Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0478

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2004 li tirrigwarda l-adozzjoni ta’ pjan ġenerali għall-gestjoni ta’ kriżi fl-ikel/it-tgħam

ĠU L 160, 30.4.2004, pp. 100–113 (EL)
ĠU L 160, 30.4.2004, pp. 98–111 (ES, FR)
ĠU L 160, 30.4.2004, pp. 105–118 (PT)
ĠU L 160, 30.4.2004, pp. 98–110 (DA, EN)
ĠU L 160, 30.4.2004, pp. 99–111 (SV)
ĠU L 160, 30.4.2004, pp. 106–118 (IT)
ĠU L 160, 30.4.2004, pp. 123–135 (FI)
ĠU L 160, 30.4.2004, pp. 106–119 (NL)
ĠU L 160, 30.4.2004, pp. 100–112 (DE)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2019; Imħassar b' 32019D0300

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/478/oj

32004D0478



Official Journal L 160 , 30/04/2004 P. 0098 - 0111


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ April 2004

li tirrigwarda l-adozzjoni ta’ pjan ġenerali għall-gestjoni ta’ kriżi fl-ikel/it-tgħam

(2004/478/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u l-ħtiġiet ġenerali tal-liġijiet dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fil-materji tas-sigurtà fl-ikel [1], u b’mod partikolari Artikolu 55 tiegħu,

Billi:

(1) Artikolu 55 tar-Reglament (KE) Nru 178/2002 jipprovdi illi l-Kummissjoni għandha tfassal, b’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel, minn issa "l quddiem imsejħa" l-Awtorita, "u l-Istati Membri, pjan ġenerali għall-ġestjoni ta’ kriżi fil-kamp tas-sigurtà ta’ l-ikel u tat-tgħam."

(2) L-abbozz tal-pjan ġenerali kien is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet na’ l-Awtorità u ġie diskuss fid-dettall ma’ l-Istati Membri permezz tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa hawnhakk stabbilit il-pjan ġenerali għall-ġestjoni tal-kriżi fl-ikel/fit-tgħam, ipprovvdut f’Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u dikjarat fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

--------------------------------------------------

ANNESS

PJAN ĠENERALI GĦALL-ĠESTJONI TA’ KRIŻI TA’ L-IKEL/IT-TGĦAM

1. SKOP TAL-PJAN GENERALI GHAL-GESTJONI TA "KRIZI TA" L-IKEL/IT-TGHAM

Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tipprevedi metodi ġodda tal-ġestjoni tar-riskji fil-kamp ta’ l-ikel u t-tgħam: li tiġi stabbilita mill-Kummissjoni unità tal-kriżi li fiha tipparteċipa l-Awtorità u li jiġi adottat pjan ġenerali għall-ġestjoni ta’ kriżi ta’ l-ikel/it-tgħam li jispeċifika, b’mod partikolari, l-proċeduri prattiċi meħtieġa għalbiex tiġi ġestjonata kriżi. Il-pjan ġenerali għall-ġestjoni ta’ kriżi ta’ l-ikel/it-tgħam minn issa ‘l quddiem jissejjaħ il-"pjan ġenerali".

It-tliet artikoli tat-taqsima 3 huma konnessi ma’ xulxin:

Artikolu 55 jipprovdi t-tfassil mill-Kummissjoni, f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Awtorità u l-Istati Membri, ta’ pjan ġenerali għall-ġestjoni ta’ kriżi fl-ikel/fit-tgħam li jispeċifika s-sitwazzjonijiet tal-kriżi u l-proċeduri prattiċi għalbiex tiġi ġestjonata kriżi, inkluż il-prinċipju tat-trasparenza li jrid jiġi applikat u strateġija komuni.

Arikolu 56 jipprovdi l-kostituzzjoni ta’ unità ta’ kriżi mill-Kummissjoni.

Artikolu 57 jispeċifika l-kompiti ta’ l-unità ta’ kriżi.

B’mod partikolari, skond Artikolu 55, il-pjan ġenerali għandu jispeċifika t-tipi tas-sitwazzjoni li jinvolvu riskji diretti jew indiretti għas-saħħa tal-bniedem idderivati mill-ikel u mit-tgħam li x’aktarx ma jistgħux jiġu prevenuti, eliminati jew imnaqqsa għal livell aċċettabbli bid-dispożizzjonijiet fil-post jew bl-applikazzjoni ta’ Artikoli 53 u 54.

B’żieda ma’ dan, Artikolu 56 jipprovdi illi l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi unità ta’ kriżi "meta tidentifika sitwazzjoni li tinvolvi riskju gravi dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem li jkun ġej mill-ikel jew mit-tgħam u r-riskju ma jkunx jista’ jiġi pprevenut, eliminat jew imnaqqas bid-dispożizzjonijiet eżistenti jew ma jistax jiġi ġġestjonat b’mod adegwat bl-applikazzjoni ta’ Artikoli 53 u 54".

