena u għandha tikkorrispondi għall-perjodu ta’ sentejn li jintemm fil-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti.”

    20.

    Fl-Artikolu 71, it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 71

    Ir-rifjut ta’ applikazzjonijiet għall-permessi ta’ importazzjoni b'segwitu għat-twaqqif ta’ restrizzjonijiet.”

    21.

    L-Anness VIII huwa mibdul bit-test ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament.

    22.

    L-Anness X huwa mibdul bit-test ta’ l-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1332/2005 (ĠU L 215, 19.8.2005, p. 1).

    (2)  ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.

    (3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


    ANNESS I

    “ANNESS VIII

    Referenzi standard għan-nomenklatura skond l-Artikolu(4) biex jindikaw ismijiet xjentifiċi ta’ speċijiet fil-permessi u ċertifikati

    FAWNA

    (a)   Mammalia

    Wilson, D. E. & Reeder, D. M. (ed.) 2005. Mammal Species of the World. A Taxonomic and Geographic Reference. Third edition, Vol. 1-2, xxxv + 2142 pp. John Hopkins University Press, Baltimore. [għall-mammiferi kollha - bl-eċċezzjoni tar-rikonoxximent ta’ l-ismijiet li ġejjin għal tipi ta’ speċi selvaġġi (preferuti minflok l-ismijiet għat-tipi domestiċi): Bos gaurus, Bos mutus, Bubalus arnee, Equus africanus, Equus przewalskii, Ovis orientalis ophion u bl-eċċezzjoni ta’ l-ispeċijiet imsemmija hawn taħt]

    Wilson, D. E. & Reeder, D. M. 1993. Mammal Species of the World: a Taxonomic and Geographic Reference. Second edition. xviii + 1207 pp., Smithsonian Institution Press, Washington. [għal-Loxodonta africana u Ovis vignei]

    (b)   Aves

    Morony, J. J., Bock, W. J. and Farrand, J., Jr. 1975. A Reference List of the Birds of the World. American Museum of Natural History. [għall-ordni - u l-ismijiet ta’ għasafar skond il-familja]

    Dickinson, E.C. (ed.) 2003. The Howard and Moore Complete Checklist of the Birds of the World. Revised and enlarged 3rd Edition. 1039 pp. Christopher Helm, London.

    Dickinson, E.C. 2005. Corrigenda 4 (2.6.2005) to Howard & Moore Edition 3 (2003) http://www.naturalis.nl/sites/naturalis.en/contents/i000764/corrigenda%204_final.pdf (CITES website) [għall-ispeċijiet kollha ta’ l-għasafar – minbarra l-gruppi tassonomiċi msemmija hawn taħt]

    Collar, N. J. 1997. Family Psittacidae (Parrots). in del Hoyo, J., Elliot, A. and Sargatal, J. eds. Handbook of the Birds of the World. 4. Sandgrouse to Cuckoos: 280-477: Lynx Edicions, Barcelona. [għall-Psittacus intermedia u Trichoglossus haematodus]

    (c)   Reptilia

    Andreone, F., Mattioli, F., Jesu, R. and Randrianirina, J. E. 2001. Two new chameleons of the genus Calumma from north-east Madagascar, with observations on hemipenial morphology in the Calumma furcifer group (Reptilia, Squamata, Chamaeleonidae). Herpetological Journal 11: 53-68. [għall-Calumma vatosoa & Calumma vencesi]

    Avila Pires, T. C. S. 1995. Lizards of Brazilian Amazonia. Zool. Verh. 299: 706 pp. [għat-Tupinambis]

    Böhme, W. 1997. Eine neue Chamäleon art aus der Calumma gastrotaenia — Verwandtschaft Ost-Madagaskars. Herpetofauna (Weinstadt) 19 (107): 5-10. [għall-Calumma glawi]

    Böhme, W. 2003. Checklist of the living monitor lizards of the world (family Varanidae). Zoologische Verhandelingen. Leiden 341: 1-43. [għall-Varanidae]

