Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0438

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 438/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali

    ĠU L 63, 3.3.2001, p. 21–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2007; Imħassar b' 32006R1828

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/438/oj

    32001R0438



    Official Journal L 063 , 03/03/2001 P. 0021 - 0043


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 438/2001

    tat-2 ta’ Marzu 2001

    li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 53(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Kumitat stabbilit bi qbil ma’ l-Artikolu 147 tat-Trattat,

    Wara li kkunsidrat il-Kumitat dwar l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali,

    Wara li kkunsidrat il-Kumitat dwar Strutturi għas-Sajd u l-Akwakultura,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jirrikjedi illi l-Istati Membri jieħdu numru ta’ miżuri sabiex jiżguraw li l-fondi tal-Komunità jiġu wżati b’mod effiċjenti u korrett u bi qbil mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

    (2) Għal dan il-għan, hemm bżonn li l-Istati Membri jipprovdu gwida adegwata dwar l-organizzazzjoni tal-funzjonijiet relevanti ta’ l-awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas stabbiliti bl-Artikoli 32 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

    (3) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jeħtieġ li l-Istati Membri jikkoperaw mal-Kummissjoni f’li jiżguraw li jkollhom sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li jaħdmu tajjeb u li jagħtuha l-assistenza kollha meħtieġa fit-twettieq ta’ kontrolli, li jinkludu kontrolli kampjuni.

    (4) Sabiex l-i standards jiġu armonizzati għaċ-ċertifikazzjoni ta’ l-infiq li għalih huma mitlubin pagamenti mill-Fondi taħt l-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, il-kontenut ta’ ċertifikati bħal dawn għandu jiġi stabbilit u n-natura u l-kwalità ta’ l-informazzjoni li jiddependu fuqha għandhom jiġu speċifikati.

    (5) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq il-kontrolli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, l-Istati Membri għandhom ifornuha, meta mitluba, b’data li l-awtoritajiet amministrattivi jkunu jeħtieġu sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-ġestjoni, il-kontroll u l-evalwazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Huwa neċessarju li jiġi stabbilit il-kontenut ta’ data bħal din u l-format u l-mezz ta’ trasmissjoni ta’ files tal-kompjuter meta d-data tiġi fornuta f’forma elettronika bi qbil ma’ l-Artikolu 18(3)(e) tar-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li data komputerizzata u data oħra tinżamm b’mod konfidenzjali u protetta.

    (6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2064/97 tal-15 ta’ Ottubru 1997 li jistabbilixxi aranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 fir-rigward tal-kontroll finanzjarju mill-Istati Membri tal-ħidmiet ko-iffinanzjati mill-Fondi Strutturali [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2406/98 [3], għandu jiġi mibdul. Iżda, id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2064/97 għandu jibqa’ japplika għal assistenza mogħtija għall-perjodu tal-programm 1994 sa 1999 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3193/94 [5].

    (6) Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet dwar kontroll fuq il-post fil-qasam stabbilit fl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE [6].

    (8) Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra [7].

    (9) Id-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 tal-11 ta’ Lulju 1994 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta’ ammonti mħallsin bi żball fir-rigward tal-finanzjament tal-politika strutturali u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam [8] japplikaw għal assistenza mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 bis-saħħa tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 54 u l-Artikolu 38(1)(e) ta’ dak ir-Regolament.

    (10) Dan ir-Regolament għandu japplika bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, previst fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, u mingħajr preġudizzju għas-sistemi istituzzjonali, legali u finanzjarji ta’ l-Istat Membru konċernat, msemmija fl-aħħar paragrafu ta’ l-Artikolu 34(1) ta’ dak ir-Regolament.

    (11) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Bidla tar-Reġjuni,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    Kamp ta’ applikazzjoni

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għal assistenza mogħtija taħt il-Fondi Strutturali li hija amministrata mill-Istati Membri.

    KAPITOLU II

    Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    Artikolu 2

    1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas u l-korpi intermedji jirċievu gwida Adegwata dwar id-disposizzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll meħtieġa sabiex jiżguraw ġestjoni finanzjarja tajba tal-Fondi Strutturali bi qbil ma’ prinċipji u standards aċċettati b’mod ġenerali, u b’mod partikolari sabiex jipprovdu assigurazzjoni Adegwata tal-korrettezza, ir-regolarità u l-eliġibbilità ta’ talbiet dwar l-assistenza tal-Komunità.

    2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, "korpi intermedji" għandha tfisser il-korpi pubbliċi jew privati jew servizzi li jaġixxu taħt ir-responsabbilità ta’ awtoritajiet amministrattivi jew ta’ ħlas jew li jwettqu ħidmiet f’isimhom fir-rigward tal-benefiċċjarji finali jew il-korpi jew ditti li jwettqu l-ħidmiet.

    Artikolu 3

    Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ta’ awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas u korpi intermedji għandhom, soġġett għall-proporzjonalità fir-rigward tal-volum ta’ assistenza mogħtija, jipprovdu għal

    (a) definizzjoni ċara, allokazzjoni ċara u, dak li jkun hemm bżonn sabiex tiġi żgurata prattika finanzjarja tajba, separazzjoni Adegwata tal-funzjonijiet fi ħdan l-organizzazzjoni konċernata;

    (b) sistemi effettivi sabiex jiġi żgurat li l-funzjonijiet jiġu mwettqa b’mod sodisfaċjenti;

    (ċ) fil-każ ta’ korpi intermedji, rapportar lill-awtorità responsabbli dwar ir-rendiment tal-ħidmiet tagħhom u l-mezzi wżati.

    Artikolu 4

    Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għandhom jinkludu proċeduri sabiex tiġi vverifikata l-kunsinna tal-prodotti u s-servizzi ko-finanzjati u r-realtà ta’ l-infiq mitlub u sabiex tiġi żgurata l-konformità mat-termini tad-deċiżjoni relevanti tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u mar-regoli nazzjonali u tal-Komunità applikabbli dwar, b’mod partikolari, l-eliġibbilità ta’ l-infiq għal għajnuna mill-Fondi Strutturali taħt l-assistenza konċernata, l-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat (inklużi regoli dwar il-kumulazzjoni ta’ l-għajnuna), protezzjoni ta’ l-ambjent u l-ugwaljanza fl-opportunità.

    Il-proċeduri għandhom jeħtieġu r-reġistrazzjoni tal-verifiki ta’ ħidmiet individwali fuq il-post. Ir-records għandhom jiddikjaraw ix-xogħol imwettaq, ir-riżultati tal-verifiki u l-miżuri meħuda fir-rigward tad-diskrepanzi. Fejn xi verifiki fiżiċi jew amministrattivi ma jkunux eżawrenti, iżda jiġu mwettqa fuq kampjun ta’ ħidmiet, ir-records għandhom jidentifikaw il-ħidmiet magħżula u għandhom jiddeskrivu l-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni.

    Artikolu 5

    1. L-Istati Membri għandhom, għal kull assistenza, jinformaw lill-Kummissjoni, fi żmien tlett xhur mill-approvazzjoni ta’ l-assistenza jew tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skond liema minnhom tkun l-aħħar, bl-organizzazzjoni ta’ l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ ħlas u ta’ korpi intermedji, bis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fis-seħħ f’dawn l-awtoritajiet u korpi u bit-titjib ippjanat bi qbil mal-gwida li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(1).