Għalhekk, il-pjan ġenerali jispeċifika:

- is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi,

- il-proċedura li twassal għall-applikazzjoni tal-pjan ġenerali,

- li jiġi stabbilit network tal-kordinaturi tal-kriżi,

- il-proċeduri prattiċi għall-ġestjoni ta’ kriżi,

- ir-rwol ta’ l-unità ta’ kriżi,

- il-funzjonament prattiku ta’ l-unità ta’ kriżi (l-komposizzjoni, l-mezz tal-ħidma, l-azzjonijiet),

- ir-rabta bejn l-unità ta’ kriżi u l-proċess tal-għemil tad-deċiżjonijiet,

- is-soluzzjoni tal-kriżi,

- il-proċeduri tal-ġestjoni fl-eventwalità ta’ riskju potenzalment gravi,

- l-istrateġija tal-komunikazzjoni,

- il-prinċipju tat-trasparenza.

Il-proċeduri tal-ġestjoni stabbiliti mill-pjan ġenerali jridu jikkostitwixxu linji gwida li japplikaw għall-Istati Membri, għall-Awtorità u għall-Kummissjoni.

2. SITWAZZJONIJIET TA’ KRIZI

2.1. Sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jinvolvu riskju gravi dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem

Is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi huma dawk meta jkunu involuti fatturi kritiċi f’livell hekk illi l-Kummissjoni tikkunsidra li l-ġestjoni tar-riskju fil-kwistjoni li jkun imnissel mill-ikel jew mit-tgħam ikun tal-komplessità hekk li ma jistax jiġi ġestjonat b’mod adegwat mid-dispożizzjonijiet eżistenti jew biss bl-applikazzjoni ta’ Artikoli 53 u 54.

L-esperjenza turi illi s-sitwazzjonijiet li jinvolvu riskji huma normalment iġġestjonati kif jixraq bl-użu tal-proċeduri eżistenti. Dan ifisser illi s-sitwazzjonijiet li jridu jiġu kunsidrati li jkunu sitwazzjonijiet ta’ kriżi jridu jkunu ftit fin-numru, biex ma ngħidux eċċezzjonali.

Dawn il-fatturi kritiċi għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dan li ġej:

is-sitwazzjoni tinvolvi riskju gravi dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem u/jew hija meqjusa jew ippubblikata bħala ta’ hekk jew tista’ tiġi meqjusa u ppubblikata bħala ta’ hekk

u

ir-riskju jinfirex jew jista’ jifirex minn parti kbira tal-katina ta’ l-ikel

u

teżisti probabbiltà kbira li r-riskju jinfirex fuq numru ta’ Stati Membri u/jew pajjiżi mhux Komunitarji.

Il-pjan ġenerali jimplika li tiġi stabbilita unità ta’ kriżi meta r-riskju dirett jew indirett involut jiġi kunsidrat li jkun gravi. Il-pjan ġenerali jrid għalhekk jinkludi kważi l-każi kollha t-twaqqif ta’ unità tal-kriżi.

2.2. Sitwazzjonijiet ta’ kriżi meta jkun hemm riskju potenzalment gravi

Huwa importanti illi fil-pjan jiġi provvdut għall-każi meta r-riskju jkun potenzali imma jista’ jevolvi f’riskju gravi li x’aktarx li ma jkunx jista’ jiġi prevenut, eliminat jew imnaqqas bid-dispożizzjonijiet eżistenti jew bl-applikazzjoni biss ta’ Artikoli 53 u 54. F’dan il-każ, ma tiġix stabbilita unità tal-kriżi imma għandhom isiru dispożizzjonijiet adegwati għalbiex jiżguraw il-ġestjoni effettiva ta’ dan it-tip ta’ sitwazzjoni.

3. PROCEDURA LI TWASSAL GHALL-APPLIKAZZJONI TAL-PJAN GENERALI

It-tagħrif li possibbilment iwassal għall-applikazzjoni tal-pjan ġenerali tal-ġestjoni ta’ kriżi fl-ikel/fit-tgħam u, meta meħtieġ, li tiġi stabbilita unità ta’ kriżi tista’ toriġina minn:

- notifiki rapidi ta’ allert (Sistema Rapida ta’ Allert għall-Ikel u t-Tgħam),

- tagħrif mill-Istati Membri (tipi oħra ta’ notifiki, t-tagħrif mogħti fil-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, eċċ.),

- tagħrif mingħand l-Awtorità,

- rapporti mill-Uffiċċju ta’ l-Ikel u Veterinarju (l-FVO),

- tagħrif min-network epidemjoloġiku ta’ l-UE,

- tagħrif minn pajjiżi mhux Komunitarji jew minn korpi internazzjonali,

- kull sors ieħor (il-gruppi tal-konsumaturi, l-industrija, persuni oħra li għandhom sehem, il-medja, eċċ.).

Meta, hija u tanalizza t-tagħrif li jirrigwarda r-riskji, l-Kummissjoni tadotta l-fehma li l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet 2.1 jew 2.2 jistgħu jiġu sodisfatti, għandha tagħmel kuntatt preliminari ma’ l-Istat/i Membru/i interessat/i sabiex teżamina s-sitwazzjoni u ma’ l-Awtorità għalbiex titlob it-tagħrif dwar ir-riskju involut.

