This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R0423
Council Regulation (EC) No 423/1999 of 22 February 1999 amending Regulation (EC) No 975/98 on denominations and technical specifications of euro coins intended for circulation
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/1999 tat-22 Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 975/98 dwar denominazzjonjiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/1999 tat-22 Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 975/98 dwar denominazzjonjiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
ĠU L 52, 27.2.1999, p. 2–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/07/2014; Imħassar b' 32014R0729
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31998R0975 | Emenda | artikolu 1 | 01/01/1999 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31999R0423R(01) | (HU) | |||
Corrected by | 31999R0423R(02) | (LV) | |||
Corrected by | 31999R0423R(03) | (LV) | |||
Corrected by | 31999R0423R(04) | (BG) | |||
Corrected by | 31999R0423R(05) | (SV) | |||
Repealed by | 32014R0729 |
Official Journal L 052 , 27/02/1999 P. 0002 - 0003
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/1999 tat-22 Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 975/98 dwar denominazzjonjiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 105a(2) miġjub fih, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [2], Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189c tat-Trattat [3], Billi l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 975/98 [4] jippreskrivi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tmien denominazzjonijiet inklużi fl-ewwel serje tal-muniti euro; billi d-diretturi taz-zekka ħejjew, fuq il-bażi ta' dak ir-Regolament, l-ispeċifikazzjonijiet l-iktar dettaljati meħtieġa għall-produzzjoni; Billi l-industrija tal-bejgħ permezz ta' magni, wara li eżaminat dawn l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati, talbet għal-żieda fil-piż tal-munita tal-50 ċenteżmu sabiex tiżgura differenzazzjoni iktar ċara ta' din il-munita u tnaqqas ir-riskji ta' frodi; billi l-Unjoni Ewropea ta' l-Għomja, wara li ttestjat kampjuni mit-tiraturi ta' l-ewwel produzzjoni, ilmentat dwar l-issingjar fix-xfar tal-muniti tal-50 ċenteżmu u tal-10 ċenteżmi li ma jaqblux ma' l-issingjar tal-kampjun miftiehma minnha matul il-proċess ta' konsultazzjoni qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 975/88; billi, sabiex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni tas-sistema l-ġdida mill-utenti, jidher mixtieq li jintlaqgħu t-talbiet magħmula kemm mill-industrija tal-bejgħ permezz ta' magni u mill-Unjoni Ewropea ta' l-Għomja; billi sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' l-industrija tal-bejgħ permezz ta' magni, huwa meħtieġ li jiżdied il-piż tal-munita tal-50 ċenteżmu minn 7g għal 7,8 g; billi sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-Għomja u fil-futur jiġi evitat kull riskju ta' misinterpretazzjoni, huwa mixtieq li tiġi modifikata l-ispeċifikazzjoni għax-xfar tal-muniti tal- 50 u tal-10 ċenteżmi minn "issingjar mhux raffinat" għal "xifer iddisinjat bil-forma ta" arzell fin' li jirrifletti aħjar il-għamla tax-xifer oriġinarjament miftiehem mill-Unjoni Ewropea ta' l-Għomja għal dawk iż-żewġ muniti; Billi huwa essenzjali li l-modifikazzjonijiet ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkunu ristretti għall-piż tal-munita tal-50 ċenteżmu u għax-xfar tal-muniti ta' l-10 ċenteżmi u tal-50 ċenteżmu sabiex ma jikkompromettux il-kalendarju għall-produzzjoni u l-introduzzjoni tal-muniti euro fl-1 Jannar 2002, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 975/98, it-tabella għandha tkun emendata kif ġej: (1) Ir-raba' filliera li għandha x'taqsam mal-munita tal-50 ċenteżmu għandha tiġi emendata kif ġej: (a) fit-tielet kolonna, iċ-ċifra "1,69" għandha tiġi sostitwita bi "1,88"; (b) fir-raba' kolonna, iċ-ċifra "7" għandha tiġi sostitwita bi "7,8"; (ċ) fit-tmien kolonna, il-kliem "bi pressa ħoxna" għandhom jiġu sostitwiti bi "xfar iddisinjati bil-forma ta' arzell fin". (2) Fis-sitt filliera li għandha x'taqsam mal-munita ta' l-10 ċenteżmi, il-kliem fit-tmien kolonna "issingjar mhux raffinat" għandhom jiġu sostitwiti bi "xfar iddisinjati b'arzell fin". L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1999. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, skond it-Trattat, bla ħsara għall-Artikolu 109k(1) u l-Protokolli 11 u 12. Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 Frar 1999. Għall-Kunsill Il-President H.-F. von Ploetz [1] ĠU C 296, ta' l-24.9.1998, p. 10. [2] Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Novembru 1998 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 Novembru 1998 (ĠU C 379, tas-7.12.1998), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-21 Diċembru 1998 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad- 9 Frar 1999 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 139, tal-11.5.1998, p. 6. --------------------------------------------------