    2. Il-komunikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull awtorità ta’ ġestjoni u ta’ ħlas u korp intermedju:

    (a) il-funzjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħhom;

    (b) l-allokazzjoni ta’ funzjonijiet bejn jew fi ħdan id-dipartimenti tagħhom, inklużi bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u ta’ ħlas fejn dawn ikunu l-istess korp;

    (ċ) il-proċeduri li bihom jiġu rċevuti, vverifikati u vvalidati talbiet għal rimbors ta’ l-infiq, u li bihom jiġu awtorizzati, mwettqa u ġġustifikati pagamenti lill-benefiċċjarji; u

    (d) id-disposizzjonijiet għall-verifika ta’ sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

    3. Fejn tapplika sistema komuni f’aktar minn assistenza waħda, tista’ tiġi kkomunikata deskrizzjoni tas-sistema komuni.

    Artikolu 6

    Il-Kummissjoni għandha, f’koperazzjoni ma’ l-Istat Membru, tissodisfa lilha nnifisha li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ippreżenetati taħt l-Artikolu 5 jissodisfaw l-istandards meħtieġa bir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u b’dan ir-Regolament, u għandha tgħarraf bi kwalunkwe ostakoli għat-trasparenza tal-kontrolli fuq il-ħidma tal-Fondi u għat-twettiq tar-responsabilitajiet minn naħa tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 274 tat-Trattat. Għandhom isiru reviżjonijiet tal-ħidma tas-sistemi fuq bażi regolari.

    Artikolu 7

    1. Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu sekwenza ta’ transazzjonijiet adekwati.

    2. Sekwenza ta’ transazzjonijiet għandha titqies Adegwata fejn din tippermetti:

    (a) rikonċiljazzjoni ta’ l-ammonti sommarji ċċertifikati lill-Kummissjoni bir-records ta’ infiq individwali u bid-dokumenti ta’ appoġġ miżmuma fil-varji livelli amministrattivi u mill-benefiċċjarji finali nklużi, fejn dawn ta’ l-aħħar mhumiex ir-reċipjenti finali tal-fondi, il-korpi jew ditti li jwettqu l-ħidmiet; u

    (b) verifikazzjoni ta’ l-allokazzjoni u tat-trasferimenti tal-fondi tal-Komunità u nazzjonali disponibbli.

    Deskrizzjoni indikattiva tal-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni għal sekwenza ta’ transazzjonijiiet adegwata hija mogħtija fl-Anness I.

    3. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tissodisfa lilha nnifisha fuq il-punti li ġejjin:

    (a) li hemm proċeduri sabiex jiżguraw li d-dokumenti li huma relevanti għall-infiq speċifiku mġarrab u pagamenti magħmulin taħt l-assistenza u meħtieġa għal sekwenza ta’ transazzjonijiet adegwati huma miżmuma bi qbil mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 38(6) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u bl-Anness I għal dan ir-Regolament;

    (b) li jinżamm rendikont tal-korp li jkun qiegħed iżommhom u fejn ikunu jinsabu; u

    (ċ) li d-dokumenti ikunu disponibbli għal spezzjoni mill-persuni u mill-korpi li normalment ikollhom id-dritt li jispezzjonaw dokumenti bħal dawn.

    Dawn il-persuni u korpi għandhom ikunu:

    (i) il-persunal ta’ l-awtorità ta’ ġestjoni u ta’ ħlas u korpi intermedjarji li jipproċessaw it-talbiet għall-pagamenti;

    (ii) is-servizzi li jkunu impenjati fil-verifiki ta’ sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

    (iii) il-persuna jew id-dipartiment ta’ l-awtorità ta’ ħlas responsabbli milli jiċċertifikaw talbiet għal pagamenti interim u finali taħt l-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u l-persuna jew id-dipartiment li joħroġ id-dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 38(1)(f);

    u

    (iv) uffiċjali bil-mandat ta’ istituzzjonijiet nazzjonali ta’ verifika u tal-Komunità Ewropea.

    Jistgħu jeħtieġu li jiġu fornuti lilhom, siltiet jew kopji tad-dokumenti jew records ta’ żamma ta’ kontijiet li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu.

    Artikolu 8

    L-awtorità ta’ ġestjoni jew ta’ ħlas għandha żżomm rendikont ta’ l-ammonti rikuperabbli mill-pagamenti ta’ l-assistenza tal-Komunità diġà magħmulin, u għandha tiżgura li l-ammonti jiġu rkuprati mingħajr dewmien mhux ġustifikat. Wara l-irkupru, l-awtorità ta’ ħlas għandha tħallas lura l-pagamenti irregolari rkuprati, flimkien ma’ l-interessi nvoluti għal pagament tard, billi jitnaqqsu l-ammonti konċernati mid-dikjarazzjoni ta’ l-infiq tagħha li jmiss u titlob sabiex tagħmel pagament lill-Kummissjoni, jew, jekk dan ma jkunx biżżejjed, billi tagħmel rifużjoni lill-Komunità. L-awtorità ta’ ħlas għandha tibgħat lill-Kummissjoni darba fis-sena, f’anness għar-raba’ rapport ta’ kull tlett xhur dwar l-irkupri fornuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1681/94, dikjarazzjoni ta’ l-ammonti li jkunu qegħdin jistennew irkupru f’dik id-data, ikklassifikati skond is-sena tal-bidu tal-proċedimenti ta’ rkupru.

    KAPITOLU III

    Ċertifikazzjoni ta’ nfiq

    Artikolu 9

    1. Iċ-ċertifikati tad-dikjarazzjonjiet ta’ nfiq interim u finali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandhom jiġu stabbiliti fil-forma preskritta fl-Anness II minn persuna jew dipartiment fi ħdan l-awtorità ta’ ħlas li hija indipendenti funzjonalment minn kwalunkwe servizzi ta’ approvazzjoni tat-talbiet.

    2. Qabel ma tiċċertifika dikjarazzjoni partikolari, l-awtorità ta’ ħlas għandha tissodisfa lilha nnifisha li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-awtorità ta’ ġestjoni u l-korpi intermedjarji ssodisfaw il-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, b’mod partikolari l-Artikolu 38(1)(ċ) u (e) u l-Artikolu 32(3) u (4), u osservaw it-termini tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament;

    (b) id-dikjarazzjoni ta’ nfiq tinkludi l-infiq biss:

    (i) li jkun fil-fatt ġie magħmul fi ħdan il-perjodu ta’ eliġibbilità stabbilit fid-deċiżjoni fil-forma ta’ nfiq mill-benefiċċjarji finali, fi ħdan it-tifsira tal-paragrafi 1.2, 1.3 u 2 tar-Regola Nru 1 ta’ l-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/2000 [9], li jista’ jiġi sostnut b’fatturi jew b’dokumenti ta’ żamma ta’ kontijiet ta’ valur probatorju ekwivalenti;

    (ii) li jkun ġie mġarrab fil-ħidmiet li ġew magħżula għall-fondi taħt l-assistenza partikolari konċernata bi qbil mal-kriterji ta’ għażla u ta’ proċedura tagħha u li jkunu ġew soġġetti għar-regoli tal-Komunità matul il-perjodu kollu li matulu jkun ġie mġarrab l-infiq; u

    (iii) minn miżuri li għalihom l-għajnuna kollha ta’ l-Istat ġiet approvata b’mod formali mill-Kummissjoni, fejn relevanti.

    3. Sabiex l-adekwatezza tas-sistemi ta’ kontroll u tas-sekwenza ta’ transazzjonijiet tkun tista’ dejjem tiġi kkunsidrata qabel ma tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ nfiq lill-Kummissjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-awtorità ta’ ħlas tinżamm informata bil-proċeduri mħaddma mill-awtorità ta’ ġestjoni u minn korpi intermedji sabiex:

    (a) tivverifika l-kunsinna tal-prodotti u servizzi ko-iffinanzjati u l-verità ta’ l-infiq mistqarr;

    (b) tiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli; u

    (ċ) żżomm is-sekwenza tat-transazzjonijiet.

    4. F’każijiet fejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ ħlas huma jew jappartjenu għall-istess korp, dan il-korp għandu jiżgura li jiġu applikati l-proċeduri li joffru standards ekwivalenti ta’ kontroll għal dawk stipulati fil-paragrafi 2 u 3.