Fuq il-bażi ta’ l-istima tat-tagħrif kollu rilevanti disposibbli, l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk intlaħqux il-kondizzjonijiet iddikjarati fit-taqsima 2.1 jew fit-taqsima 2.2.

4. LIJIGI STABBILIT NETWORK TA "KORDINATURI TA" KRIZI

Kull wieħed mill-Istati Membri, l-Awtorità u l-Kummissjoni għandhom jinnominaw kodinatur tal-kriżi u s-sostitut tiegħu/tagħha fil-livell approprjat. L-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-kordinaturi nominati u tas-sostituti għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

Għandhom jiġu organizzati laqgħat tal-kordinaturi mill-Kummissjoni ftit wara n-nomina tagħhom. Fl-ewwel laqgħa, l-Kummissjoni għandha tqassam manwal li jipprovdi lista sħiħa tal-kordinaturi u tas-sostituti u d-dettalji tagħhom tal-kuntatt. Il-manwal għandu jinkludi wkoll lista tal-Laboratorji Komunitarji tar-Riferiment. Il-proċeduri prattiċi tal-ħidma jridu jiġu diskussi sabiex, per eżempju, jiġi żgurat illi kull koordinatur ikun jista’ jiġi kuntattjat fi żmien qasir fl-eventwalità ta’ kriżi jew li tiġi żgurata l-koperazzjoni fl-istrateġija tal-komunikazzjoni tar-riskju (ara t-taqsima 7). Dawk li għandhom sehem għandhom jiġu konsultati dwar ir-riżultati ta’ dawk il-laqgħat li huma ta’ interess għalihom.

Il-proċeduri prattiċi għandhom jiżguraw illi l-azzjoni tittieħed bil-ħeffa. Meta meħtieġ, iridu jiġu mehmuża mal-pjan ġenerali.

5. IL-PROCEDURI PRATTICI GHALL-GESTJONI TA’ KRIZI LI TINVOLVI RISKJU GRAVI DIRETT JEW INDIRETT GHAS-SAHHA TAL-BNIEDEM

5.1. Litiġi stabbilita taqsima biex tindirizza kriżi

Meta, hija u tanalizza t-tagħrif li jirrigwarda r-riskji, l-Kummissjoni tadotta l-fehma li l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 2.1 jistgħu jiġu sodisfatti u, b’mod partikolari li r-riskju x’aktarx li jkun gravi, għandha tagħmel kuntatt preliminari ma’ l-Istat/i Membru/i interessat/i sabiex teżamina s-sitwazzjoni u ma’ l-Awtorità għalbiex titlob it-tagħrif dwar ir-riskju involut.

Fuq il-bażi ta’ l-istima tat-tagħrif rilevanti kollu disponibbli, l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi taqsima li tindirizza kriżi jekk il-kondizzjonijiet imsemmija fit-taqsima 2.1 jiġu kunsidrati li ntlaħqu.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Mmbru u lill-Awtorità minnufih li ġiet stabbilita taqsima li tindirizza kriżi.

Id-deċiżjoni li tiġi stabbilita taqsima li tindirizza kriżi trid tfisser illi t-taqsimiet 5, 7 u 8 tal-pjan ġenerali japplikaw għall-partijiet kollha interessati (l-Kumissjoni, l-Awtorità, l-Istati Membri).

5.2. Ir-rwol tat-taqsima biex tindirizza krizi

Din it-taqsima għandha tkun responsabbli mill-ġbir u l-valutazzjoni ta’ l-informazzjoni kollha rilevanti u mill-identifikazzjoni tal-għażliet disposnibbli għall-ġestjoni tal-kriżi.

Għandu jkollha wkoll ir-rwol li tgħarraf lill-pubbliku dwar ir-riskji fil-kwistjoni u l-miżuri maħuda f’dan ir-rigward.

L-istess taqsima hija għodda addizzjonali għalbiex tiżgura li l-kriżi jiġu ġestjonati b’mod effettiv u tiżgura kordinament aħjar u billi tieħu azzjoni bil-ħeffa. B’konsegwenza ta’ dan, il-membri kollha ta’ l-unità tal-kriżi għandhom jikkoperaw sabiex jiġbru u jaqsmu bejniethom it-tagħrif kollu rilevanti disponibbli; għandhom ukoll jaħdmu flimkien fil-valutazzjoni ta’ l-informazzjoni miġbura u jidentifikaw l-għażliet xierqa fil-ġestjoni tar-riskju. Il-membri ta’ l-unità ta’ kriżi għandhom jikkoperaw ukoll fil-komunikazzjoni u jidentifikaw l-aħjar manjieri għalbiex jgħarrfu lill-pubbliku b’mod trasparenti.

Madankollu, it-taqsima biex tindirizza krizi mhix responsabbli milli tadotta deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju jew milli timplimenta l-leġislazzjoni (l-aspetti tal-kontroll).