    Broadley, D. G. 2006. CITES Standard reference for the species of Cordylus (Cordylidae, Reptilia) prepared at the request of the CITES Nomenclature Committee (CITES website Document NC2006 Doc. 8). [għall-Cordylus]

    BURTON, F.J. 2004. Revision to Species Cyclura nubila lewisi, the Grand Cayman Blue Iguana. Caribbean Journal of Science, 40(2): 198-203. [għall-Cyclura lewisi]

    Cei, J. M. 1993. Reptiles del noroeste, nordeste y este de la Argentina — herpetofauna de las selvas subtropicales, puna y pampa. Monografie XIV, Museo Regionale di Scienze Naturali. [għat-Tupinambis]

    Colli, G. R., Péres, A. K. and da Cunha, H. J. 1998. A new species of Tupinambis (Squamata: Teiidae) from central Brazil, with an analysis of morphological and genetic variation in the genus. Herpetologica 54: 477-492. [għat-Tupinambis cerradensis]

    Dirksen, L. 2002. Anakondas. NTV Wissenschaft. [għall-Eunectes beniensis]

    Fritz, U. & Havaš, P. 2006. CITES Checklist of Chelonians of the World. (CITES website) [għat-Testudines għall-ismijiet ta' l-ispeċi u tal-familja – bl-eċċezzjoni taż-żamma ta’ dawn l-ismijiet: Mauremys iversoni, Mauremys pritchardi, Ocadia glyphistoma, Ocadia philippeni, Sacalia pseudocellata]

    Hallmann, G., Krüger, J. and Trautmann, G. 1997. Faszinierende Taggeckos — Die Gattung Phelsuma: 1-229 — Natur & Tier-Verlag. ISBN 3-931587-10-X. [għall-ġenus Phelsuma]

    Harvey, M. B., Barker, D. B., Ammerman, L. K. and Chippindale, P. T. 2000. Systematics of pythons of the Morelia amethistina complex (Serpentes: Boidae) with the description of three new species. Herpetological Monographs 14: 139-185. [għall-Morelia clastolepis, Morelia nauta & Morelia tracyae, u l-elevazzjoni għal-livell ta’ l-ispeċi Morelia kinghorni]

    Hedges, B. S., Estrada, A. R. and Diaz, L. M. 1999. New snake (Tropidophis) from western Cuba. Copeia 1999(2): 376- 381. [għat-Tropidophis celiae]

    Hedges, B. S. and Garrido, O. 1999. A new snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from central Cuba. Journal of Herpetology 33: 436-441. [għat-Tropidophis spiritus]

    Hedges, B. S., Garrido, O. and Diaz, L. M. 2001. A new banded snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from north-central Cuba. Journal of Herpetology 35: 615-617. [għat-Tropidophis morenoi]

    Hedges, B. S. and Garrido, O. 2002. Journal of Herpetology 36: 157-161. [għat-Tropidophis hendersoni]

    Hollingsworth, B.D. 2004. The Evolution of Iguanas: An Overview of Relationships and a Checklist of Species. pp. 19-44. In: Alberts, A.C, Carter, R.L., Hayes, W.K. & Martins, E.P. (Eds), Iguanas: Biology and Conservation. Berkeley (University of California Press). [għall-Iguanidae]

    Jacobs, H. J. 2003. A further new emerald tree monitor lizard of the Varanus prasinus species group from Waigeo, West Irian (Squamata: Sauria: Varanidae). Salamandra 39(2): 65-74. [għall-Varanus boehmei]

    Jesu, R., Mattioli, F. and Schimenti, G. 1999. On the discovery of a new large chameleon inhabiting the limestone outcrops of western Madagascar: Furcifer nicosiai sp. nov. (Reptilia, Chamaeleonidae). Doriana 7(311): 1-14. [għall-Furcifer nicosiai]

    Keogh, J.S., Barker, D.G. & Shine, R. 2001. Heavily exploited but poorly known: systematics and biogeography of commercially harvested pythons (Python curtus group) in Southeast Asia. Biological Journal of the Linnean Society, 73: 113-129. [għall-Python breitensteini & Python brongersmai]