    KAPITOLU IV

    Kontrolli kampjuni fuq ħidmiet

    Artikolu 10

    1. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw kontrolli fuq ħidmiet fuq bażi ta’ teħid ta’ kampjuni xierqa, b’mod partikolari imfassla sabiex:

    (a) jivverifikaw l-effettività tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fis-seħħ;

    (b) jivverifikaw b’mod selettiv, fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-infiq fil-livelli varji konċernati.

    2. Il-kontrolli mwettqa qabel it-tmiem ta’ kull assistenza għandhom ikopru għallinqas 5 % ta’ l-infiq eliġibbli totali u għandhom ikunu bbażati fuq kampjun rappreżentattiv tal-ħidmiet approvati, filwaqt li jingħata każ tal-ħtiġiet tal-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jferrxu l-implimentazzjoni tal-kontrolli b’mod ugwali fuq il-perjodu konċernat. Għandhom jiżguraw separazzjoni addattata tal-ħidmiet bħal bejn f’kontrolli bħal dawn u l-implimentazzjoni jew proċeduri ta’ pagamenti li għandhom x’jaqsmu ma’ ħidmiet.

    3. L-għażla tal-kampjun ta’ ħidmiet li għandhom jiġu kkontrollati għandha tqis:

    (a) il-ħtieġa għal kontroll ta’ taħlita xierqa ta’ tipi u ta’ daqsijiet ta’ ħidmiet;

    (b) kwalunkwe fatturi ta’ riskju li kienu ġew identifikati mill-kontrolli nazzjonali jew tal-Komunità;

    (ċ) il-konċentrazzjoni ta’ ħidmiet taħt ċerti korpi intermedji jew ċerti benefiċċjarji finali, sabiex il-korpi intermedji prinċipali u l-benefiċċjarji finali jiġu kkontrollati għallinqas qabel kull tmiem ta’ kull assistenza.

    Artikolu 11

    Permezz tal-kontrolli, l-Istati Membri għandhom jaħdmu sabiex jivverifikaw dawn li ġejjin:

    (a) l-applikazzjoni prattika u l-effettività tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

    (b) għal numru adekwat ta’ records ta’ żamma ta’ kontijiet, il-korrespondenza ta’ dawn ir-records ma’ dokumenti ta’ appoġġ miżmumin mill-korpi intermedji, mill-benefiċċjarji finali, u mill-korpi jew ditti li jwettqu l-ħidmiet;

    (ċ) il-preżenza ta’ sekwenza ta’ transazzjonijiet Adegwata;

    (d) għal numru adekwat ta’ oġġetti ta’ infiq, li n-natura u ż-żmien ta’ l-infiq relevanti jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Komunità u jikkorrespondu għall-ispeċifikazzjonijiet approvati ta’ l-operazzjoni u x-xogħlijiet fil-fatt imwettqa;

    (e) li l-użu jew l-użu maħsub tal-ħidma huwa konsistenti ma’ l-użu deskritt fl-applikazzjoni għal ko-finanzjament mill-Komunità;

    (f) li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità huma fi ħdan il-limiti li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u kwalunkwe disposizzjoni applikabbli oħra u huma mħallsin lill-benefiċċjarji finali mingħajr tnaqqis jew dewmien mhux iġġustifikat;

    (g) li l-ko-finanzjament nazzjonali xieraq ikun fil-fatt ġie magħmul disponibbli; u

    (h) li l-ħidmiet ta’ ko-finanzjament ikunu ġew implimentati bi qbil mar-regoli u l-politika tal-Komunità kif meħtieġ mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

    Artikolu 12

    Il-kontrolli għandhom jistabbilixxu jekk il-problemi li wieħed ltaqa’ magħhom humiex ta’ karattru sistematiku, li jinvolvu riskju għal ħidmiet oħra mwettqa mill-istess benefiċċjarju finali jew amministrati mill-istess korp intermedju. Għandhom jidentifikaw ukoll il-kawżi ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn, kwalunkwe eżami li tista’ tkun meħtieġa u l-azzjoni korrettiva u ta’ prevenzjoni meħtieġa.

    Artikolu 13

    L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, u għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju 2001, bl-applikazzjoni tagħhom ta’ l-Artikoli 10 sa 12 fis-sena kalendarja ta’ qabel u barra minn hekk għandhom jipprovdu kwalunkwe tkomplija jew aġġornament meħtieġ tad-deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ikkomunikati taħt l-Artikolu 5.

    Artikolu 14

    Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal ammonti rekuperabbli msemmija fl-Artikolu 8.

    KAPITOLU V

    Dikjarazzjoni tat-tmiem ta’ l-assistenza

    Artikolu 15

    Il-persuna jew id-dipartiment maħtur(a) sabiex joħroġ id-dikjarazzjonijiet dwar it-tmiem ta’ l-assistenza taħt l-Artikolu 38(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandu jkollu funzjoni indipendenti mill-:

    (a) l-awtorità ta’ ġestjoni maħtura;

    (b) il-persuna jew id-dipartiment fi ħdan l-awtorità ta’ ħlas responsabbli għall-istabbiliment taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 9(1);

    (ċ) korpi intermedji.

    Għandha twettaq eżami skond standards ta’ verifika aċċettati fuq livell internazzjonali. Għandha tkun fornuta mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ ħlas u mill-korpi intermedji bl-informazzjoni kollha meħtieġa u għandha tingħata aċċess għar-records u l-evidenza ta’ appoġġ meħtieġa għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni.

    Artikolu 16

    Id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq eżami tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, tat-tisjib tal-kontrolli diġà mwettqa u, fejn ikun hemm bżonn, ta’ kontroll kampjun tat-transazzjonijiet. Il-persuna jew id-dipartiment li joħroġ id-dikjarazzjoni għandu jagħmel l-inkjesti kollha meħtieġa sabiex jikseb assigurazzjoni raġonevoli li d-dikjarazzjoni ċċertifikata ta’ l-infiq hija korretta u li t-transazzjonjiet li jkunu għaddejjin huma legali u regolari.

    Id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu fformulati fuq il-bażi tal-mudell indikattiv fl-Anness III u għandhom ikunu akkompanjati b’rapport li għandu jinkludi l-informazzjoni kollha relevanti sabiex tiġġustifika d-dikjarazzjoni, inkluż sommarju tat-tisjib tal-kontrolli kollha mwettqa mill-korpi nazzjonali u tal-Komunità li d-dikjarant kellu aċċess għalihom.

    Artikolu 17

    Jekk il-preżenza ta’ djufijiet importanti fil-ġestjoni jew fil-kontroll jew il-frekwenza għolja ta’ irregolaritajiet li wieħed iltaqa’ magħhom ma jħallux id-disposizzjoni ta’ assigurazzjoni totali pożittiva fir-rigward tal-validità tat-talba għall-ħlas tal-bilanċ finali u ċ-ċertifikat finali ta’ nfiq, id-dikjarazzjoni għandha tirreferi għal dawn iċ-ċirkostanzi u għandha tistma kemm hija kbira l-problema u l-impatt finanzjarju tagħha.

    F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tista’ titlob li jsir kontroll ieħor bil-għan li jiġu identifikati u rettifikati l-irregolaritajiet fi ħdan il-perjodu ta’ żmien speċifikat.

    KAPITOLU VI

    Forma u kontenut ta’ l-informazzjoni ta’ żamma ta’ kontijiet li għandha tinżamm u li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni meta mitluba

    Artikolu 18

    1. Ir-records taż-żamma tal-kontijiet fuq ħidmiet li msemmija fl-Anness I għandhom kemm jista’ jkun possibbli jinżammu f’forma komputerizzata. Records bħal dawn għandhom ikunu dis ponibbli għall-Kummissjoni fuq talba speċifika għall-għan li jitwettqu kontrolli dokumentarji u fuq il-post, mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet sabiex jiġu kkomunikati aġġornamenti ta’ pjanijiet finanzjarji taħt l-Artikolu 18(3)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u l-informazzjoni finanzjarja taħt l-Artikolu 32 tiegħu.

