EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2704

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2704/1999 ta' l-14 ta’ Diċembru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti prodotti tal-bagħli

ĠU L 327, 21.12.1999, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2704/oj

31999R2704



Official Journal L 327 , 21/12/1999 P. 0012 - 0012


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2704/1999

ta' l-14 ta’ Diċembru 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti prodotti tal-bagħli

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummisjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3],

Billi:

(1) L-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 [4] jipprovdi illi l-art imserrħa tista’ tiġi użata għall-provvista ta’ materjali għall-fabbrikazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, sakemm jiġu applikati sistemi effettivi tal-kontroll.

(2) Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-punt 7 tal-Memorandum ta' Fehim dwar ċertu żrieragħ taż-żejt bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fil-qafas tal-GATT hemm il-ħtieġa li tkun ipprovduta l-possibbiltà li jitnaqqas l-ammont tal-prodotti sekondarji li jistgħu jiġu prodotti u użati għall-għalf jew għall-ikel, jekk inkella l-kwantità totali ta’ dawn il-prodotti sekondarji taqbeż il-miljun tunnellata metrika fis-sena espressa f’ekwivalenzi ta’ għalf tas-soya.

(3) Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999:

"Jekk il-kwantità ta’ prodotti sekondarji għall-użu bħala għalf jew bħala ikel li x’aktarx isiru disponibbli b'riżultat tal-kultivazzjoni taż-żerriegħa taż-żejt fuq l-art imserrħa skond l-ewwel subparagrafu, fuq il-bażi tal-kwantitajiet imbassra koperti bil-kuntratti magħmula mill-produtturi, taqbeż il-miljun tunellata metrika fis-sena espressa f’ekwivalenzi ta’ għalf mis-soya, sabiex din il-kwantità tiġi llimitata għal miljun tunellata metrika, għandu jiġi mnaqqas l-ammont tal-kwantità mbassra skond kull kuntratt, li jista’ jintuża għall-għalf jew għall-ikel."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Diċembru 1999.

Għall-Kunsill

K. Hemilä

Il-President

[1] ĠU C 12, tas-17.1.1996, p. 11.

[2] ĠU C 141, tat-13.5.1996, p. 277.

[3] ĠU C 97, ta'l-1.4.1996, p. 30.

[4] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

Top