Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0423

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/1999 tat-22 Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 975/98 dwar denominazzjonjiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

OJ L 52, 27.2.1999, p. 2–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 001 P. 167 - 168
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 001 P. 167 - 168
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 001 P. 167 - 168
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 001 P. 167 - 168
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 001 P. 167 - 168
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 001 P. 167 - 168
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 001 P. 167 - 168
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 001 P. 167 - 168
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 001 P. 167 - 168
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 001 P. 163 - 164
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 001 P. 163 - 164
Special edition in Croatian: Chapter 10 Volume 002 P. 54 - 55

No longer in force, Date of end of validity: 21/07/2014; Imħassar b' 32014R0729

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/423/oj

31999R0423



Official Journal L 052 , 27/02/1999 P. 0002 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/1999

tat-22 Frar 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 975/98 dwar denominazzjonjiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 105a(2) miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [2],

Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189c tat-Trattat [3],

Billi l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 975/98 [4] jippreskrivi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tmien denominazzjonijiet inklużi fl-ewwel serje tal-muniti euro; billi d-diretturi taz-zekka ħejjew, fuq il-bażi ta' dak ir-Regolament, l-ispeċifikazzjonijiet l-iktar dettaljati meħtieġa għall-produzzjoni;

Billi l-industrija tal-bejgħ permezz ta' magni, wara li eżaminat dawn l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati, talbet għal-żieda fil-piż tal-munita tal-50 ċenteżmu sabiex tiżgura differenzazzjoni iktar ċara ta' din il-munita u tnaqqas ir-riskji ta' frodi; billi l-Unjoni Ewropea ta' l-Għomja, wara li ttestjat kampjuni mit-tiraturi ta' l-ewwel produzzjoni, ilmentat dwar l-issingjar fix-xfar tal-muniti tal-50 ċenteżmu u tal-10 ċenteżmi li ma jaqblux ma' l-issingjar tal-kampjun miftiehma minnha matul il-proċess ta' konsultazzjoni qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 975/88; billi, sabiex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni tas-sistema l-ġdida mill-utenti, jidher mixtieq li jintlaqgħu t-talbiet magħmula kemm mill-industrija tal-bejgħ permezz ta' magni u mill-Unjoni Ewropea ta' l-Għomja; billi sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' l-industrija tal-bejgħ permezz ta' magni, huwa meħtieġ li jiżdied il-piż tal-munita tal-50 ċenteżmu minn 7g għal 7,8 g; billi sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-Għomja u fil-futur jiġi evitat kull riskju ta' misinterpretazzjoni, huwa mixtieq li tiġi modifikata l-ispeċifikazzjoni għax-xfar tal-muniti tal- 50 u tal-10 ċenteżmi minn "issingjar mhux raffinat" għal "xifer iddisinjat bil-forma ta" arzell fin' li jirrifletti aħjar il-għamla tax-xifer oriġinarjament miftiehem mill-Unjoni Ewropea ta' l-Għomja għal dawk iż-żewġ muniti;

Billi huwa essenzjali li l-modifikazzjonijiet ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkunu ristretti għall-piż tal-munita tal-50 ċenteżmu u għax-xfar tal-muniti ta' l-10 ċenteżmi u tal-50 ċenteżmu sabiex ma jikkompromettux il-kalendarju għall-produzzjoni u l-introduzzjoni tal-muniti euro fl-1 Jannar 2002,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 975/98, it-tabella għandha tkun emendata kif ġej:

(1) Ir-raba' filliera li għandha x'taqsam mal-munita tal-50 ċenteżmu għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) fit-tielet kolonna, iċ-ċifra "1,69" għandha tiġi sostitwita bi "1,88";

(b) fir-raba' kolonna, iċ-ċifra "7" għandha tiġi sostitwita bi "7,8";

(ċ) fit-tmien kolonna, il-kliem "bi pressa ħoxna" għandhom jiġu sostitwiti bi "xfar iddisinjati bil-forma ta' arzell fin".

(2) Fis-sitt filliera li għandha x'taqsam mal-munita ta' l-10 ċenteżmi, il-kliem fit-tmien kolonna "issingjar mhux raffinat" għandhom jiġu sostitwiti bi "xfar iddisinjati b'arzell fin".

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, skond it-Trattat, bla ħsara għall-Artikolu 109k(1) u l-Protokolli 11 u 12.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 Frar 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

H.-F. von Ploetz

[1] ĠU C 296, ta' l-24.9.1998, p. 10.

[2] Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Novembru 1998 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 Novembru 1998 (ĠU C 379, tas-7.12.1998), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-21 Diċembru 1998 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad- 9 Frar 1999 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 139, tal-11.5.1998, p. 6.

--------------------------------------------------

Top