Il-metodi tagħha ta’ ħidma ma jridux jieħdu l-post tal-proċeduri wżati fil-qafas tal-kompetenza tal-Kummissjoni jew ta’ l-Istati Membri jew ta’ l-Awtorità nfushom.

B’konsegwenza ta’ dan, id-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni ta’ kriżi għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri speċifiċi diġà fil-post (b’mod partikolari, fil-proċeduri komitoloġiċi).

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jissokta jkun responabbli mill-ġestjoni tal-kontrolli uffiċjali fit-terriorju tiegħu. Il-proċeduri speċifiċi li jkunu qiegħdu fil-post għalbiex jikkordinaw il-kontrolli urġenti meħtieġa f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jridu jissoktaw. Id-Direttorat-Ġenerali tal-Protezzjoni tas-Saħħa u tal-Konsumatur għandu jkun responsabbli li jibgħat missjonijiet urġenti mill-FVO, jekk meħtieġ.

Bl-istess mod, l-Awtorità għandha tissokta tkun responsabbli mill-ġestjoni tal-proċeduri li jipprovdu opinjoni xjentifika fl-eventwalità ta’ talba għal opinoni xjentifika urġenti mingħand il-Kumitat Xjentifiku jew wieħed mill-panels xjentifiċi tiegħu.

5.3. Il-ħidma prattika tat-taqsima li tindirizza kriżi

Komposizzjoni

It-taqsima li tindirizza krizi għandha tkun komposta mill-kordinaturi tal-kriżi (jew is-sostituti taghhom) mill-Kummissjoni u mill-Awtorità, mill-kordinatur/i tal-kriżi ta’ l-Istati Membri interessati direttament u minn rappreżentanti oħra tal-Kummissjoni, ta’ l-Awtorità u mill-Istat/i Membru/i interessat/i direttament. L-Awtorità għandha tipprovdi l-assistenza xjentifika u teknika meħtieġa.

Il-għan tat-taqsima li tindirizza kriżi jrid ikun li tiffaċilita l-azzjoni rapida u effiċjenti. Il-membri tagħha jridu jkunu involuti f’laqgħat regolari u ta’ emerġenza tat-taqsima u jridu jeħtieġu li juru livell għoli ta’ kompetenza u impenn. Iridu jkunu kapaċi jieħdu numru ta’ responsabbiltajiet, li jfisser li huwa meħtieġ li jiġu nominati nies b’livell għoli ta’responabbiltà fis-settur ta’ l-ikel/it-tgħam.

L-istess taqsima tista’ tikkunsidra li l-kompetenza ta’ persuni oħra pubbliċi jew privati hija meħtieġa għall-ġestjoni tal-kriżi u tista’ titlob l-għajnuna permanenti jew ad hoc ta’ dawn il-persuni. Per eżempju, esperti mill-Komunità jew mil-laboratorji nazzjonali tar-riferimnt jistgħu jiġu mitluba li jieħdu sehem fl-unità tal-kriżi meta tkun meħtieġa l-kompetenza tagħhom rigward l-analiżi tal-laboratorju.

Il-persuni fil-Kummissjoni u fl-Awtorità responsabbli mill-komunikazzjoni dwar is-sigurtà fl-ikel u fit-tgħam għandhom ikunu assoċjati max-xogħol ta’ l-unità tal-kriżi.

Proceduri prattici għall-ħidma tat-taqsima li tindirizza krizi

Il-kordinatur tal-Kummissjoni għall-kriżi (jew is-sostitut tiegħu jew tagħha) għandhom jippresiedu t-taqsima li tindirizza krizi. Is-Sedja għandha, b’mod partikolari, tiżgura r-rabta bejn ix-xogħol tat-taqsima u l-proċess ghat-tehid tad-deċiżjonijiet. Hu/jew hija għandhom ikunu assistiti mill-espert/i tekniku/ċi approprjat/i tat-taqsima/taqsimiet kompetenti interessati fi ħdan il-Kummisjoni.

Is-Sedja għandha tiżgura l-ħidma bla xkiel tat-taqsima li tindirizza kriżi u t-tqassim tal-kompiti fost il-membri, filwaqt li tqis il-kompetentza tagħhom.

Malajr kemm jista’ jkun wara li jkun ġie deċiż li tiġi stabbilita taqsima li tindirizza kriżi, s-Sedja għandha tistieden lill-kordinatur ta’ l-Awtorità u lill-kordinaturi ta’ l-Istati Membri affettwati direttament mill-kriżi għall-ewwel laqgħa tat-taqsima li tindirizza kriżi. Il-kordinaturi jistgħu jkunu akkumpanjati minn numru limitat ta’ persuni. Is-Sedja tista’ tispeċifika limitu għan-numru massimu tal-persuni ohra li jakkumpanjawhom.