    2. Il-Kummissjoni għandha tiftiehem ma’ kull Stat Membru dwar il-kontenut tar-records tal-kompjuter li għandhom isiru disponibbli taħt il-paragrafu 1, il-mezz li bih dawn jiġu kkomunikati, u t-tul tal-perjodu meħtieġ sabiex jiġu żviluppati kwalunkwe sistemi tal-kompjuter meħtieġa waqt li jiġi kkunsidrat il-ftehim previst fl-Artikolu 18(3)(e) tar-Regolament (KE Nru 1260/1999 L-iskop ta’ l-informazzjoni li tista’ tiġi mitluba, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ppreferuti għat-trasferiment tal-files tal-kompjuter lill-Kummissjoni, huma indikati fl-Annessi IV u V.

    3. Fuq talba bil-miktub tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bir-records msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 10 t’ijiem xogħol mill-irċevuta tat-talba. Jista’ jiġi miftiehem perjodu differenti bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru, b’mod partikolari fejn ir-records ma jkunux disponibbli fil-forma komputerizzata.

    4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni mgħoddija mill-Istati Membri jew miġbura minnha waqt spezzjonijiet fuq il-post, tinżamm kunfidenzjali u protetta bi qbil ma’ l-Artikolu 287 tat-Trattat u r-regoli tal-Kummissjoni dwar l-użu ta’ u l-aċċess għall-informazzjoni.

    5. Soġġetti għal-liġijiet nazzjonali relevanti, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom ikollhom aċċess għad-dokumenti kollha mħejjija jew bil-ħsieb għal jew wara kontrolli mwettqa taħt dan ir-Regolament u għad-data miżmuma, inkluża dik maħżuna fis-sistemi tal-kompjuter.

    KAPITOLU VII

    Disposizzjonijiet ġenerali u finali

    Artikolu 19

    Fil-każ ta’ forom ta’ assistenza fejn hemm benefiċċjarji f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri konċernati għandhom jiftehmu ma’ xulxin dwar l-arranġamenti komuni meħtieġa sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, waqt li jingħata kas tal-liġi nazzjonali, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-arranġamenti miftehma. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri konċernati għandhom jipprovdu lil xulxin bl-assistenza amministrattiva neċessarja kollha.

    Artikolu 20

    Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ Stat Membru taħt ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 li l-Kummissjoni tingħata informazzjoni biżżejjed sabiex tistma l-pjanijiet, inkluża informazzjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 34(1) tar-Regolament, u għad-dritt tal-Kummissjoni li teħtieġ aktar informazzjoni qabel ma tadotta d-deċiżjonijiet tagħha taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament.

    Artikolu 21

    Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jimpedixxi lill-Istati Membri milli japplikaw regoli aktar rigorużi minn dawk preskritti fih.

    Artikolu 22

    Ir-Regolament (KE) Nru 2064/97 qed jiġi hawn revokat.

    Id-disposizzjonijiet tiegħu, iżda, għandhom jibqgħu japplikaw għal assistenza mogħtija għall-perjodu tal-programm 1994 sa 1999 taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88.

    Artikolu 23

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Marzu 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Michel Barnier

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

    [2] ĠU L 290, tat-23.10.1997, p. 1.

    [3] ĠU L 298, tas-7.11.1998, p. 15.

    [4] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 9.

    [5] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 11.

    [6] ĠU L 83, tas-27.3.1999, p. 1.

    [7] ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2.

    [8] ĠU L 178, tat-12.7.1994, p. 43.

    [9] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 39.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    DESKRIZZJONI INDIKATTIVA TAL-ĦTIĠIET TA’ INFORMAZZJONI GĦAL SEKWENZA TAT-TRANSAZZJONIJIET ADEGWATA (L-Artikolu 7)

    Sekwenza tat-transazzjonijiet adegwata, kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2), hija preżenti meta, għal assistenza partikolari:

    1. Il-kotba tal-kontijiet miżmuma fil-livell ta’ ġestjoni addattat jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar infiq fil-fatt imġarrab f’kull waħda mill-ħidmiet ko-finanzjata mill-benefiċċjarji finali inklużi, fejn ta’ l-aħħar ma humiex ir-reċipjenti finali tal-fondi, il-korpi u d-ditti li jwettqu l-ħidmiet. Il-kotba tal-kontijiet juru d-data li fiha ġew maħluqa, l-ammont ta’ kull oġġett ta’ infiq, in-natura tad-dokumenti ta’ appoġġ u d-data u l-metodu ta’ ħlas. L-evidenza dokumentarja meħtieġa (eż. fatturi) hija mehmuża.

    2. Għal oġġetti ta’ infiq li għandhom x’jaqsmu parzjalment biss mal-ħidma ko-finanzjata, għandha tiġi murija l-preċiżjoni ta’ l-allokazzjoni ta’ l-infiq bejn il-ħidma ko-finanzjata u l-ħidmiet l-oħra. L-istess ħaġa tapplika għal tipi ta’ infiq li huma meqjusin eliġibbli biss fi ħdan ċerti limiti jew fi proporzjon ta’ spejjeż oħra.

    3. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-pjan finanzjarju tal-ħidma, rapporti tal-progress, id-dokumenti dwar l-approvazzjoni ta’ l-għotja u l-proċeduri kontraenti u tas-sejħiet għall-offerti, u rapporti dwar sezzjonijiet tal-prodotti u servizzi ko-finanzjati fil-ħidma għandhom jinżammu wkoll fil-livell addattat ta’ ġestjoni.

    4. Għal infiq dikjarat fil-fatt imġarrab f’ħidmiet ko-iffinanzjati lil korp intermedju li jkun bejn il-benefiċċjarju finali jew il-korp jew ditta li twettaq il-ħidma u l-awtorità ta’ ħlas, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi magħduda f’dikjarazzjoni dettaljata ta’ l-infiq għal kull ħidma li tkopri l-oġġetti individwali ta’ infiq kollha għall-għan li jiġi kkalkolat l-ammont totali ċċertifikat. Id-dikjarazzjonijiet dettaljati ta’ infiq jikkostitwixxu dokumenti ta’ appoġġ għar-records ta’ żamma ta’ kontijiet tal-korp intermedju.

    5. Korpi intermedji għandhom iżommu records ta’ żamma ta’ kontijiet għal kull ħidma u għall-ammonti totali ta’ l-infiq iċċertifkat mill-benefiċċjarji finali. Korpi intermedji li jirrapportaw lill-awtorità ta’ ħlas maħtura taħt l-Artikolu 9(o) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandhom jippreżentawlha lista ta’ ħidmiet approvati taħt kull assistenza, waqt li jidentifikaw kull ħidma fid-dettal u jindikaw il-benefiċċjarju finali, id-data ta’ l-approvazzjoni ta’ l-għotja, l-ammonti mwegħda u mħallsa u l-perjodu ta’ l-infiq, u l-infiq totali skond l-ammont u subprogramm jew prijorità. Din l-informazzjoni tikkostitwixxi dokumentazzjoni ta’ appoġġ għar-records tal-kontabilità ta’ l-awtorità ta’ ħlas u hija l-bażi għall-applikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ infiq li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.

    6. Fil-każijiet ta’ benefiċċjarji finali li jirraportaw direttament lill-awtorità ta’ ħlas, id-dikjarazzjonijiet dettaljati ta’ l-infiq li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 jikkostitwixxu dokumentazzjoni ta’ appoġġ għar-records ta’ żamma ta’ kontijiet ta’ l-awtorità ta’ ħlas, li hija responsabbli għall-ġabra ta’ lista ta’ ħidmiet ko-finanzjati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5.

