EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R2080

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2080/91 tas− 16 ta' Lulju 1991 li tibdel il-kodiċi stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987 b'dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda f'ċerti Regolamenti li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' oġġetti

OJ L 193, 17.7.1991, p. 6–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 02 Volume 008 P. 25 - 28
Special edition in Swedish: Chapter 02 Volume 008 P. 25 - 28
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 004 P. 208 - 211
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 004 P. 208 - 211
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 004 P. 208 - 211
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 004 P. 208 - 211
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 004 P. 208 - 211
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 004 P. 208 - 211
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 004 P. 208 - 211
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 004 P. 208 - 211
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 004 P. 208 - 211
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 004 P. 245 - 248
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 004 P. 245 - 248
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 015 P. 51 - 54

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/2080/oj

31991R2080



Official Journal L 193 , 17/07/1991 P. 0006 - 0009
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2080/91

tas− 16 ta' Lulju 1991

li tibdel il-kodiċi stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987 b'dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda f'ċerti Regolamenti li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' oġġetti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/91 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1056/91 [2], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 tat− 28 ta' Ġunju 1968 dwar it-Tariffa Komuni Doganali [3] irrevokat bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, stabbilixxa n-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fuq il-bażi tal-Konvenzjoni tal-15 ta' Diċembru 1950 dwar in-nomenklatura għall-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fit-tariffi doganali;

Billi l-Kummissjoni adottat numru ta' Regolamenti li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 97/69 tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 1969 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali [4], revokat bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi nomenklatura ta' l-oġġetti imsejħa n-nomenklatura magħquda, li simultanjament tilħaq il-ħtiġiet tat-Tariffa Komuni Doganali u ta‘ istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità, u hija bażata fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-Sistema tad-Deskrizzjoni u l-Kodifika tal-Komodità Armonizzata, li tibdel il-Konvenzjoni tal-25 ta' Diċembru 1950;

Billi l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi li l-kodiċi u d-deskrizzjonijiet ta' l-oġġetti stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda għandhom jieħdu post dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987;

Billi dawk ir-Regolamenti li għadhom ta' importanza prattika u dawk li t-transposizzjoni tagħhom ma tkun tinvolvi l-ebda tibdil ta' sustanza għandhom ikunu emendati kif xieraq u b'tali mod li jikkomplementaw is-sensiela inizjali tar-Regolamenti li ġew adottati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 646.89 [5] u r-Regolament (KEE) Nru 2723/90 [6],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolamenti elenkati fil-kolonna 1 ta' l-Anness, li jirreferu għall-oġġetti deskritti fil-kolonna 2, il-kodiċi bbażata fuq in-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali fil-kolonna 3 għandhom ikunu mibdula bil-kodiċi ibbażati fuq in-nomenklatura magħquda elenkati fil-kolonna 4.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-16 ta' Lulju 1991.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 107, tas-27.4.1991, p. 10.

[3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

[4] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[5] ĠU L 71, tal-15.3.1989, p. 20.

[6] ĠU L 261, tal-25.9.1990, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Regolament (KEE) Nru. | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Intestatura CCT Nru | Kodiċi NM |

(1) | (2) | (3) | (4) |

2257/87 | 1.Prodotti tas-subintestatura 27.07 B tat-Tariffa Komuni Doganali, iddestinati li jkunu sottomesi għal proċess li minnu l-prodotti jistgħu jkunu wżati bħala potenza jew bħala karburanti tas-sħana huma akwistati, huma kklassifikati taħt is-subintestatura 27.07 B II jekk dan il-poċess ikun tat-tip elenkat fin-Nota Addizzjonali 5 għall-Kapitolu 27 tat-Tariffa Komuni Doganali | 27.07 B II | 2707109027072090270730902707509127075099 |

| 2.Prodotti tas-subintestatura 27.07 B huma wkoll ikklassifikati fis-subintestatura 27.07 B II li kieku kienu ġew sottomessi għal trattament ta' tip differenti minn dak indikat fil-paragrafu preċedenti u li minnhom prodotti li jistgħu jintużaw bħala potenza jew karburanti tas-sħana huma akwistati jekk dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu suġġetti għal aktar trattament industrijali | 27.07 B II | 2707109027072090270730902707509127075099 |

| Jekk il-prodotti derivati kif imsemmija hawn fuq għandhom ikunu wżati bħala potenza jew karburanti tas-sħana, il-prodotti tas-subintestatura 27.07 B użati huma kklassifikati proporzjonalment fis-subintestatura 27.07 B I | 27.07 B I | 27071010270720102707301027075010 |

