This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R2080
Commission Regulation (EEC) No 2080/91 of 16 July 1991 replacing the codes established on the basis of the Common Customs Tariff nomenclature in force on 31 December 1987 with those established on the basis of the combined nomenclature in certain Regulations concerning the classification of goods
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2080/91 tas− 16 ta' Lulju 1991 li tibdel il-kodiċi stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987 b'dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda f'ċerti Regolamenti li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' oġġetti
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2080/91 tas− 16 ta' Lulju 1991 li tibdel il-kodiċi stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987 b'dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda f'ċerti Regolamenti li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' oġġetti
ĠU L 193, 17.7.1991, pp. 6–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31971R1592 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31972R0679 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31981R3557 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31981R3558 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31983R0810 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31983R1480 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31984R1220 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31986R1030 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31986R2585 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31986R2858 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31986R3929 | Emenda | anness | 17/07/1991 | |
| Modifies | 31987R2257 | Emenda | anness | 17/07/1991 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32009R1179 | Revoka parzjali | 23/12/2009 | ||
| Modified by | 32013R0441 | Revoka parzjali |
Official Journal L 193 , 17/07/1991 P. 0006 - 0009
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0025
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2080/91 tas− 16 ta' Lulju 1991 li tibdel il-kodiċi stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987 b'dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda f'ċerti Regolamenti li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' oġġetti IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/91 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1056/91 [2], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 tat− 28 ta' Ġunju 1968 dwar it-Tariffa Komuni Doganali [3] irrevokat bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, stabbilixxa n-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fuq il-bażi tal-Konvenzjoni tal-15 ta' Diċembru 1950 dwar in-nomenklatura għall-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fit-tariffi doganali; Billi l-Kummissjoni adottat numru ta' Regolamenti li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 97/69 tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 1969 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali [4], revokat bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi nomenklatura ta' l-oġġetti imsejħa n-nomenklatura magħquda, li simultanjament tilħaq il-ħtiġiet tat-Tariffa Komuni Doganali u ta‘ istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità, u hija bażata fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-Sistema tad-Deskrizzjoni u l-Kodifika tal-Komodità Armonizzata, li tibdel il-Konvenzjoni tal-25 ta' Diċembru 1950; Billi l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi li l-kodiċi u d-deskrizzjonijiet ta' l-oġġetti stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda għandhom jieħdu post dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987; Billi dawk ir-Regolamenti li għadhom ta' importanza prattika u dawk li t-transposizzjoni tagħhom ma tkun tinvolvi l-ebda tibdil ta' sustanza għandhom ikunu emendati kif xieraq u b'tali mod li jikkomplementaw is-sensiela inizjali tar-Regolamenti li ġew adottati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 646.89 [5] u r-Regolament (KEE) Nru 2723/90 [6], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fir-Regolamenti elenkati fil-kolonna 1 ta' l-Anness, li jirreferu għall-oġġetti deskritti fil-kolonna 2, il-kodiċi bbażata fuq in-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fil-kolonna 3 għandhom ikunu mibdula bil-kodiċi ibbażati fuq in-nomenklatura magħquda elenkati fil-kolonna 4. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fis-16 ta' Lulju 1991. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 107, tas-27.4.1991, p. 10. [3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1. [4] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1. [5] ĠU L 71, tal-15.3.1989, p. 20. [6] ĠU L 261, tal-25.9.1990, p. 24. -------------------------------------------------- L-ANNESS Regolament (KEE) Nru. | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Intestatura CCT Nru | Kodiċi NM | (1) | (2) | (3) | (4) | 2257/87 | 1.Prodotti tas-subintestatura 27.07 B tat-Tariffa Komuni Doganali, iddestinati li jkunu sottomesi għal proċess li minnu l-prodotti jistgħu jkunu wżati bħala potenza jew bħala karburanti tas-sħana huma akwistati, huma kklassifikati taħt is-subintestatura 27.07 B II jekk dan il-poċess ikun tat-tip elenkat fin-Nota Addizzjonali 5 għall-Kapitolu 27 tat-Tariffa Komuni Doganali | 27.07 B II | 2707109027072090270730902707509127075099 | | 2.Prodotti tas-subintestatura 27.07 B huma wkoll ikklassifikati fis-subintestatura 27.07 B II li kieku kienu ġew sottomessi għal trattament ta' tip differenti minn dak indikat fil-paragrafu preċedenti u li minnhom prodotti li jistgħu jintużaw bħala potenza jew karburanti tas-sħana huma akwistati jekk dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu suġġetti għal aktar trattament industrijali | 27.07 B II | 2707109027072090270730902707509127075099 | | Jekk il-prodotti derivati kif imsemmija hawn fuq għandhom ikunu wżati bħala potenza jew karburanti tas-sħana, il-prodotti tas-subintestatura 27.07 B użati huma kklassifikati proporzjonalment fis-subintestatura 27.07 B I | 27.07 B I | 27071010270720102707301027075010 | 2585/86 | Żejt tal-gass li jgħaddi minn proċess ta' l-aċidu sulfuriku li jinvolvi ż-żieda ta' prodotti bażiċi ta' 98 % ta' aċidu sulfuriku fi kwantità ta' 10 litri kull 100 m3, i.e. 0,01 % bil-volum, segwit bin-newtralizzazzjoni b'soluzzjoni ta' 20 % idrossidu tas-sodju fi kwanitità ta' 38 litri kull 100 m3, i.e. 0,038 % bil-volum, u sussegwentament trattament b'karbonju attivat b'perkolazzjoni sfurzata taħt pressa ta' pompa f'filtru ta' madwar 5 m3 | 27.10 C I c) | 27100069 | 810/83 | 1.Kaxxa tal-flus taċ-ċeramika fil-forma ta' qażquż, madwar 15 cm twila u 9 cm għolja, b'disinn tal-fjuri, li jkollha xaqq fid-dhar minn fejn jiddaħħlu l-flus u b'tapp magħmul minn lastiku artab li jkun imwaħħal ma toqba tonda fil-bażi minn fejn il-flus ikunu jistgħu jinħarġu | 69.13 | 6913 | | 2.Kaxxa tal-flus fil-għamla ta' figorin ta' raġel xwejjaħ (tallab), madwar 18 cm għolja, bil-wiċċ u bil-ħwejjeġ pinġuti fuqha, li jkollha xaqq minn fejn jiddaħħlu l-flus u b'tapp magħmul minn lastiku artab li jkun imwaħħal ma toqba tonda fil-bażi minn fejn il-flus ikunu jistgħu jinħarġu | 69.13 | 6913 | | 3.Kaxxa tal-flux fil-għamla ta' pengwin, madwar 30 cm għolja, li