    Klaver, C. J. J. and Böhme, W. 1997. Chamaeleonidae. Das Tierreich 112: 85 pp. [għall-Bradypodion, Brookesia, Calumma, Chamaeleo & Furcifer — ħlief għar-rikonoxximent ta’ Calumma andringitaensis, C. guillaumeti, C. hilleniusi & C. marojezensis bħala speċijiet validi]

    Manzani, P. R. and Abe, A. S. 1997. A new species of Tupinambis Daudin, 1802 (Squamata, Teiidae) from central Brazil. Boletim do Museu Nacional Nov. Ser. Zool. 382: 1-10. [għat-Tupinambis quadrilineatus]

    Manzani, P. R. and Abe, A. S. 2002. Arquivos do Museu Nacional, Rio de Janeiro 60(4): 295-302. [għat-Tupinambis palustris]

    Massary, J.-C. de and Hoogmoed, M. 2001. The valid name for Crocodilurus lacertinus auctorum (nec Daudin, 1802) (Squamata: Teiidae). Journal of Herpetology 35: 353-357. [għall-Crocodilurus amazonicus]

    McDiarmid, R. W., Campbell, J. A. and Touré, T. A. 1999. Snake Species of the World. A Taxonomic and Geographic Reference. Volume 1. The Herpetologists’ League, Washington, DC. [għal-Loxocemidae, Pythonidae, Boidae, Bolyeriidae, Tropidophiidae & Viperidae — ħlief għaż-żamma tal-ġeneri Acrantophis, Sanzinia, Calabaria & Lichanura u r-rikonoxximent ta’ Epicrates maurus bħala speċi valida]

    Nussbaum, R. A., Raxworthy, C. J., Raselimanana, A. P. and Ramanamanjato, J. B. 2000. New species of day gecko, Phelsuma Gray (Reptilia: Squamata: Gekkonidae), from the Reserve Naturelle Integrale d'Andohahela, south Madagascar. Copeia 2000: 763-770. [għall-Phelsuma malamakibo]

    Pough, F. H., Andrews, R. M., Cadle, J. E., Crump, M. L., Savitzky, A. H. and Wells, K. D. 1998. Herpetology. [għad-delimitazzjoni tal-familji f’Sauria]

    Rösler, H., Obst, F. J. and Seipp, R. 2001. Eine neue Taggecko-Art von Westmadagaskar: Phelsuma hielscheri sp. n. (Reptilia: Sauria: Gekkonidae). Zool. Abhandl. Staatl. Mus. Tierk. Dresden 51: 51-60. [għall-Phelsuma hielscheri]

    Slowinski, J. B. and Wüster, W. 2000. A new cobra (Elapidae: Naja) from Myanmar (Burma). Herpetologica 56: 257-270. [għall-Naja mandalayensis]

    Tilbury, C. 1998. Two new chameleons (Sauria: Chamaeleonidae) from isolated Afromontane forests in Sudan and Ethiopia. Bonner Zoologische Beiträge 47: 293-299. [għall-Chamaeleo balebicornutus & Chamaeleo conirostratus]

    Wermuth, H. and Mertens, R. 1996 (reprint). Schildkröten, Krokodile, Brückenechsen. xvii + 506 pp. Jena (Gustav Fischer Verlag). [għall-ismijiet ta’ l-ordni Testudines, Crocodylia & Rhynchocephalia]

    Wilms, T. 2001. Dornschwanzagamen: Lebensweise, Pflege, Zucht: 1-142 — Herpeton Verlag, ISBN 3-9806214-7-2. [għall-ġenus Uromastyx]

    Wüster, W. 1996. Taxonomic change and toxinology: systematic revisions of the Asiatic cobras Naja naja species complex. Toxicon 34: 339-406. [għan-Naja atra, Naja kaouthia, Naja oxiana, Naja philippinensis, Naja sagittifera, Naja samarensis, Naja siamensis, Naja sputatrix & Naja sumatrana]

    (d)   Amphibia

    Brown, J.L., Schulte, R. & Summers, K. 2006. A new species of Dendrobates (Anura: Dendrobatidae) from the Amazonian lowlands of Peru. Zootaxa, 1152: 45-58. [għad-Dendrobates uakarii]