    7. Fejn ikun hemm aktar minn korp intermedju wieħed bejn il-benefiċċjarju finali jew il-korp jew ditta li twettaq il-ħidma u l-awtorità ta’ ħlas, kull korp intermedju għall-qasam ta’ responsabbilità tiegħu jeħtieġ dikjarazzjonijiet dettaljati ta’ l-infiq mill-korp taħtu bħala dokumentazzjoni ta’ appoġġ għar-records ta’ żamma ta’ kontijiet tiegħu, li minnhom jipprovdi għallinqas sommarju ta’ l-infiq fuq kull ħidma individwali lill-korp ta’ fuqha.

    8. Fil-każ ta’ trasferiment komputerizzat ta’ data ta’ kontijiet, l-awtoritajiet u l-korpi kollha konċernati għandhom jiksbu informazzjoni Adegwata mil-livell l-aktar baxx sabiex jiġġustifikaw ir-records tal-kontijiet tagħhom u l-ammonti rrapportati ’l fuq, sabiex tiġi żgurata sekwenza ta’ transazzjonijiet Adegwata mill-ammonti totali sommarji ċċertifikati lill-Kummissjoni sa l-oġġetti ta’ infiq individwali u d-dokumenti ta’ appoġġ fil-livell tal-benefiċċjarji finali u l-korpi u d-ditti li jwettqu l-ħidmiet.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    1. GĦANTA’ L-INFORMAZZJONI DWAR IL-ĦIDMIET LI GĦANDHOM ISIRU DISPONIBBLI LILL-KUMMISSJONI META MITLUBA GĦALL-GĦAN TA’ DOKUMENTAZZJONI U KONTROLLI FUQ IL-POST

    Id-data mitluba tista’ tinkludi dan li ġej, il-kontenut eżatt soġġett għal ftehim ma’ l-Istat Membru għall-Fond konċernat (Reġjonali, Soċjali, Taqsima ta’ Gwida tal-FEGGA, Sajd). In-numri tal-qasam (field) jirrapreżentaw l-istruttura preferita tar-record meta jiġu kkompilati files tal-kompjuter għal trasferiment lill-Kummissjoni [1].

    A. DATA DWAR IL-ĦIDMA (fir-rigward ta’ kull deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ l-għotja)

    Qasam 1. Kodici ta' CCI tal-Programm ta’ ħidma/Dokument ta’ Pprogrammar Waħdieni (ara Code commun d'identification)

    Qasam 2. Isem tal-Programm ta’ ħidma/Dokument ta’ Pprogrammar Waħdieni

    Qasam 3. Kodiċi ta’ Prijorità (jew assitenza teknika)

    Qasam 4. Isem tal-Prijorità (jew assitenza teknika)

    Qasam 5. Kodiċi tal-komponent tal-programm (miżura, submiżura, azzjoni eċċ.)

    Qasam 6. Isem tal-komponent tal-programm (miżura, submiżura, azzjoni eċċ.)

    Qasam 7. Fond Strutturali

    Qasam 8. Awtorità ta’ ħlas

    Qasam 9. Awtorità amministrattiva

    Qasam 10. Korp jew korpi intermedji (għajr l-awtorità amministrattiva) lil min il-benefiċċjarju jiddikjara l-infiq

    Qasam 11. Kodiċi tal-ħidma [2]

    Qasam 12. L-isem tal-ħidma

    Qasam 13. L-isem tar-reġjun jew żona fejn tinsab/qegħda titwettaq il-ħidma

    Qasam 14. Kodiċi tar-reġjun jew taż-żona

    Qasam 15. Deskrizzjoni qasira tal-ħidma

    Qasam 16. Bidu tal-perjodu ta’ l-eleġibbilità għall-infiq

    Qasam 17. Tmiem tal-perjodu ta’ l-eleġibbilità għall-infiq

    Qasam 18. Korp li joħroġ l-approvazzjoni ta’ l-għotja [3]

    Qasam 19. Data ta’ approvazzjoni

    Qasam 20. Numru ta’ referenza tal-benefiċċjarju finali [4]

    Qasam 21. Numru ta’ referenza tal-korp jew ditta responsabbli għal li l-benefiċċjarju jwettaq il-ħidma (jekk mhux il-benefiċċjarju finali)

    Qasam 22. Munita (jekk mhux il-euro)

    Qasam 23. Spiża totali tal-ħidma [5]

    Qasam 24. Spiża eliġibbli totali tal-ħidma [6]

    Qasam 25. Spiża għal kofinanzjament [7]

    Qasam 26. Kontribuzzjoni tal-Komunità

    Qasam 27. Kontribuzzjoni tal-Komunità f’% (jekk irreġistrata flimkien ma’ qasam 26)

    Qasam 28. Fondi pubbliċi nazzjonali

    Qasam 29. Fondi tal-gvern ċentrali nazzjonali

    Qasam 30. Fondi pubbliċi reġjonali nazzjonali

    Qasam 31. Fondi pubbliċi lokali nazzjonali

    Qasam 32. Fondi pubbliċi nazzjonali oħra

    Qasam 33. Finanzjament privat

    Qasam 34. Finanzjament tal-BEI

    Qasam 35. Finanzjament ieħor

    Qasam 36. Intervent skond il-kategorija u s-subkategorija bi qbil mas-sezzjoni 3 ta’ dan l-Anness

    Qasam 37. Lok f’żoni urbani/rurali [8]

    Qasam 38. Effett fuq l-ambjent [9]

    Qasam 39. Effett fuq l-ugwaljanza fl-opportunitajiet [10]

    Qasam 40. Indikatur [11]

    Qasam 41. Unità ta’ kejl ta’ l-indikatur

    Qasam 42. Valur fil-mira ta’ l-indikatur għall-ħidma

    B. INFIQ IDDIKJARAT FUQ IL-ĦIDMA

    L-informazzjoni mitluba tista’ tkun limitata għar-records ta’ nfiq dikjarati għal kull ħidma mill-benefiċċjarju finali (taqsima 1). Bi qbil ma’ l-Istat Membru, l-informazzjoni mitluba jista’ jkollha x’taqsam ma’ pagamenti individwali mill-benefiċċjarju finali jew mill-korp jew mid-ditta li jkun qiegħed li jkunu qegħdin iwettqu l-ħidma, jekk mhux il-benefiċċjarju finali (taqsima 2).

    1. Infiq dikjarat mill-benefiċċjarju finali sabiex jiġi nkluż fid-dikjrazzjonijiet ta’ infiq lill-Kummissjoni

    Qasam 43. Kodiċi tal-ħidma (= qasam 11)

    Qasam 44. Isem tal-ħidma (= qasam 12)

    Qasam 45. Numru ta’ referenza tat-talba

    Qasam 46. Infiq dikjarat bħala eliġibbli għal kofinanzjament

    Qasam 47. Kontribuzzjoni tal-Komunità

    Qasam 48. Kontribuzzjoni tal-Komunità f’% (jekk irreġistrata flimkien ma’ qasam 47)

    Qasam 49. Fondi pubbliċi nazzjonali

    Qasam 50. Fondi tal-gvern ċentrali nazzjonali

    Qasam 51. Fondi pubbliċi reġjonali nazzjonali

    Qasam 52. Fondi pubbliċi lokali nazzjonali

    Qasam 53. Fondi pubbliċi nazzjonali oħra

    Qasam 54. Finanzjament privat

    Qasam 55. Finanzjament tal-BEI

    Qasam 56. Finanzjament ieħor

    Qasam 57. Isem tal-korp li jiddikjara l-infiq jekk mhux il-benefiċċjarju finali [12]

    Qasam 58. Data taż-żamma tal-kontijiet (data tal-ħolqien tar-rekord) [13]

    Qasam 59. Lok tad-dokumeni dettaljati ta’ appoġġ għat-talba mill-benefiċċjarju finali [14]