Il-kordinatur ta’ l-Awtorità u l-kordinaturi ta’ l-Istati Membri involuti fit-taqsima li tindirizza kriżi jridu jiżguraw il-parteċipazzjoni adegwata fil-laqgħat tat-taqsima f’termini ta’ disponibbiltà, kompetenza u livell tar-responsabbiltà. F’termini konkreti, dan ifisser illi l-kordinatur u s-sostitut tiegħu jew tagħha jridu jattendu l-laqgħat kollha u jridu jkunu akkumpanjati mill-persuni rilevanti.

L-Awtorità għandha tkun responsabbli milli tipprovdi l-assistenza xjentifika u teknika jekk meħtieġa, b’mod partikolari rigward l-istat tal-għerf xjentifiku (il-ġbir u l-valutazzjoni tat-tagħrif xjentifiku rilevanti kollu fejn jidħol ir-riskju fil-kwistjoni).

It-taqsima li tindirizza kriżi għandha tkun responsabbli li żżomm kuntatt mill-qrib ma’ dawk interessati li għandhom sehem, b’mod partikolari meta t-tagħrif irid jitqassam bejniethom.

Mezzi tal-ħidma

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-personal tas-segretarjat għal-laqgħat tat-taqsima li tindirizza kriżi (il-minuti, eċċ.) u tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-istess taqsima r-riżorsi kollha umani u materjali meħtieġa għall-ħidma tagħha bla xkiel (b’mod partikolari, l-kmamar għal-laqgħat, il-mezzi tal-komunikazzjoni, eċċ.)

It-taqsima trid tuża l-arranġamenti tekniċi fil-post għan-network tar-RASFF għalbiex tikkomunika jew ixxerred it-tagħrif, b’mod partikolari t-talbiet għat-tagħrif lill-Istat/i Membru/i u t-tagħrif issottomess minnhom.

Azzjoni meħuda mit-taqsima li tindirizza kriżi

Skond Artikolu 57 riferit hawn fuq, it-taqsima għandha tieħu l-azzjoni li ġejja:

- Azzjoni li jkollha x’taqsam mal-ġbir ta’ l-informazzjoni xjentifika rilevanti u t-tagħrif kollu xjentifiku li jagħmluha possibbli li r-riskju fil-kwistjoni jiġi ġestjonat b’mod effettiv kemm jista’ jkun. B’mod partikolari:

- il-qsim bejn xulxin tat-tagħrif xjentifiku disponibbli lill-membri differenti ta’ l-unità tal-kriżi,

- meta meħtieġ, il-membri jridu jkunu meħtieġa li jiġbru iktar tagħrif xjentifiku,

- meta meħtieġ, il-kordinament ta’ l-azzjoni meħuda għalbiex timla n-nuqqasijiet xjentifiċi,

- meta meħtieġ, il-membri jridu jkunu meħtieġa li jikkuntattjaw l-organizzazzjonijiet internazzjonali, lil dawk interessati li għandhom sehem u lill-pajjiżi mhux Komunitarji għalbiex jiżguraw illi t-tagħrif kollu rilevanti jsir disponibbli u jitqassam bejniethom,

- meta meħtieġ, l-unità tal-kriżi tista’ titlob l-assistenza tal-Laboratorji Komunitarji tar-Riferiment.

L-allokazzjoni tal-kompiti tal-ġbir ta’ l-informazzjoni xjentifika għandha tqis il-kompetenza xjentifika ta’ l-Awtorità u l-mekkaniżmi għalbiex taqsam magħhom l-informazzjoni xjentifika diġà stabbilita mill-Awtorità dwar dawn il-kwistjonijiet (in-networks ta’ l-Awtorità).

L-allokazzjoni tal-kompiti dwar il-ġbir ta’ l-informazzjoni xjentifika tista’ tinkludi wkoll, meta meħtieġ, l-assistenza ta’ networks oħra ġestiti mill-Kummissjoni, bħalma huma s-Sistema Mħaffa ta’ l-Allert u Sistema ta’ Reazzjoni (l-EWRS) fil-kamp tal-mard tal-bniedem jew l-ADNS fil-kamp tas-saħħa ta’ l-annimali jew in-networks li joperaw fiż-żona tar-riċerka u ġestiti mid-DĠ tar-Riċerka.

- Azzjoni li għandha x’taqsam mal-ġbir ta’ l-informazzjoni rilevanti l-oħra (informazzjoni oħra għajr l-informazzjoni xjentifika riferita hawn fuq). B’ mod partikolari:

- il-qsim bejn xulxin ta’ l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha disponibbli (r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali, r-riżultati ta’ l-analiżi imwettqa mil-laboratorji uffiċjali tal-kontroll, l-informazzjoni miksuba mill-pajjiżi mhux Komunitarji, eċċ.),

- meta meħtieġ, il-kompiti għandhom jiġu allokati bil-ħsieb tal-ġbir ta’ iktar informazzjoni,

- meta meħtieġ, il-kompiti jridu jiġu allokati lill-membri bil-ħsieb li jikkuntattjaw l-organizzazzjonijiet internazzjonali, lil dawk interessati li għandhom sehem u lill-pajjiżi mhux Komunitarji għalbiex jiżguraw illi t-tagħrif kollu rilevanti jsir disponibbli u jitqassam bejniethom.