2585/86 | Żejt tal-gass li jgħaddi minn proċess ta' l-aċidu sulfuriku li jinvolvi ż-żieda ta' prodotti bażiċi ta' 98 % ta' aċidu sulfuriku fi kwantità ta' 10 litri kull 100 m3, i.e. 0,01 % bil-volum, segwit bin-newtralizzazzjoni b'soluzzjoni ta' 20 % idrossidu tas-sodju fi kwanitità ta' 38 litri kull 100 m3, i.e. 0,038 % bil-volum, u sussegwentament trattament b'karbonju attivat b'perkolazzjoni sfurzata taħt pressa ta' pompa f'filtru ta' madwar 5 m3 | 27.10 C I c) | 27100069 |

810/83 | 1.Kaxxa tal-flus taċ-ċeramika fil-forma ta' qażquż, madwar 15 cm twila u 9 cm għolja, b'disinn tal-fjuri, li jkollha xaqq fid-dhar minn fejn jiddaħħlu l-flus u b'tapp magħmul minn lastiku artab li jkun imwaħħal ma toqba tonda fil-bażi minn fejn il-flus ikunu jistgħu jinħarġu | 69.13 | 6913 |

| 2.Kaxxa tal-flus fil-għamla ta' figorin ta' raġel xwejjaħ (tallab), madwar 18 cm għolja, bil-wiċċ u bil-ħwejjeġ pinġuti fuqha, li jkollha xaqq minn fejn jiddaħħlu l-flus u b'tapp magħmul minn lastiku artab li jkun imwaħħal ma toqba tonda fil-bażi minn fejn il-flus ikunu jistgħu jinħarġu | 69.13 | 6913 |

| 3.Kaxxa tal-flux fil-għamla ta' pengwin, madwar 30 cm għolja, li jkollha kemm xaqq fid-dhar minn fejn jiddaħħlu l-flus u serratura fil-qiegħ | 69.13 | 6913 |

| 4.Kaxxa tal-flus magħmula mill-plastika fil-għamla ta' pengwin, madwar 16 cm għolja, b'xalla ħamranija u xaqq fid-dhar għad-dħul tal-flus | 39.07 B V d) | 39264000 |

| 5.Kaxxa tal-flus fil-figura stilizzata ta' tifel (tifla) magħmula mill-injam miżbuh b'xaqq minn fejn jidħlu l-flus u mmuntata bi slitta ta' l-injam, li tkun tista tinqala' sabiex ikunu jistgħu jinħarġu l-flus u li tkun assigurata bi tlett sferi li jirrapreżentaw l-idejn u ras li tinkina | 44.27 B | 442010 |

| 6.Kaxxa tal-metal fil-għamla ta' kaxxa żgħira ta' l-ittri (madwar 12 cm għolja, b'bażi madwar 5 × 6 cm), miżbuha ħamra, li jkollha toqba fid-dar biex tiddendel mal-ħajt, u xaqq fin-naħa ta' quddiem minn fejn jiddaħħlu l-flus u bieb żgħir b'serratura | 73.40 B | 73269098 |

