This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0079
2006/79/EC: Commission Decision of 31 January 2006 amending Decisions 2005/759/EC and 2005/760/EC as regards an extension of their period of application (notified under document number C(2006) 187) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta' Jannar 2006 li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħhom (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 187) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta' Jannar 2006 li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħhom (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 187) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 36, 8.2.2006, p. 48–49
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 138–139
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32005D0759 | 31/05/2006 | |||
Modifies | 32005D0759 | DATE artikolu 5 | |||
Modifies | 32005D0760 | DATE artikolu 5 | |||
Modifies | 32005D0760 | DATE artikolu 6 | |||
Extended validity | 32005D0760 | 31/05/2006 |
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
138 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta' Jannar 2006
li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħhom
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 187)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/79/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u partikolarment l-Artikolu 18(7) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jikkontrollaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (4), u b' mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-influwenza tat-tjur hija marda virali li tittieħed mit-tjur u l-għasafar, li hija kawża ta' mortalità u ta' tfixkil li jistgħu jaslu sa proporzjonijiet epiżotiċi u li jistgħu jwasslu għall-perikolu serju għas-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku u b' hekk inaqqsu b'mod konsiderevoli l-profitti tal-biedja tat-tjur. Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista' jiddaħħal permezz tal-kummerċ internazzjonali fl-għasafar ħajjin għajr it-tjur ta' l-irziezet, inkluż it-tjur li jiġu mas-sidien tagħhom (għasafar miżmuma d-dar bħala pets). |
(2) |
Wara li faqqgħet l-epidemija ta' l-influwenza tat-tjur, ikkawżata min razza tal-vajrus H5N1 b'patoġeniċità għolja, u li bdiet fix-Xlokk ta' l-Ażja f'Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur. Dawk il-miżuri kienu jinkludu partikolarment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/759/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' influwenza tat-tjur patoġenika ħafna f'ċerti pajjiżi terzi u l-moviment minn pajjiżi terzi ta' għasafar li jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom (5), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/760/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' influwenza tat-tjur patoġenika f'ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta' tjur maqbuda (6). |
(3) |
Kemm ilu li ġew irrappurtati każijiet ġodda ta' l-influwenza tat-tjur f'ċerti pajjiżi membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE), ir-restrizzjonijiet dwar il-moviment tat-tjur li huma pets u l-importazzjoni ta' tjur ieħor minn ċerti żoni ta' riskju għandhom jitkomplew. Għalhekk huwa xieraq li tiġi estiża l-applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE. |
(4) |
Id-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE għandhom għalhekk jiġu emendati. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 2005/759/KE, id-data tal-“31 ta' Jannar 2006” għandha tinbidel u ssir il-“31 ta' Mejju 2006”.
Artikolu 2
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2005/760/KE, id-data tal-“31 ta' Jannar 2006” għandha tinbidel u ssir il-“31 ta' Mejju 2006”.
Artikolu 3
L-Istati Membri ser jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħarsu din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma ser jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(3) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).
(4) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 18/2006 (ĠU L 4, 7.1.2006, p. 3).
(5) ĠU L 285, 28.10.2005, p. 52. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/862/KE (ĠU L 317, 3.12.2005, p. 19).
(6) ĠU L 285, 28.10.2005, p. 60. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/862/KE.