    Qasam 60. Bidu tal-perjodu li fih jiġi mġarrab l-infiq

    Qasam 61. Tmiem tal-perjodu li fih jiġi mġarrab l-infiq

    Qasam 62. Dħul imnaqqas mill-infiq dikjarat, jekk applikabbli

    Qasam 63. Korrezzjonijiet finanzjarji mnaqqsa mit-talba, jekk applikabbli

    Qasam 64. Infiq dikjarat u ċertifikat mill-awtorità ta’ ħlas (euro)

    Qasam 65. Data tad-dikjarazzjoni ta’ infiq mill-awtorità ta’ ħlas

    Qasam 66. Rata ta’ l-euro jew rati applikati [15]

    Qasam 67. Data ta’ kwalunkwe verifika fuq il-post

    Qasam 68. Korp li jwettaq il-verifika fuq il-post

    Qasam 69. Indikatur [16] (= 40)

    Qasam 70. Unità ta’ kejl ta’ l-indikatur (= 41)

    Qasam 71. Grad ta’ lħuq tal-mira għall-ħidma fid-data tad-dikjarazzjoni (%)

    Qasam 72. Grad ta’ lħuq tal-mira għall-ħidma fid-data tad-dikjarazzjoni meta mqabbel mal-progress ippjanat skond il-pjan tal-bidu (%)

    2. Data fuq pagamenti individwali mill-benefiċċjarju finali jew mill-korp jew ditta li tkun qiegħda twettaq il-ħidma (bi ftehim)

    Qasam 73. Ammont tal-pagament

    Qasam 74. Numru ta’ referenza tat-talba

    Qasam 75. Data tal-pagament [17]

    Qasam 76. Data taż-żamma tal-kontijiet [18]

    Qasam 77. Lok tad-dokumenti dettaljati ta’ appoġġ għall-pagament mill-benefiċċjarju finali [19]

    Qasam 78. Benefiċċjarju (fornitur tal-merkanzija u servizzi; kuntrattur): isem:

    Qasam 79. Numru ta’ referenza tal-benefiċċjarju:

    2. KLASSIFIKAZZJONI TA’ ŻONI TA’ INTERVENT

    A. Żoni ta’ intervent

    Il-lista ta’ taħt ta’ żoni ta’ intervent mill-Fond Strutturali hija bbażata fuq l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u ġiet miġbura sabiex tgħin lis-servizzi tal-Kummissjoni jirrapportaw dwar l-attività tal-Fond Strutturali.

    Barra mill-użu tagħha fir-rapporti annwali dwar il-Fondi Strutturali u l-kontribuzzjoni tagħha għal komunikazzjoni ċara fil-politika differenti tal-Komunità, informazzjoni bħal din skond il-kategorija hija meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tirrispondi għat-talbiet għal informazzjoni mill-istituzzjonijiet tal-KE, mill-Istati Membri u mill-pubbliku.

    Din l-analiżi f’kategoriji hija parti mill-attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ informazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-programmi, u mhiex maħsuba sabiex tissostitwixxi l-analiżi li fuqha huma bbażati, il-prijoritajiet tal-programm, jew l-impatti speċifiċi identifikati u l-miżuri matul l-eżerċizzji ta’ evalwazzjoni.

    Fit-tfassil tal-miżuri fi ħdan il-programmi tal-Fond Strutturali, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-possibilità li jużaw klassifikazzjoni li tixraq l-aħjar is-sitwazzjoni nazzjonali u reġjonali tagħhom, li tista’, jekk ikunu jixtiequ dan, li tkun ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tal-Kummissjoni. Huwa mportanti, li l-Kummissjoni tkun f’posizzjoni li tiġbor sommarji dwar l-attivitajiet tal-Fond skond l-oqsma differenti ta’ intervent. B’hekk, il-kumplament tal-programm għandu juri r-rabta bejn kull miżura u l-kategorija li tikkorrespondi fil-lista tal-Kummissjoni. Ir-rabta tista’, eżempju, tiġi murija billi jiġi applikat il-kodiċi x-xieraq għal kull miżura jew billi tiġi ċċarata l-korrispondenza bejn il-kodiċi nazzjonali u l-kategoriji tal-Kummissjoni. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali dwar il-programmi għandhom juru r-rabta wkoll.

    Il-lista mhiex ġdida iżda hija bbażata fuq l-14-il kategorija bażika wżati fil-programmi ta’ Għan 1 fl-eżerċizzju ta’ addizzjonalità matul il-perjodu ta’ pprogrammar ta’ qabel.

    B. Informazzjoni addizzjonali

    Fil-kuntest tal-ġestjoni finanzjarja tal-ħidmiet, il-Kummissjoni indikat it-tip ta’ informazzjoni li l-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli, b’mod partikolari jekk:

    1. il-lok tal-proġett huwa (a) urban, (b) rurali jew (ċ) mhux ġeografikament delimitat;

    2. il-proġett (a) għandu l-ambjent bħala l-mira prinċipali tiegħu, (b) jibża’ għall-ambjent, (ċ) huwa ambjentalment newtrali;

    3. il-proġett (a) għandu l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala l-mira prinċipali tiegħu, (b) huwa pożittiv f’termini ta’ l-ugwaljanza nisa-rġiel jew (ċ) huwa newtrali f’termini ta’ ugwaljanza bħal din.

    Id-disponibbilità ta’ din l-informazzjoni fil-kuntest tal-ġestjoni finanzjarja u l-ħtiġiet sabiex tintuża din il-klassifikazzjoni sejra tippermetti lill-Kummissjoni tissodisfa l-ħtiġiet taċ-ċittadini Ewropej.

    3. KLASSIFIKAZZJONI

    1. Ambjent produttiv

    11 Agrikoltura

    111 Investimenti f’ishma agrikoli

    112 Trawwim ta’ bdiewa żgħażagħ

    113 Taħriġ vokazzjonali speċifiku għall-agrikoltura

    114 Titjib fl-ipproċessar u marketing ta’ prodotti agrikoli

    12 Forestrija

    121 Investimenti f’ishma li għandhom x’jaqsmu mal-forestrija

    122 Titjib fil-ħżin, ipproċessar u marketing ta’ prodotti li ġejjin mill-forestrija

    123 Promozzjoni ta’ fergħat ġodda għall-użu u għall-marketing ta’ prodotti li ġejjin mill-forestrija

    124 Stabbiliment ta’ assoċjazzjonijiet ta’ ishma tal-forestrija

    125 Ristawr tal-produzzjoni tal-forestrija li setgħet ġiet milquta minn ħsara permezz ta’ disastri naturali u introduzzjoni ta’ strumenti ta’ intervent

    126 Tħawwil f’art mhux għall-biedja

    127 Titjib u żamma ta’ l-istabbilità ekoloġika ta’ artijiet imsaġġra protetti

    128 Taħriġ vokazzjonali speċifiku għall-forestrija

    13 Promozzjoni ta’ l-addattament u l-iżvilupp taż-żoni rurali

    1301 Titjib ta’ l-art

    1302 Taqsim mill-ġdid

    1303 Stabbiliment ta’ għajnuna għall-irziezet u servizzi ta’ ġestjoni ta’ razzett

    1304 Marketing ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità

    1305 Servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali

    1306 Rinnovazzjoni u żvilupp ta’ villaġġi u protezzjoni u konservazzjoni tal-wirt rurali

    1307 Diversifikazzjoni ta’ attivitajiet agrikoli u attivitajiet qrib l-agrikoltura, sabiex jiġu pprovduti attivitajiet multipli jew dħul alternattiv

