This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D1007
Council Decision 2006/1007/JHA of 21 December 2006 amending Decision 2001/886/JHA on the development of the second generation Schengen Information System (SIS II)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1007/ĠAI tal-21 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/886/ĠAI dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1007/ĠAI tal-21 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/886/ĠAI dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)
ĠU L 411, 30.12.2006, p. 78–81
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 666–667
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008: This act has been changed. Current consolidated version: 30/12/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32001D0886 | 31/12/2008 | |||
Modifies | 32001D0886 | Emenda | artikolu 7 | 31/12/2006 | |
Modifies | 32001D0886 | Żieda | artikolu 4A | 31/12/2006 | |
Modifies | 32001D0886 | Emenda | artikolu 2 | 31/12/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32006D1007R(01) | (CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, NL, PL, PT, SK, SL, SV) | |||
Corrected by | 32006D1007R(02) | (MT) |
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
666 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/1007/ĠAI
tal-21 ta’ Diċembru 2006
li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/886/ĠAI dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1)(a) u (b), l-Artikolu 31(1)(a) u (b) u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/886/ĠAI (2) jikkostitwixxu l-bażi leġislattiva meħtieġa li tippermetti l-inklużjoni fil-baġit ta' l-Unjoni Ewropea l-approprjazzjonijiet finanzjarji meħtieġa għall-iżvilupp tas-SIS II u għall-eżekuzzjoni ta' dik il-parti tal-baġit. Kemm id-Deċiżjoni Nru 2001/886/ĠAI kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 2424/2001 jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2006. |
(2) |
L-iżvilupp tas-SIS II ser jieħu aktar fit-tul milli maħsub inizjalment u dan jeħtieġ id-disponibbiltà ta' approprjazzjonijiet finanzjarji wara l-31 ta' Diċembru 2006. |
(3) |
Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi estiż il-perjodu ta' validità tad-Deċiżjoni Nru 2001/886/ĠAI sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timplimenta dak il-baġit wara l-2006 sabiex tlesti l-proġett ta' żvilupp tas-SIS II inkluż l-istabbiliment ta' l-istruttura tal-komunikazzjoni. |
(4) |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 jiddikjaraw li għall-fażi ta' żvilupp tas-SIS II l-unità ċentrali tas-SIS II għandha tkun Franza u l-unità ċentrali ta' riserva għandha tkun fl-Awstrija suġġett għal ċerti arranġamenti li jkunu meħtieġa qabel ma s-sit isir operattiv. Il-ġestjoni operattiva u r-responsabbiltà għall-koperazzjoni mal-Kummissjoni għal dan is-sit għandhom ikunu r-responsabbiltà ta' Franza u ta' l-Awstrija rispettivament. |
(5) |
Huwa meħtieġ ukoll li jiġi mogħti lill-Kummissjoni l-kompitu tal-preparazzjoni ta' l-integrazzjoni teknika fis-SIS II, b'mod partikolari ta' l-Istati Membri li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea fl-2004. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2001/886/ĠAI għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni fil-futur ta' l-istrumenti leġislattivi għall-istabbiliment, funzjonament u użu tas-SIS II. |
(8) |
Manque traduction |
(9) |
Ir-Renju Unit qiegħed jipparteċipa f'din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat tal-Komunità Ewropea u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000, dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq sabiex jipparteċipaw f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (3). |
(10) |
L-Irlanda qiegħda tipparteċipa f'din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikoli 5(1) u 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda sabiex tipparteċipa f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (4). |
(11) |
Fir-rigward ta' l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika ta' l-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim. |
(12) |
Fir-rigward ta' l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien ma' l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE (6) dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2001/886/ĠAI hija b'dan emendata kif ġej:
1) |
għandha tiżdied is-sentenza li ġejja ma' l-Artikolu 2: “L-iżvilupp jinkludi l-preparazzjoni ta' l-integrazzjoni teknika fis-SIS II, b'mod partikolari ta' l-Istati Membri li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea fl-2004.”; |
2) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 4A 1. Mingħajr preġudizzju għar-responsabblità tal-Kummissjoni għall-iżvilupp tas-SIS II, l-unità ċentrali tas-SIS II għandha tkun fi Strasbourg (Franza) u l-unità ċentrali ta' riserva f'Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija) matul l-iżilupp tas-sistema. 2. Franza u l-Awstrija għandhom jipprovdu l-infrastruttura u l-mezzi xierqa sabiex jospitaw l-unità ċentrali u l-unità ċentrali ta' riserva tas-SIS II rispettivament matul l-iżvilupp tas-sistema. 3. L-awtorità nazzjonali li tkun responsabbli mill-infrastruttura u l-mezzi msemmija fil-paragrafu 2 tista' tirċievi għotja mill-Komunità għat-tħejjija u l-manutenzjoni tas-sit jew għall-fornitura ta' servizzi oħra meħtieġa sabiex tkun ospitata s-SIS II matul l-iżvilupp tagħha.”; |
3) |
fl-Artikolu 7, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2008.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4.
(2) ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1.
(3) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(6) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.