- Azzjoni li għandha x’taqsam ma "l-evalwazzjoni tat-tagħrif disponibbli B’mod partikolari:"

- il-qsim bejn xulxin ta’l-evalwazzjonijiet diġà mwettqa mill-membri, b’mod partikolari l-Awtorità, jew l-evalwazzjonijiet disponibbli xorta oħra,

- l-organizzazzjoni ta’ l-istima tar-riskju, filwaqt li jitqies ir-rwol speċifiku ta’ l-Awtorità f’li tipprovdi l-appoġġ xjentifiku u tekniku lill-unità tal-kriżi, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li titlob opinjoni xjentifika formali mingħand l-Awtorità,

- meta meħtieġ, l-użu ta’ l-appoġġ tekniku tal-Laboratorji Komunitarji tar-Riferiment dwar l-aspetti analitiċi.

- Azzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-identifikazzjoni tal-għażliet disponibbli sabiex jiġi prevenut, eliminat jew imnaqqas għal livell aċċettabbli r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-aġġornament ta’ dawn il-għażliet fuq il-bażi tat-tagħrif il-ġdid disponibbli u l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. B’mod partikolari:

- il-membri ta’ l-unità tal-kriżi għandhom jaħdmu flimkien biex jidentifikaw għażliet disponibbli,

- għandhom jipproduċu studju komuni dwar l-għażliet disponibbli; dan l-istudju għandu jinkludi, għal kull għażla, ġustifikazzjoni għall-identifikazzjoni tal-għażla, b’mod partikolari r-riżultati ewlenin ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni disponibbli.

- Azzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-organizzazzjoni tal-komunikazzjoni lill-pubbliku dwar ir-riskji involuti u l-miżuri meħuda.

Din il-materja hija trattata f’aktar dettal fit-taqsima 7.

Għall-kwalitajiet kollha ta’ azzjoni meħuda, t-taqsima li tindirizza kriżi tista’ titlob l-assistenza permanenti jew ad hoc ta’ persuni speċifiċi meta l-kompetenza tagħhom hija kunsidrata meħtieġa.

5.4. Rabta bejn it-taqsima li tindirizza kriżi u l-proċess ghal tehid tad-deċiżjonijiet

Azzjoni li għandha x’taqsam mal-ġestjoni tar-riskju

L-azzjoni li għandha x’taqsam mal-ġestjoni tar-riskju tinkludi l-azzjoni kollha meħtieġa għalbiex tippreveni, telimina jew tnaqqas ir-riskju involut: it-taqsima li tindirizza kriżi trid tkun responsabbli minn ċerti tipi ta’ azzjoni, u l-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri għal oħrajn. L-azzjoni meħuda trid tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà dikjarata f’Artikolu 53(2) sabiex il-Kummissjoni tadotta miżuri proviżorji fl-eventwalità ta’ emerġenzi, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri interessati u tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

1. L-Ewwel Pass

- Il-Kummissjoni trid tlaqqa’ t-taqsima li tindirizza kriżi malajr kemm jista’ jkun wara li titwaqqaf

- It-taqsima li tindirizza kriżi għandha tieħu azzjoni kif ipprovvdut f’sezzjonijiet 5, 7 u 8.

2. It-Tieni Pass

- L-għażliet identifikati mit-taqsima għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni li trid tibgħathom immedjatament lill-Istati Membri.

- Il-Kummissjoni għandha tħejji l-miżuri li jridu jittieħdu meta meħtieġa. Trid titlob ukoll lill-Awtorità biex tipprovdi opinoni xjentifika urġenti, f’kaz li opinjoni xjentifika formali mill-Awtorità titqies bhala meħtieġa.

3. It-Tielet Pass

- Laqgħa tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali sabiex teżamina u tagħti opinjoni dwar il-miżuri proposti, meta meħtieġ.

- Fejn meħtieġ, l-adozzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza, b’mod partikolari, fuq il-bażi tal-proċeduri provvduti f’Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

- Fl-eventwalità ta’ talba għal opinjoni xjentifika urġenti, l-Awtorità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-opinjoni tiġi mwassla malajr kemm jista’ jkun.

Azzjoni permanenti li trid tittieħed matul il-kriżi kollha

- Matul il-kriżi kollha, t-taqsima relattata għandha tiġbor u tivvaluta b’mod kontinwu l-informazzjoni rilevanti waqt li tivvaluta mill-ġdid l-għażliet disponibbli. L-għażliet aġġornati għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’ tħejji miżuri emendati u tissottomettihom għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

- Matul il-kriżi kollha, l-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali għandu jżomm laqgħat regolari u ta’ emerġenza għalbiex jiżgura illi t-tagħrif rilevanti kollu jinqasam bejn xulxin, b’mod partikolari dwar l-adozzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa u dwar is-segwiment ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni tal-kriżi (ir-rapporti mill-Istati Membri interessati, issottomessi u diskussi fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali).

