This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1291
Commission Regulation (EC) No 1291/2006 of 30 August 2006 amending Regulation (EC) No 795/2004 laying down detailed rules for the implementation of the single payment scheme provided for in Council Regulation (EC) No 1782/2003
1291/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2006 tat- 30 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003
1291/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2006 tat- 30 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003
ĠU L 236, 31.8.2006, p. 20–21
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 117–118
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004R0795 | Emenda | artikolu 6.3 | 01/01/2005 | |
Modifies | 32004R0795 | abolizzjoni | artikolu 3.4 | 31/08/2006 | |
Modifies | 32004R0795 | Tlestija | artikolu 23 BIS | 31/08/2006 | |
Modifies | 32004R0795 | Sostituzzjoni | artikolu 3.3 | 31/08/2006 | |
Modifies | 32004R0795 | Sostituzzjoni | artikolu 50 | 31/08/2006 | |
Modifies | 32004R0795 | Żieda | artikolu 24.3 | 01/01/2006 |
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
117 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1291/2006
tat-30 ta' Awwissu 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skont il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145(c) u (d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 tal-21 ta’ April 2004 (2) jintroduċi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-iskema ta’ ħlas waħdieni mill-2005. |
(2) |
L-esperjenza tal-implimentazzjoni amministrattiva u operattiva ta’ din l-iskema f’livell nazzjonali wriet li f’ċerti aspetti jinħtieġu iktar regoli dettaljati u f’aspetti oħra r-regoli eżistenti jeħtieġ li jiġu ċċarati u adattati. |
(3) |
Sabiex ikun iffaċilitat it-trasferiment ta’ drittijiet għall-ħlas lill-bdiewa, għandhom jiġu stipulati l-ħolqien ta’ frazzjonijiet tad-drittijiet mingħajr art u t-trasferiment tagħhom. |
(4) |
F’każ li d-drittijiet għall-ħlas li l-valur tal-unità tagħhom żdied b’aktar minn 20 % permezz ta’ ammonti ta’ referenza mir-riżerva nazzjonali ma ntużawx skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(8) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, iż-żieda tal-valur biss għandha tingħata lura minnufih lir-riżerva nazzjonali. |
(5) |
Id-drittijiet allokati mir-riżerva nazzjonali f’każ ta’ atti amministrattivi jew sentenzi tal-qorti biex jiġu kkumpensati l-bdiewa ma għandhomx ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 42(8) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |
(6) |
Sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni ta’ drittijiet għall-ħlas il-bdiewa jistgħu jċedu b’mod volontarju d-drittijiet għall-ħlas lir-riżerva nazzjonali. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Minħabba l-fatt li l-każijiet indirizzati mill-Artikoli 1(2) u 1(4) setgħu seħħew sa mill-1 ta’ Jannar 2005 u mill-1 ta’ Jannar 2006 rispettivament, huwa xieraq li jiġi stipulat li dawn l-Artikoli japplikaw retroattivament minn dawn id-dati. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolamenti huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 6(3), it-tielet subparagrafu qed jinbidel b’dan li ġej: “L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(8) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu japplika għal drittijiet għall-ħlas li l-valur tal-unità tagħhom żdied b’aktar minn 20 % skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(8) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika biss sal-limitu tal-valur miżjud għal drittijiet għall-ħlas li l-valur tal-unità tagħhom żdied b’aktar minn 20 % skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.”; |
(3) |
Fl-Artikolu 23 a qed tiżdied is-sentenza li ġejja: “L-Artikolu 42(8) ta’ dan ir-Regolament ma għandux japplika għal drittijiet għall-ħlas allokati skont dan l-Artikolu.”; |
(4) |
Fl-Artikolu 24, qed jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Il-bidwi jista’ jċedi b’mod volontarju d-drittijiet għall-ħlas lir-riżerva nazzjonali bl-eċċezzjoni ta’ drittijiet għall-ħlas għat-twarrib tal-art.”; |
(5) |
L-Artikolu 50 qed jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 50 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw, permezz ta’ mezzi elettroniċi, lill-Kummissjoni kull sena:
2. Fil-każ ta’ implimentazzjoni reġjonali tal-iskema ta’ ħlas waħdieni kif stipulata fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-parti korrispondenti tal-limitu massimu stabbilit skont il-Paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu sal-15 ta’ Settembru tal-ewwel sena ta’ implimentazzjoni. Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 (a) għandu jkun ibbażat fuq id-drittijiet għall-ħlas provviżorji. L-istess tagħrif imsejjes fuq id-drittijiet għall-ħlas definittivi għandu jiġi kkomunikat sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. 3. F’każ ta’ applikazzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw, sal-1 ta' Settembru, l-għadd totali ta’ applikazzjonijiet għas-sena kurrenti flimkien mal-ammont totali korrispondenti għal kull wieħed mis-setturi kkonċernati miż-żamma skont dan l-Artikolu. Sal-1 ta’ Settembru, id-dejta definittiva dwar l-għadd totali ta’ applikazzjonijiet skont l-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament li ġew aċċettati għas-sena ta’ qabel u l-ammont totali korrispondenti tal-ħlasijiet li ngħataw għal kull wieħed mis-setturi kkonċernati miż-żamma skont dan l-Artikolu.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika sa mid-data ta’ dħul fis-seħħ, għajr l-Artikolu 1(2) li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005 u l-Artikolu 1(4) li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 953/2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 1).
(2) ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 658/2006 (ĠU L 116, 29.4.2006, p. 14).