    1308 Ġestjoni ta’ riżorsi agrikoli ta’ l-ilma

    1309 Żvilupp u titjib fl-infrastruttura marbuta ma’ l-iżvilupp fl-agrikoltura

    1310 Appoġġ għal attivitajiet turistiċi

    1311 Appoġġ għal attivitajiet tas-snajja relatati ma’ l-irziezet

    1312 Protezzjoni ta’ l-ambjent fir-rigward ta’ l-art, forestrija u konservazzjoni tal-pajsaġġ kif ukoll fir-rigward tat-titjib fil-benesseri ta’ l-annimali

    1313 Ristawr tal-produzzjoni agrikola li setgħet ġiet milquta minn ħsara permezz ta’ disastri naturali u introduzzjoni ta’ strumenti ta’ intervent

    1314 Inġinerija finanzjarja

    14 Sajd

    141 Aġġustament fil-ħidma tas-sajd

    142 Tiġdid u modernizzazzjoni tal-flotta tas-sajd

    143 Ipproċessar, marketing u promozzjoni ta’ prodotti tas-sajd

    144 Akwakultura

    145 Faċilitajiet tas-sajd tal-port u protezzjoni u żvilupp ta’ riżorsi akwatiċi

    146 Miżuri soċjo-ekonomiċi u għajnuniet għal waqfien temporanju ta’ l-attivitajiet u kumpens finanzjarju ieħor

    147 Operazzjonijiet minn membri tas-sengħa, sajd ta’ skala żgħira ta’ mal-kosta u sajd intern

    148 Miżuri ffinanzjati permezz ta’ Fondi Strutturali oħra (ERDF, ESF)

    15 Appoġġ għal ditti kbar

    151 Investiment fil-kapital fiżiku (impjant u tagħmir, ko-ffinanzjat mill-għajnuna ta’ l-Istat)

    152 Teknoloġiji li jibżgħu għall-ambjent, teknoloġiji ta’ l-enerġija nodfa u ekonomiċi

    153 Servizzi ta’ parir fuq in-negozju (li jinkludu internazzjonalizzazzjoni, esportazzjoni u ġestjoni ambjentali, xiri tat-teknoloġija)

    154 Servizzi għall-partijiet interessati (saħħa u sigurtà, għoti ta’ kura għad-dipendenti)

    155 Inġinerija finanzjarja

    16 Għajnuna għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u għal negozji ta’ oġġetti relatati mas-snajja

    161 Investiment fil-kapital fiżiku (impjant u tagħmir, ko-finanzjat mill-għajnuna ta’ l-Istat)

    162 Teknoloġiji li jibżgħu għall-ambjent, teknoloġiji ta’ l-enerġija nodfa u ekonomiċi

    163 Servizzi ta’ parir fuq in-negozju (informazzjoni, ippjanar tan-negozju, sevizzi ta’ konsulenza, marketing, ġestjoni, disinn, internazzjonalizzazzjoni, esportazzjoni, ġestjoni ambjentali, xiri tat-teknoloġija)

    164 Servizzi maqsumin tan-negozju (siti tan-negozju, unitajiet inkubaturi, stimulazzjoni, servizzi promozzjonali, networking, konferenzi, fieri kummerċjali)

    165 Inġinerija finanzjarja

    166 Servizzi fis-settur volontarju/terz (li jipprovdu kura għad-dipendenti, saħħa u sigurtà, attivitajiet kulturali)

    167 Taħriġ vokazzjonali speċifiku għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u speċifiku għas-snajja

    17 Turiżmu

    171 Investiment fiżiku (ċentri ta’ informazzjoni, akkomodazzjoni turistika, fornimenti ta’ ikel, faċilitajiet

    172 Investiment mhux fiżiku (żvilupp u forniment ta’ servizzi għat-turisti, attivitajiet sportivi, kulturali u ta’ tgawdija, wirt)

    173 Servizzi maqsuma għall-industrija tat-turiżmu (li jinkludu attivitajiet promozzjonali, networking, konferenzi u fieri kummerċjali)

    174 Taħriġ vokazzjonali speċifiku għat-turiżmu

    18 Riċerka, żvilupp u innovazzjoni teknoloġika (RTDI)

    181 Proġetti ta’ riċerka bbażati f’universitajiet u istituti ta’ riċerka

    182 Innovazzjoni u trasferimenti tat-teknoloġija, stabbiliment ta’ networks u sħubiji bejn negozji u/jew istituti ta’ riċerka

    183 Infrastruttura tal-RTDI

    184 Taħriġ għar-riċerkaturi

    2. Riżorsi umani

    21 Il-politika tas-suq tax-xogħol

    22 Inklużjoni soċjali

    23 Żvilupp ta’ taħriġ edukazzjonali u vokazzjonali mhux marbut ma’ settur speċifiku (persuni, ditti)

    24 Flessibilità tas-saħħa tax-xogħol, attività intraprenditorjali, innovazzjoni, teknoloġiji ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni (persuni, ditti)

    25 Azzjonijiet pożittivi tas-suq tax-xogħol għan-nisa

    3. Infrastruttura bażika

    31 Infrastruttura tat-trasport

    311 Linji tal-ferrovija

    312 Toroq

    3121 Toroq nazzjonali

    3122 Toroq reġjonali/lokali

    3123 Mogħdijat għaċ-ċiklisti

    313 Motorways

    314 Ajruporti

    315 Portijiet

    316 Mogħdijat ta’ l-ilma

    317 Trasport urban

    318 Trasport multimodali

    319 Sistemi ta’ trasport intelliġenti

    32 Infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet u s-soċjetà ta’ l-informatika

    321 Infrastruttura bażika

    322 Teknoloġija ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (inklużi l-miżuri ta’ trasmissjoni ta’ sigurtà u ta’ bla perikolu)

    323 Servizzi u applikazzjonijiet għaċ-ċittadini (saħħa, ġestjoni, edukazzjoni)

    324 Servizzi u applikazzjonijiet għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (kummerċ elettroniku u transizzjonijiet, edukazzjoni u taħriġ, networking)

    33 Infrastrutturi ta’ l-enerġija (produzzjoni, kunsinna)

    331 Elettriku, gass, prodotti tal-petroleum, fuwil solidu

    332 Sorsi ta’ l-enerġija li jistgħu jiġu mġedda (enerġija solari, saħħa tar-riħ, idroelettriċità, biomass)

    333 Effiċjenza ta’ l-enerġija, koġenerazzjoni, kontroll ta’ l-enerġija

    34 Infrastruttura ambjentali (inkluż l-ilma)

    341 Arja

    342 Ħoss

    343 Fdal urban u industrijali (inkluż fdal ta’ l-isptar u fdal perikoluż)

    344 Ilma tax-xorb (ġbir, ħżin, trattament u distribuzzjoni)

    345 Sistema ta’ dranaġġi u purifikazzjoni

    35 Ippjanar u riabilitazzjoni ta’ spazji

    351 Titjib u riabilitazzjoni ta’ siti industrijali u militari

    352 Riabilitazzjoni ta’ żoni urbani

    353 Protezzjoni, titjib u riġenerazzjoni ta’ l-ambjent naturali

    354 Żamma u ristawr tal-wirt kulturali

    36 Infrastruttura soċjali u tas-saħħa pubblika

    4. Mixxellanji

    41 Assistenza teknika u azzjonijiet ta’ innovazzjoni (ERDF, ESF, EAGGF, FIFG)

    411 Preparazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ, publiċità

    412 Evalwazzjoni

    413 Studji

    414 Azzjonijiet innovattivi

    415 Informazzjoni għall-pubbliku

    [1] Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kompilazzjoni tal-files tal-kompjuter f’punt 2 ta’ l-Anness V.