    Taxonomic Checklist of CITES listed Amphibians, information extracted from Frost, D.R. (ed.) 2004. Amphibian Species of the World: a taxonomic and geographic reference, an online reference (http://research.amnh.org/herpetology/amphibia/index.html) Version 3.0 as of 7 April 2006 (CITES website) [għall-Amphibia]

    (e)   Elasmobranchii, Actinopterygii & Sarcopterygii

    Eschmeier, W. N. 1998. Catalog of Fishes. 3 vols. California Academy of Sciences. [għall-ħut kollu]

    Horne, M. L., 2001. A new seahorse species (Syngnathidae: Hippocampus) from the Great Barrier Reef — Records of the Australian Museum 53: 243-246. [għall-Hippocampus]

    Kuiter, R. H., 2001. Revision of the Australian seahorses of the genus Hippocampus (Syngnathiformes: Syngnathidae) with a description of nine new species — Records of the Australian Museum 53: 293-340. [għall-Hippocampus]

    Kuiter, R. H., 2003. A new pygmy seahorse (Pisces: Syngnathidae: Hippocampus) from Lord Howe Island — Records of he Australian Museum 55: 113-116. [għall-Hippocampus]

    Lourie, S. A., and J. E. Randall, 2003. A new pygmy seahorse,Hippocampusdenise (Teleostei: Syngnathidae), from the Indo-Pacific — Zoological Studies 42: 284-291. [għall-Hippocampus]

    Lourie, S. A., A. C. J. Vincent and H. J. Hall, 1999. Seahorses. An identification guide to the world’s species and their conservation. Project Seahorse, ISBN 0 9534693 0 1 (Second edition available on CD-ROM). [għall-Hippocampus]

    (f)   Arachnida

    Lourenço, W. R. and Cloudsley-Thompson, J. C. 1996. Recognition and distribution of the scorpions of the genus Pandinus Thorell, 1876 accorded protection by the Washington Convention. Biogeographica 72(3): 133-143. [għall-iskorpjuni tal-ġenus Pandinus]

    Taxonomic Checklist of CITES listed Spider Species, information extracted from Platnick, N. (2006), The World Spider Catalog, an online reference (http://research.amnh.org/entomology/spiders/catalog/Theraphosidae.html), Version 6.5 as of April 7 2006 (CITES website) [għat-Theraphosidae]

    (g)   Insecta

    Matsuka, H. 2001. Natural History of Birdwing Butterflies: 1-367. Matsuka Shuppan, Tokyo. ISBN 4-9900697-0-6. [għall-friefet birdwing tal-ġeneri Ornithoptera, Trogonoptera u Troides]

    FLORA

    The Plant-Book, second edition, [D. J. Mabberley, 1997, Cambridge University Press (reprinted with corrections 1998) [għall-ismijiet ġeneriċi tal-pjanti kollha mniżżla fl-Annessi tar-Regolament (EC) Nru 338/97, ħlief jekk ikunu ssuperati minn listi ta’ kontroll standard adottati mill-Konferenza tal-Partijiet].

    A Dictionary of Flowering Plants and Ferns, 8th edition, (J. C. Willis, revised by H. K. Airy Shaw, 1973, Cambridge University Press) [għas-sinonimi ġeneriċi mhux imsemmija f'The Plant Book, ħlief jekk huma ssuperati mil-listi ta' kontroll standard adottati mill-Konferenza tal-Partijiet li hemm referenza għalihom fil-bqija tal-paragrafi hawn taħt].

    A World List of Cycads (D. W. Stevenson, R. Osborne and K. D. Hill, 1995; In: P. Vorster (Ed.), Proceedings of the Third International Conference on Cycad Biology, pp. 55-64, Cycad Society of South Africa, Stellenbosch) and its updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to names of species of Cycadaceae, Stangeriaceae & Zamiaceae.

    CITES Bulb Checklist (A. P. Davis et al., 1999, compiled by the Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) and its updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Cyclamen (Primulaceae) & Galanthus & Sternbergia (Liliaceae).