2858/86 | 1.Binder li jikkonsisti minn rettangolu tal-kartun iebes (madwar 530 × 310 mm u1,84 mm ħxuna), kopert fuq kull naħa b'folja ta' materjal tl-plastika artifiċjali (madwar 0,23 mm ħxuna) iwweldjat mill-erba naħat; dan il-kartun iebes kopert ikun imbagħad mitwi f'żewġ postijiet hekk li jifforma l-ispina tal-binder. Fin-naħa ta' ġewwa, jkun hemm mekkaniżmu tal-binding | 39.07 | 39261000 |

| 2.Binder li jikkonsisti minn żewġ rettangoli tal-kartun iebes (il-koperti huma, madwar 310 × 220 mm il-waħda u 1,64 mm ħoxnin), strippa tal-kartun iebes (l-ispina, madwar 310 × 45 mm u 1,64 mm ħoxna) u żewġ strippi dojoq fuq kull naħa tal-ispina (webbiesa, madwar 310 × 14 mm il-waħda u 1,64 mm ħoxnin), koperti fuq kull naħa b'folja tal-materjal tal-plastika artifiċjali (madwar 0,42 mm ħxuna) iwweldjati matul l-erba trufijiet, matul l-istrippa li tifforma l-ispina tal-folder u matul it-tul tal-webbiesa. Fin-naħa ta' ġewwa, jkun hemm mekkaniżmu tal-binding | 39.07 | 39261000 |

| 3.Binder li jikkonsisti minn żewġ rettangoli tal-kartun iebes (il-koperti, madwar 255 × 310 mm u 2,05 mm ħxuna), u strippa tal-kartun iebes (l-ispina, madwar 51 × 310 mm u 2,05 mm ħxuna), koperti fuq kull naħa b'folja ta' materjal tal-plastika artifiċjali (madwar 0,40 mm ħxuna) iwweldjat mill-erba trufijiet u matul it-tul tal-istrippa li tiforma l-ispina tal-binder. Fin-naħa ta' ġewwa, jkun hemm mekkaniżmu tal-binding | 39.07 | 39261000 |

| 4.Binder li jikkonsisti minn rettangolu tal-kartun iebes (madwar 520 × 310 mm) li jkollu l-parti ċentrali, matul iż-żewġ linji tal-liwi, żewġ xquq rettangolari (madwar 290 × 6 mm) madwar 18 mm imbiegħda. Il-kartun iebes huwa kopert fuq kull naħa b'folja tal-materjal tal-plastika artifiċjali iwweldjat matul l-erba trufijiet u fil-parti li tifforma x-xquq. Fin-naħa ta' ġewwa, jkun hemm mekkaniżmu tal-binding | 39.07 | 39261000 |

3929/86 | Panew ta' seba' folji minn 1981 sa 2400 mm twil, minn 762 sa 1220 mm wiesa u madwar 44 mm oħxon, li jikkonsisti minn ġewwieni tat-tip ta' kartun iebes bejn żewġ pannelli tal-plywood tat-tlett folji, dan il-panew ta' seba' folji, li jkollu żewġ trufijiet twal (possibbilment bil-verniċ) u wieħed jew it-tnejn bi trufijiet qosra (possibbilment bil-verniċ) jikkonsisti primarjament minn biċċa waħda ta' l-injam magħrufa bħala "ix-xoffa", ma jkunx għadda minn aktar manifattura. | 44.15 | 4412 |

3557/81 | Prodott ippreżentat f'rombli, li jikkonsisti minn żewġ folji mwaħħla flimkien, il-waħda ta' kraftboard parzjalment ibbliċjata b'piż ta' 320 g/m2 u miksija miż-żewġ naħat b'saff tal-polyethylene (14 u 18 g/m2 rispettivament), u l-oħra bl-aluminju b'piż ta' 26 g/m2 u bi ħxuna ta' anqas minn 0,20 mm, miksija fuq il-wiċċ ta' barra b'saff tal-polyethylene (35 jew 50 g/m2) | 48.07 D | 48113900 |

1592/71 | Materjali għall-kisi (partikolarment għall-bjut f'rombli jew fi pjanċi jew f'folji, seww jekk u anki jekk le, maqtuha tal-qies jew f'għamla f'manjiera speċjali (bħal ma huma x-shingles jew bix-shingle-), li tikkonsisti minn bażi tal-karta jew flanella, seww jekk u anki jekk le, impregnata bl-asfalt jew simili, imma miksija miż-żewġ naħat b'saff ta' dak il-materjal jew mgħaddsa fl-istess materjal, seww jekk u anki jekk le, miksija b'sustanzi minerali (ramel, frak tal-lavanja, ġebel, eċċ.), jew inkella b'ġemb minnhom miksija b'saff irqieq tal-metall (partikolarment ramm jew aluminju) | 68.08 | 6807101168079000 |

