This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0220
2007/220/EC: Commission Decision of 4 April 2007 amending Decision 2003/250/EC as regards the extension of the duration of temporary derogations from certain provisions of Council Directive 2000/29/EC in respect of plants of strawberry ( Fragaria L.), intended for planting, other than seeds, originating in the Republic of South Africa (notified under document number C(2007) 1454)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/250/KE rigward l-estensjoni tat-tul taż-żmien ta' derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward xtieli tal-frawli ( Fragaria L.), maħsuba għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw mir-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1454)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/250/KE rigward l-estensjoni tat-tul taż-żmien ta' derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward xtieli tal-frawli ( Fragaria L.), maħsuba għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw mir-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1454)
ĠU L 95, 5.4.2007, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 464–464
(MT)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32003D0250 | Tlestija | artikolu 1.2 | 20070404 |
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
464 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-4 ta' April 2007
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/250/KE rigward l-estensjoni tat-tul taż-żmien ta' derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw mir-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel
(notifikat bid-dokument numru C(2007) 1454)
(2007/220/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul u t-tixrid fil-Komunità ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 2000/29/KE, ix-xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għal tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw f'pajjiżi mhux Ewropej, minbarra pajjiżi tal-Mediterran, l-Awstralja, New Zealand, il-Kanada u l-istati kontinentali ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, ma jistgħux fil-prinċipju jiddaħħlu fil-Komunità. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, iżda jrid ikun stabbilit li m'hemmx riskju ta' tifrix ta' organiżmi perikolużi. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/250/KE (2) li tawtorizza l-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għal tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li ġejjin mir-Repubblika ta' l-Afrika ta'Isfel. |
|
(3) |
Iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw din id-deroga għadhom validi u m'hemmx informazzjoni ġdida li turi l-ħtiega ta' reviżjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi. |
|
(4) |
Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati għal perjodu limitat ta' żmien li jippermettu d-dħul fit-territorju tagħhom ta' dawn il-pjanti taħt ċerti kondizzjonijiet speċifiċi. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/250/KE hija emendata kif ġej:
Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, jiżdiedu l-punti (e) sa (h) li ġejjin:
|
“(e) |
l-1 ta' Ġunju 2007 sat-30 ta' Settembru 2007; |
|
(f) |
l-1 ta' Ġunju 2008 sat-30 ta' Settembru 2008; |
|
(g) |
l-1 ta' Ġunju 2009 sat-30 ta' Settembru 2009; |
|
(h) |
l-1 ta' Ġunju 2010 sat-30 ta' Settembru 2010.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 4 ta' April 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).