Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0008

    Direttiva tal-Kummissjoni 2005/8/KE tas- 27 ta' Jannar 2005 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-bhejjem Test b’relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 27, 29.1.2005, p. 44–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 124–125 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/8/oj

    6.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    124


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/8/KE

    tas-27 ta' Jannar 2005

    li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-bhejjem

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-bhejjem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 (1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/32/KE tipprovdi li l-użu ta’ prodotti intenzjonati għall-għalf ta’ l-annimali tipprovdi li l-użu ta’ prodotti intenzjonati għall-għalf ta’ l-animali li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jeċċedu l-livelli massimi mniżżla f’Anness I tagħha huwa projbit.

    (2)

    Meta d-Direttiva 2002/32/KE kienet adottata, il-Kummissjoni ddikjarat li d-dispożizzjonijiet mniżżla f’Anness I għal dik id-Direttiva ser ikunu riveduti abbażi ta’ eżaminazzjonijiet xjentifiċi aġġornati tar-riskju u billi tittieħed in konsiderazzjoni l-projbizzjoni ta’ kull sustanza dilwita ta’ prodotti kontaminati li ma jikkonformawx, intenzjonati għall-għalf ta’ l-annimali.

    (3)

    Qabel ma’ tkun tista ssir reviżjoni kompleta bbażata fuq eżaminazzjoni xjentifika aġġornata tar-riskju, huwa neċessarju li nipprovdu għal ċertu emendi fid-dawl ta’ żviluppi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku.

    (4)

    Huwa xieraq jiġi kjarifikat it-terminu green fodder.

    (5)

    Peress illi l-provvista tal-karbunat tal-kalċju, materjal essenzjali u ta’ valur għall-għalf, tista’ tkun ipperikolata peress illi l-livell ta’ merkurju totali minħabba kontaminazzjoni normali fl-isfond hija viċin jew teċċedi l-livell massimu mniżżel fl-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE, dak il-livell massimu għandu jiġi emendat, billi jittieħed in konsiderazzjoni li l-merkurju huwa preżenti fil-karbunat tal-kalċju fil-forma inorganika tiegħu u li l-Kumitat Xjentifiku għall-Alimentazzjoni ta' l-Annimali jikkonferma li l-merkurju f'forma inorganika huwa inqas tossiku b'mod sinifikanti minn merkurju organiku, b'mod partikolari merkurju tal-metil.

    (6)

    Il-livell massimu għall-fluworin f’għalf ieħor komplimentari ta’ l-annimali huwa 125 mg/kg kull 1 % fosfru. Għall-raġunijiet ambjentali, il-livell ta’ fosfru fl-għalf ta’ l-annimali huwa ristrett u d-diġestibilità u d-disponibbiltà bijoloġika tal-fosfru hija mtejba billi jsir użu minn enżima bħal phytase. Għalhekk mhuwiex aktar xieraq li jiġi stabbilit il-livell massimu kull 1 % tal-fosfru imma li jiġi stabbilit il-livell massimu għall-għalf komplimentari relattiv għal għalf ta’ l-annimali b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %.

    (7)

    Id-Direttiva 2002/32/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (8)

    Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, mhux iżjed tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jgħaddu lill-Kummissjoni it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, nhar is-27 ta' Jannar 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/100/KE (ĠU L 285, 1.11.2003, p. 33).


    ANNESS

    Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fil-kolonna 2 ringiela 2, ċomb, in-nota tal-qiegħ li ġejja hija inserita wara l-kelma green fodder:

    “(*)

    green fodder jinkludi prodotti intenzjonati għall-għalf ta’ l-annimali bħal ħuxlief, ħżin ta’ ħaxix ta’ l-għalf f’sajlo, ħaxix frisk, eċċ …”

    (2)

    Ringiela 3, fluworin, huwa emendat kif ġej

    (a)

    In-Noti tal-qiegħ (1) u (2) huma mħassra

    (b)

    Il-kliem “taħlit minerali tal-bhejjem ta’ l-ifrat, tan-nagħaġ u l-mogħoż — 2 000 (1)” u “Għalf ieħor komplimentari ta’ l-annimali – 125 (2)” huma sostitwieti bil-kliem “Għalf komplimentari ta’ l-annimali li fieh ≤ 4 % fosforu – 500” u “Għalf komplimentari ta’ l-annimali li fih > 4 % fosforu – 125 għal 1 % fosforu”.

    (3)

    Ringiela 4, merkurju, hija sostituta b’dan li ġej:

    Sustanzi mhux mixtieqa

    Prodotti intenzjonati għall-għalf ta’ l-annimali

    Kontenut massimu f’ mg/kg (ppm) relattiv għal għalf ta’ l-annimali b’kontenut ta’ irtuba ta’ 12 %

    (1)

    (2)

    (3)

    “4.

    Merkurju

    Materjali ta’ l-għalf bl-eċċezzjoni ta’:

    0,1

    għalf ta’ l-annimali prodott bl-ipproċessar ta’ ħut jew annimali oħra tal-baħar

    0,5

    karbunat tal-kalċju

    0,3

    Materjali ta’ l-għalf sħiħ bl-eċċezzjoni ta’:

    0,1

    għalf sħiħ ta’ l-annimali għall-klieb u l-qtates

    0,4

    Għalf komplimentari ta’ l-annimali ħlief

    għalf sħiħ ta’ l-annimali għall-klieb u l-qtates

    0,2 ”


    Top