    CITES Cactaceae Checklist, second edition, (1999, compiled by D. Hunt, Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) and its updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to names of species of Cactaceae.

    CITES Carnivorous Plant Checklist, second edition, (B. von Arx et al., 2001, Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) and its updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to names of species of Dionaea, Nepenthes & Sarracenia.

    CITES Aloe and Pachypodium Checklist (U. Eggli et al., 2001, compiled by Städtische Sukkulenten-Sammlung, Zurich, Switzerland, in collaboration with Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) and its update Lüthy, J.M. 2007. An update and Supplement to the CITES Aloe & Pachypodium Checklist. CITES Management Authority of Switzerland, Bern, Switzerland. (CITES website), accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Aloe & Pachypodium.

    World Checklist and Bibliography of Conifers (A. Farjon, 2001) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Taxus.

    CITES Orchid Checklist, (compiled by the Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Cattleya, Cypripedium, Laelia, Paphiopedilum, Phalaenopsis, Phragmipedium, Pleione and Sophronitis (Volume 1, 1995); Cymbidium, Dendrobium, Disa, Dracula & Encyclia (Volume 2, 1997); & Aerangis, Angraecum, Ascocentrum, Bletilla, Brassavola, Calanthe, Catasetum, Miltonia, Miltonioides & Miltoniopsis, Renanthera, Renantherella, Rhynchostylis, Rossioglossum, Vanda & Vandopsis (Volume 3, 2001); & Aerides, Coelogyne, Comparettia & Masdevallia (Volume 4, 2006).

    The CITES Checklist of Succulent Euphorbia Taxa (Euphorbiaceae), Second edition (S. Carter and U. Eggli, 2003, published by the Federal Agency for Nature Conservation, Bonn, Germany) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of succulent euphorbias.

    Dicksonia species of the Americas (2003, compiled by Bonn Botanic Garden and the Federal Agency for Nature Conservation, Bonn, Germany) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Dicksonia.

    Plants of Southern Africa: an annotated checklist. Germishuizen, G. & Meyer N.L. (eds.) (2003). Strelitzia 14: 561. National Botanical Institute, Pretoria, South Africa and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Hoodia.

    Lista de especies, nomenclatura y distribución en el genero Guaiacum. Davila Aranda & Schippmann, U. (2006): - Medicinal Plant Conservation 12: #-#." (CITES Website) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Guaiacum.

    CITES checklist for Bulbophyllum and allied taxa (Orchidaceae). Sieder, A., Rainer, H., Kiehn, M. (2007): Address of the authors: Department of Biogeography and Botanical Garden of the University of Vienna; Rennweg 14, A-1030 Vienna (Austria). (CITES Website) and the updates accepted by the Nomenclature Committee, as a guideline when making reference to the names of species of Bulbophyllum.

    The Checklist of CITES species (2005, 2007 and its updates) published by UNEP -WCMC may be used as an informal overview of the scientific names that were adopted by the Conference of the Parties for the animal species that are listed in the Annexes of Regulation (EC) No. 338/97, and as an informal summary of information contained in the standard references that were adopted for CITES nomenclature.”


    ANNESS II

    “ANNESS X

    SPEĊIJIET TA’ ANNIMALI REFERUTI FL-ARTIKOLU 62(1)

    Aves

    ANSERIFORMES

    Anatidae

    Anas laysanensis

    Anas querquedula

    Aythya nyroca

    Branta ruficollis

    Branta sandvicensis

    Oxyura leucocephala

    COLUMBIFORMES

    Columbidae

    Columba livia

    GALLIFORMES

    Phasianidae

    Catreus wallichii

    Colinus virginianus ridgwayi

    Crossoptilon crossoptilon

    Crossoptilon mantchuricum

    Lophophurus impejanus

    Lophura edwardsi

    Lophura swinhoii

    Polyplectron napoleonis

    Syrmaticus ellioti

    Syrmaticus humiae

    Syrmaticus mikado

    PASSERIFORMES

    Fringillidae

    Carduelis cucullata

    PSITTACIFORMES

    Psittacidae

    Cyanoramphus novaezelandiae

    Psephotus dissimilis”


    Top