- Fuq il-bażi ta’ l-istrateġija tal-komunikazzjoni indikata fit-taqsima 7 u skond il-prinċipji tat-trasparenza fit-taqsima 8, t-taqsima li tindirizza kriżi għandha żżomm aggornati lill-pubbliku u lil dawk li għandhom sehem matul il-kriżi kollha.

Rabta bejn it-taqsima li tindirizza kriżi u l-proċess għal tehid tad-deċiżjonijiet

- Il-mekkaniżmi prattiċi jridu jiżguraw illi x-xogħol tat-taqsima u l-proċess ghal tehid tad-deċiżjonijiet ikunu konnessi b’mod adegwat. B’mod partikolari, l-Kumitat Permanenti għandu jiġi aġġornat b’mod regolari dwar ix-xogħol tat-taqsima li tindirizza krizi u l-Awtorità għandha tiġi mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Permanenti. It-taqsima għandha tinżamm aggornata b’mod kontinwu dwar il-miżuri meħuda bħala parti mill-proċess ghal tehid tad-deċiżjonijiet sabiex tikkordina t-tagħrif dwar din il-kwistjoni.

5.5. Soluzzjoni tal-kriżi

Il-proċeduri ta’ hawn fuq iridu jissoktaw fil-post sakemm it-taqsima li tindirizza l-kriżi tiġi xolta. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra, wara li tikkonsulta t-taqsima u b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, illi x-xogħol tat-taqsima li tindirizza l-kriżi jkun tlesta minħabba li r-riskju jkun inġieb taħt il-kontroll, tista’ xxolji l-istess taqsima.

5.6. Evalwazzjoni ta’ wara l-kriżi

Għandha ssir evalwazzjoni ta’ wara l-kriżi, li tinvolvi lil dawk li għandhom sehem. Laqgħa tal-kordinaturi tal-kriżi għandha tinżamm wara l-konklużjoni ta’ kriżi sabiex jittejbu l-proċeduri tal-ħidma tal-għodod differenti wżati fil-ġestjoni tal-kriżi, fid-dawl ta’ l-istima ta’ wara l-kriżi u fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba.

6. PROCEDURI TAL-GESTJONI FL-EVENTWALITA TA’ RISKJU POTENZJALMENT GRAVI

Meta, hija u tanalizza t-tagħrif li jirrigwarda r-riskji, l-Kummissjoni tadotta l-fehma li l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 2,2 jistgħu jiġu sodisfatti, għandha tagħmel kuntatt preliminari ma’ l-Istat/i Membru/i interessat/i sabiex teżamina s-sitwazzjoni u ma’ l-Awtorità għalbiex titlob it-tagħrif dwar ir-riskju involut.

Fuq il-bażi ta’ l-istima tat-tagħrif rilevanti kollu disponibbli u jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 2.2 ġew sodisfatti, l-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-Istati Membri u lill-Awtorità li jistghu jiġu applikati t-taqsimiet 6, 7 u 8 tal-pjan ġenerali.

Malajr kemm jista’ jkun wara li tkun iddeċidiet li tapplika din it-taqsima tal-pjan ġenerali, l-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni li ġejja:

- Tistabbilixxi l-kuntatt xieraq ma’ l-Istat/i Membru/i interessat/i direttament u ma’ l-Awtorità għalbiex titlob l-attivazzjoni tas-sistema interna tagħhom tal-ġestjoni tal-kriżi. Meta meħtieġ, għandhom jiġu attivati mill-ġdid il-mekkaniżmi għalbiex tinqasam bejniethom l-informazzjoni xjentifika żviluppata mill-Awtorità fl-eventwalità ta’ emerġenzi (in-networks ta’ l-Awtorita)

- Meta meħtieġ, titlob l-attivazzjoni mill-ġdid tal-laboratorji kompetenti u l-qsim bejniethom tar-riżultati analitiċi tagħhom,

- Tistabbilixxi l-kuntatt xieraq jew iżżomm laqgħat ma’ l-Istat/i Membru/i interessat/i b’mod dirett u ma’ l-Awtorità għalbiex tiżgura illi t-tagħrif rilevanti kollu jinqasam bejniethom (l-informazzjoni xjentifika, l-informazzjoni tal-kontroll, eċċ.),

- Tieħu azzjoni rigward il-komunikazzjoni (ara t-taqsima 7). Għandhom japplikaw il-prinċipji tat-trasparenza f’taqsima 8.

Din l-azzjoni trid tissokta sakemm ir-riskju jiġi stmat aktar fis-sħiħ. Jekk ir-riskju jiġi kunsidrat li huwa gravi u jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kondizzjonijiet iddikjarati fit-taqsima 2.1 jiġu sodisfatti, għandha tiġi stabbilita taqsima li tindirizza kriżi u għandhom japplikaw il-proċeduri provvduti fit-taqsimiet 5, 7 u 8.

Jekk ir-riskju ma jiġix ikkunsidrat li jkun gravi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet normali eżistenti għall-ġestjoni tar-riskju.