jkollha kemm xaqq fid-dhar minn fejn jiddaħħlu l-flus u serratura fil-qiegħ | 69.13 | 6913 | | 4.Kaxxa tal-flus magħmula mill-plastika fil-għamla ta' pengwin, madwar 16 cm għolja, b'xalla ħamranija u xaqq fid-dhar għad-dħul tal-flus | 39.07 B V d) | 39264000 | | 5.Kaxxa tal-flus fil-figura stilizzata ta' tifel (tifla) magħmula mill-injam miżbuh b'xaqq minn fejn jidħlu l-flus u mmuntata bi slitta ta' l-injam, li tkun tista tinqala' sabiex ikunu jistgħu jinħarġu l-flus u li tkun assigurata bi tlett sferi li jirrapreżentaw l-idejn u ras li tinkina | 44.27 B | 442010 | | 6.Kaxxa tal-metal fil-għamla ta' kaxxa żgħira ta' l-ittri (madwar 12 cm għolja, b'bażi madwar 5 × 6 cm), miżbuha ħamra, li jkollha toqba fid-dar biex tiddendel mal-ħajt, u xaqq fin-naħa ta' quddiem minn fejn jiddaħħlu l-flus u bieb żgħir b'serratura | 73.40 B | 73269098 | 2858/86 | 1.Binder li jikkonsisti minn rettangolu tal-kartun iebes (madwar 530 × 310 mm u1,84 mm ħxuna), kopert fuq kull naħa b'folja ta' materjal tl-plastika artifiċjali (madwar 0,23 mm ħxuna) iwweldjat mill-erba naħat; dan il-kartun iebes kopert ikun imbagħad mitwi f'żewġ postijiet hekk li jifforma l-ispina tal-binder. Fin-naħa ta' ġewwa, jkun hemm mekkaniżmu tal-binding | 39.07 | 39261000 | | 2.Binder li jikkonsisti minn żewġ rettangoli tal-kartun iebes (il-koperti huma, madwar 310 × 220 mm il-waħda u 1,64 mm ħoxnin), strippa tal-kartun iebes (l-ispina, madwar 310 × 45 mm u 1,64 mm ħoxna) u żewġ strippi dojoq fuq kull naħa tal-ispina (webbiesa, madwar 310 × 14 mm il-waħda u 1,64 mm ħoxnin), koperti fuq kull naħa b'folja tal-materjal tal-plastika artifiċjali (madwar 0,42 mm ħxuna) iwweldjati matul l-erba trufijiet, matul l-istrippa li tifforma l-ispina tal-folder u matul it-tul tal-webbiesa. Fin-naħa ta' ġewwa, jkun hemm mekkaniżmu tal-binding | 39.07 | 39261000 | | 3.Binder li jikkonsisti minn żewġ rettangoli tal-kartun iebes (il-koperti, madwar 255 × 310 mm u 2,05 mm ħxuna), u strippa tal-kartun iebes (l-ispina, madwar 51 × 310 mm u 2,05 mm ħxuna), koperti fuq kull naħa b'folja ta' materjal tal-plastika artifiċjali (madwar 0,40 mm ħxuna) iwweldjat mill-erba trufijiet u matul it-tul tal-istrippa li tiforma l-ispina tal-binder. Fin-naħa ta' ġewwa, jkun hemm mekkaniżmu tal-binding | 39.07 | 39261000 | | 4.Binder li jikkonsisti minn rettangolu tal-kartun iebes (madwar 520 × 310 mm) li jkollu l-parti ċentrali, matul iż-żewġ linji tal-liwi, żewġ xquq rettangolari (madwar 290 × 6 mm) madwar 18 mm imbiegħda. Il-kartun iebes huwa kopert fuq kull naħa b'folja tal-materjal tal-plastika artifiċjali iwweldjat matul l-erba trufijiet u fil-parti li tifforma x-xquq. Fin-naħa ta' ġewwa, jkun hemm mekkaniżmu tal-binding | 39.07 | 39261000 | 3929/86 | Panew ta' seba' folji minn 1981 sa 2400 mm twil, minn 762 sa 1220 mm wiesa u madwar 44 mm oħxon, li jikkonsisti minn ġewwieni tat-tip ta' kartun iebes bejn żewġ pannelli tal-plywood tat-tlett folji, dan il-panew ta' seba' folji, li jkollu żewġ trufijiet twal (possibbilment bil-verniċ) u wieħed jew it-tnejn bi trufijiet qosra (possibbilment bil-verniċ) jikkonsisti primarjament minn biċċa waħda ta' l-injam magħrufa bħala "ix-xoffa", ma jkunx għadda minn aktar manifattura. | 44.15 | 4412 | 3557/81 | Prodott ippreżentat f'rombli, li jikkonsisti minn żewġ folji mwaħħla flimkien, il-waħda ta' kraftboard parzjalment ibbliċjata b'piż ta' 320 g/m2 u miksija miż-żewġ naħat b'saff tal-polyethylene (14 u 18 g/m2 rispettivament), u l-oħra bl-aluminju b'piż ta' 26 g/m2 u bi ħxuna ta' anqas minn 0,20 mm, miksija fuq il-wiċċ ta' barra b'saff tal-polyethylene (35 jew 50 g/m2) | 48.07 D | 48113900 | 1592/71 | Materjali għall-kisi (partikolarment għall-bjut f'rombli jew fi pjanċi