    [2] Ħidma hija proġett jew azzjoni mwettqa mill-benefiċċjarju finali jew, fejn dan ta’ l-aħħar mhuwiex ir-reċipjent finali tal-fond, minn korp jew ditta li taġixxi taħt ir-responsabilità tiegħu, li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet simili, u li normalment hija s-suġġett ta’ deċiżjoni waħdanija ta’ approvazzjoni ta’ għotja Hija meħtieġa data fuq ħidmiet individwali, mhux data totali li tinkludi l-attivitajiet tal-benefiċċjarji finali li ma jwettqux il-ħidmiet huma stess (ara wkoll l-Anness I ta’ dan ir-Regolament u l-paragrafi 1.2, 1.3 u 2 tar-Regola Nru 1 ta’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1685/2000 dwar l-eliġibbilità ta’ l-infiq. Iżda, fil-każ ta’ skemi b’benefiċċjarji multipli żgħar, jista’ jsir qbil fuq is-sottomissjoni ta’ data miġbura flimkien

    [3] Ara l-paragrafu 3 ta’ l-Anness I.

    [4] Kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għall-għanijiet tad-dikjarazzjoni ta’ l-infiq.

    [5] Inklużi l-ispejjeż mhux eliġibbli għajr mill-bażi għall-kalkolazzjoni tal-finanzjament pubbliku.

    [6] Spejjeż inklużi fil-bażi għall-kalkolazzjoni tal-finanzjament pubbliku.

    [7] L-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

    [8] Il-lok tal-ħidma huwa (a) urban, (b) rurali jew (ċ) mhux ġejografikament delimitat;

    [9] il-proġett (a) għandu l-ambjent bħala l-mira prinċipali tiegħu, (b) jibża’ għall-ambjent, (ċ) huwa ambjentalment newtrali;

    [10] Il-ħidma (a) għandha l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala l-mira prinċipali tagħha, (b) hija pożittiva f’termini ta’ ugwaljanza nisa-rġiel jew (ċ) hijanewtrali f’termini ta’ ugwaljanza bħal din.

    [11] Indikaturi principali ta' monitoraġġ li għandhom jiġu indikati (soggetti għal qbil ma' Stat Membru)

    [12] Jekk il-benefiċċjarju finali jiddikjara infiq lil korpi intermedji jew lill-awtorità ta’ ġestjoni li jgħaddu t-talba lill-awtorità ta’ ħlas, il-Kummissjoni tista’ titlob id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet ta’ infiq f’kull livell sabiex issegwi s-sekwenza tat-transazzjonijiet (ara l-paragrafu 5 għall-Anness I).

    [13] Paragrafu 1 ta’ l-Anness I.

    [14] Sekwenza ta’ transazzjonijiet: il-paragrafu 8 ta’ l-Anness I.

    [15] Indika r-rata applikata għal kull ammont dikjarat mill-benefiċċjarju finali jekk ikunu saru bosta dikjarazzjonijiet.

    [16] Indikaturi prinċipali ta’ monitoraġġ li għandhom jiġu indikati (soġġetti għal qbil ma’ Stat Membru).

    [17] Paragrafu 1 ta’ l-Anness I.

    [18] Paragrafu 1 ta’ l-Anness I.

    [19] Paragrafu 8 ta’ l-Anness I.

    --------------------------------------------------

    ANNESS V

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI PREFERITI GĦAT-TRASFERIMENT TA’ FILES TAL-KOMPJUTER LILL-KUMMISSJONI

    1. Mezzi ta’ trasferiment

    Jistgħu jiġu wżati ħafna mill-mezzi wżati fil-preżent, soġġetti għal qbil minn qabel mal-Kummissjoni. Din li ġejja hija lista mhux eżawrenti tal-mezzi ppreferiti.

    1. Mezz manjetiku

    - floppy disk: 3,5 pulzier, 1,4 Mb (Dos/Windows)

    kompressjoni mhux obbligatorja f’format ZIP.

    - DAT cartridge

    4 mm DDS-1 (90 m)

    - CD-ROM (WORM)

    2. Trasferiment elettroniku ta’ file

    - messaġġ dirett permezz ta’ E-mail

    għal files ta’ 5 Mb jew inqas

    kompressjoni mhux obbligatorja f’format ZIP

    - transferiment permezz ta’ FTP

    kompressjoni mhux obbligatorja f’format ZIP.

    2. Standard preferut għall-kompilazzjoni ta’ estratt mill-files tal-Kompjuter ta’ Stati Membri

    Il-file standard preferut għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

    1. Kull record tibda b’kodiċi ta’ tlett karattri li jidentifika l-informazzjoni miżmuma f’din ir-record. Hemm żewġ tipi ta’ records:

    (a) records dwar il-ħidma identifikata bil-kodiċi PRJ li jkun fihom informazzjoni ġenerali dwar il-ħidma. L-attribwiti tar-record (oqsma 1 sa 42) huma dawk deskritti f’Punt 1.A fl-anness IV.

    (b) records ta’ l-infiq identifikati bil-kodiċi PAY li jkun fihom informazzjoni dettaljata dwar l-infiq dikjarat fil-ħidma. L-attribwiti tar-record (oqsma 43 sa 79) huma dawk deskritti fil-Punt 1.B fl-anness IV.

    2. Records PRJ li jkun fihom informazzjoni għal ħidma huma immedjatament segwiti b’bosta records PAY li jkun fihom informazzjoni dwar l-infiq għall-ħidma,

    3. L-oqsma jkunu separati b’semi-colon (;). Żewġ semi-colons konsekuttivi jindikaw li ma hemm ebda data mogħtija għall-qasam ("qasam vojt"’).

    4. Ir-records ivarjaw fit-tul. Kull record tispiċċa b’kodiċi CR LF jew "Carriage return - Line feed" (f’hexadecimal: "OD 0A").

    5. Il-file ikun f’kodiċi ASCII

    6. Oqsma numeriċi li jirrapreżentaw ammonti:

    (a) Separatur deċimali: "."

    (b) Fejn meħtieġ, is-simbolu ("+" jew "-") għandu jidher fuq ix-xellug nett, segwit immedjatament bil-figuri.

    (ċ) Numru fiss ta’ deċimali

    (d) L-ebda spazju bejn il-figuri, l-ebda spazju bejn l-eluf.

    7. Qasam tad-data: "ĠĠXXSSSS" (il-ġurnata f’żewġ figuri, ix-xahar f’żewġ figuri, is-sena f’erba’ figuri).

    8. Data f’format ta’ kitba ma għandhiex titpoġġa f’virgoletti ("."). Ma hemmx għalfejn ngħidu li s-separatur tas-semi-colon";" ma għandux jintuża f’data f’format ta’ kitba.

    9. L-oqsma kollha: l-ebda spazju fil-bidu u fit-tmiem ta’ qasam.

    10. Files li jissodisfaw ir-regoli ta’ fuq jidhru bħall-eżempju li ġej:

    PRJ; 1999FI161D0002; Għan 1 Il-Finlandja tal-Lvant; 2; Żvilupp Kummerċjali; l; Għajnuna għall-Investment; …

    PAY; 1234; Joensuu Business Park; 2315; 103300; 51650; 50 %…

    11. Fil-każ ta’ files mill-Greċja, għandu jiġi applikat jew il-kodiċi ELOT-928 jew il-kodiċi ISO 8859-7

    3. Dokumentazzjoni

    Kull file għandu jkun akkompanjat b’somom ta’ kontroll għal li ġej:

    1. numru ta’ records,

    2. ammont totali

    3. total tas-subtotali għal kull assistenza

    Għal kull qasam espress b’kodiċi, it-tifsira tal-kodiċi wżat għandha tiġi mehmuża mal-file.

    It-total tar-records fil-file tal-kompjuter skond l-assistenza u s-subprogramm (prijorità) għandu jikkorrispondi għad-dikjarazzjonijiet ta’ pagament sottomessi lill-Kummissjoni għall-perjodu speċifikat fit-talba għall-informazzjoni. Kwalunkwe diskrepanza għandha tiġi ġġustifikata f’nota mehmuża mal-file.

    --------------------------------------------------

    Top