7. STRATEGIJA TA’ KOMUNIKAZZJONI

It-taqsima li tindirizza krizi ghandha tiżviluppa l-istrateġija tal-komunikazzjoni tagħha f’linja mal-każ fl-idejn sabiex iżżomm lill-pubbliku mgħarraf bir-riskju u l-miżuri meħuda.

Din l-istrateġija tal-komunikazzjoni għandha tkopri l-kontenut tal-messaġġ u l-għoti tal-ħin tal-komunikazzjoni dwar il-problema fil-kwistjoni, inklużi l-arranġamenti xierqa għar-rilaxx tiegħu.

L-istrateġija għandha tqis il-kompetenza u r-responsabbiltajiet speċifiċi ta’ kull wieħed mill-membri tat-taqsima meta tasal biex tikkomunika mal-pubbliku f’manjiera kordinata, konsistenti u trasparenti. Għal dan il-fini, ssir dispożizzjoni għall-proċedura li ġejja:

- Il-persuna fil-Kummissjoni responsabbli mill-komunikazzjoni dwar is-sigurtà fl-ikel u fit-tgħam u l-persuna fl-Awtorità responsabbli mill-komunikazzjoni għandhom ikunu assoċjati max-xogħol tat-taqsima li tindirizza kriżi.

- L-Istati Membri interessati b’mod dirett fil-kriżi, u għalhekk il-membri tat-taqsima li tindirizza kriżi, għandhom jagħmlu kulma jistgħu sabiex jiżguraw illi l-politika tagħhom tal-komunikazzjoni tkun konsistenti ma’ l-istrateġija tal-komunikazzjoni kordinata mill-imsemmija taqsima.

- Bl-istess mod, l-Istati Membri li m’humiex membri tat-taqsima li tindirizza kriżi għandhom ikunu assoċjati ma’ l-istrateġija kordinata mit-taqsima permezz tal-kordinaturi tagħha tal-ġestjoni sabiex tiġi żgurata l-konsistenza rigward il-komunikazzjoni tar-riskju.

L-istrateġija adottata mit-taqsima li tindirizza kriżi għandha tinvolvi l-użu ta’ kull mezz xieraq ghal komunikazzjoni li jirrigwarda każi li jinħolqu mal-Parlament Ewropew u mal-pajjiżi mhux Komunitarji interessati.

L-istrateġija tal-komunikazzjoni żviluppata mit-taqsima li tindirizza kriżi għandha tinkludi l-għemil tal-kuntatt preliminari xieraq ma’ dawk li għandhom sehem meta meħtieġ u, b’mod partikolari, meta jinghata t-tagħrif li jkollu b’relazzjoni ma’ isem jew tikketta kummerċjali speċifiku.

L-istrateġija tal-komunikazzjoni għandha tqis ir-rwol speċifiku magħmul mill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk li għandhom sehem fil-livell Ewropew li jittrasmettu t-tagħrif.

L-istrateġija tal-komunikazzjoni trid tinkludi li jiġu stabbiliti l-kuntatti kordinati xierqa mal-pajjiżi m’humiex Komunitarji interessati sabiex tipprovdihom b’tagħrif ċar, preċiż u koerenti. L-istrateġija tal-komunikazzjoni għandha tinkludi wkoll trasmissjoni tat-tagħrif xieraq lill-pajjiżi m’humiex Komunitarji sabiex twissihom li l-kriżi ġiet solvuta.

L-istrateġija tal-komunikazzjoni għandha tiżgura li l-proċess tal-komunikazzjoni jkun trasparenti, skond il-prinċipji dikjarati f’taqsima 8.

Meta t-tagħrif jiġi komunikat kif iddefinit f’taqsima 6 tal-pjan ġenerali, għandha tiġi żgurata wkoll il-koerenza meħtieġa tal-ħtiġiet tal-komunikazzjoni. Il-kuntatti u l-laqgħat ipprovduti f’din it-taqsima għandhom ikopru, meta meħtieġ, strateġija tal-komunikazzjoni li trid tiġi żviluppata f’linja ma’taqsima 7.

8. PRINCIPJI TA’ TRASPARENZA

Meta taqsima li tindirizza kriżi toħroġ komunikazzjoni, għandha toqgħod attenta ħafna li tiżgura t-trasparenza skond il-prinċipji tat-tagħrif pubbliku povduti f’Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Iridu jissoktaw japplikaw ir-regoli ġenerali tal-kunfidenzalità. Aktar minn hekk, ir-regoli speċifiċi tal-kunfidenzalità provduti f’Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 iridu japplikaw għall-iskambju tat-tagħrif imwettaq skond ir-RASFF.

Meta t-taqsima li tindirizza kriżi tikkomunika r-riżultati tax-xogħol imwettaq mill-Awtorità f’isimha, jridu japplikaw il-prinċipji tat-trasparenza u tal-kunfidenzalità provduti f’Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 rigward ir-riżultati tax-xogħol ta’ l-Awtorità.

--------------------------------------------------

Top