jew f'folji, seww jekk u anki jekk le, maqtuha tal-qies jew f'għamla f'manjiera speċjali (bħal ma huma x-shingles jew bix-shingle-), li tikkonsisti minn bażi tal-karta jew flanella, seww jekk u anki jekk le, impregnata bl-asfalt jew simili, imma miksija miż-żewġ naħat b'saff ta' dak il-materjal jew mgħaddsa fl-istess materjal, seww jekk u anki jekk le, miksija b'sustanzi minerali (ramel, frak tal-lavanja, ġebel, eċċ.), jew inkella b'ġemb minnhom miksija b'saff irqieq tal-metall (partikolarment ramm jew aluminju) | 68.08 | 6807101168079000 | 679/72 | "Ċeramika vitruża" jew "ċeramika-semi-vitruża" li tkun ċeramika li tkun ġiet vitrifikata għall-medda akbar jew anqas ta' lewn kemmxejn bajdani fil-griż jew inkella materjal taċ-ċeramika artifiċjalment ikkulurit li huwa lixx meta jinħass mill-ilsien, għandu, kif, ikklasifikat taħt is-sub-intestaturi Nri 69.09 A, 69.11, 69.13 B jew 69.14 A tat-tariffa, simultanjament, ikollu l-porpjetajiet ta': (a)grad ta' porożità (koeffiċjent li jixrob l-ilma) li ma jeċċedix 3 %, imkejjel skond il-metodu stabbilit fl-Anness I;(b)densità ta' 2,2 jew aktar:(ċ)translusenza, li l-ħxuna tagħha ma tkunx aktar minn 3 mm, imkejjla skond il-metodu stabbilit fl-Anness II. Din il-kriterja ta' l-aħħar m'għandiex tkun tapplika, b'dana kolu, meta l-materjal taċ-ċeramika ikun ikkulurit fil-massa jew inkella jkun miksi b'verniċ jew bl-enamel ikkulurit jew opak | 69.09 A 69.11 69.13 b 69.14 A | 5909110069116913100069141000 | 1220/84 | 1.Rożetti tal-ħġieġ mingħajr kulur ("strass"), ottagonali (dijametru madwar 14 mm), maqtugħ u llustrat, mekkanikalment, u li jkollu diversi faċċetti fuq iż-żewġ naħat, imtaqab simetrikament f'żewġ postijiet qrib it-tarf; li normalment huma mmuntati fuq apparat tad-dawl elettriku | 70.14 A I | 94059111 | | 2.Pendenti tal-ħġieġ mingħajr kulur ("strass"), ovali (e. g. madwar 50 × 29 mm), maqtugħ u llustrat, mekkanikalment, u li jkollu diversi faċċetti fuq iż-żewġ naħat, imtaqqba qrib il-ponta; li normalment huma mmuntati fuq apparat tad-dawl elettriku | 70.14 A I | 94059111 | | 3.Blalen tal-ħġieġ mingħajr kulur ("strass"), (dijametru ta' madwar 30 mm), maqtugħ u llustrat, mekkanikalment, u li jkollu diversi faċċetti u b'ganċijiet; li normalment huma mmuntati fuq apparat tad-dawl elettriku | 70.14 A I | 94059111 | | 4.Żibeġ tal-ħġieġ mingħajr kulur ("strass"), (dijametru madwar 10 mm), maqtugħ u llustrat, mekkanikalment, u li jkollu diversi faċċetti fuq iż-żewġ naħat, imtaqqba matul l-assi; li huma normalment użati fil-ġojjellerija artifiċjali | 70.19 A I a) | 70181011 | 3558/81 | Imsielet bil-labbra, seww jekk u anki jekk le, imqiegħda f'ippakkjar sterili, magħmula mid-deħeb jew minn azzar miksi bid-deħeb jew bil-fidda, li jikkonsistu fil-labra b'ras dekorattiva u rbit "farfett", din il-labbra tkun użata biex ittaqab il-widna permezz ta' apparat, li jżomma mal-qarquċa tal-widna | 71.16 A | 71171991 | 1030/86 | Ħolqa taċ-ċwievet li tikkonsisti minn katina żgħira miksija bin-nikil madwar 3 cm fit-tul, bi, f'tarf minnhom, ħolqa li tista tinfetaħ jew tingħalaq u li fit-tarf l-ieħor kisja ta' materjal tal-plastika (madwar 5 × 2,5 cm) li jkun fih ktieb minjarura ta' l-indirizzi, li l-kisja tiegħu ikollha messaġġ promozzjonali | 73.40 B | 73262090 | 1480/83 | Settijiet għat-tfal, li jikkonsistu minn: 1.katina b'bażi metallika, pendent tip-kameo ta' metall bażiku u plastika, żewġ imsielet, labbra u ċurkett tal-metall bażiku jew plastika, imqiegħda fl-istess pakkett;2.katina tal-metall bażiku, pendent fil-għamla ta' arloġġ tal-but, żewġ imsielet, żewġ brazzuletti u żewġ crieket tal-plastika, imqiegħda fl-istess pakkett | 97.03 B | 95037000 | --------------------------------------------------