679/72 | "Ċeramika vitruża" jew "ċeramika-semi-vitruża" li tkun ċeramika li tkun ġiet vitrifikata għall-medda akbar jew anqas ta' lewn kemmxejn bajdani fil-griż jew inkella materjal taċ-ċeramika artifiċjalment ikkulurit li huwa lixx meta jinħass mill-ilsien, għandu, kif, ikklasifikat taħt is-sub-intestaturi Nri 69.09 A, 69.11, 69.13 B jew 69.14 A tat-tariffa, simultanjament, ikollu l-porpjetajiet ta': (a)grad ta' porożità (koeffiċjent li jixrob l-ilma) li ma jeċċedix 3 %, imkejjel skond il-metodu stabbilit fl-Anness I;(b)densità ta' 2,2 jew aktar:(ċ)translusenza, li l-ħxuna tagħha ma tkunx aktar minn 3 mm, imkejjla skond il-metodu stabbilit fl-Anness II. Din il-kriterja ta' l-aħħar m'għandiex tkun tapplika, b'dana kolu, meta l-materjal taċ-ċeramika ikun ikkulurit fil-massa jew inkella jkun miksi b'verniċ jew bl-enamel ikkulurit jew opak | 69.09 A 69.11 69.13 b 69.14 A | 5909110069116913100069141000 |

1220/84 | 1.Rożetti tal-ħġieġ mingħajr kulur ("strass"), ottagonali (dijametru madwar 14 mm), maqtugħ u llustrat, mekkanikalment, u li jkollu diversi faċċetti fuq iż-żewġ naħat, imtaqab simetrikament f'żewġ postijiet qrib it-tarf; li normalment huma mmuntati fuq apparat tad-dawl elettriku | 70.14 A I | 94059111 |

| 2.Pendenti tal-ħġieġ mingħajr kulur ("strass"), ovali (e. g. madwar 50 × 29 mm), maqtugħ u llustrat, mekkanikalment, u li jkollu diversi faċċetti fuq iż-żewġ naħat, imtaqqba qrib il-ponta; li normalment huma mmuntati fuq apparat tad-dawl elettriku | 70.14 A I | 94059111 |

| 3.Blalen tal-ħġieġ mingħajr kulur ("strass"), (dijametru ta' madwar 30 mm), maqtugħ u llustrat, mekkanikalment, u li jkollu diversi faċċetti u b'ganċijiet; li normalment huma mmuntati fuq apparat tad-dawl elettriku | 70.14 A I | 94059111 |

| 4.Żibeġ tal-ħġieġ mingħajr kulur ("strass"), (dijametru madwar 10 mm), maqtugħ u llustrat, mekkanikalment, u li jkollu diversi faċċetti fuq iż-żewġ naħat, imtaqqba matul l-assi; li huma normalment użati fil-ġojjellerija artifiċjali | 70.19 A I a) | 70181011 |

3558/81 | Imsielet bil-labbra, seww jekk u anki jekk le, imqiegħda f'ippakkjar sterili, magħmula mid-deħeb jew minn azzar miksi bid-deħeb jew bil-fidda, li jikkonsistu fil-labra b'ras dekorattiva u rbit "farfett", din il-labbra tkun użata biex ittaqab il-widna permezz ta' apparat, li jżomma mal-qarquċa tal-widna | 71.16 A | 71171991 |

1030/86 | Ħolqa taċ-ċwievet li tikkonsisti minn katina żgħira miksija bin-nikil madwar 3 cm fit-tul, bi, f'tarf minnhom, ħolqa li tista tinfetaħ jew tingħalaq u li fit-tarf l-ieħor kisja ta' materjal tal-plastika (madwar 5 × 2,5 cm) li jkun fih ktieb minjarura ta' l-indirizzi, li l-kisja tiegħu ikollha messaġġ promozzjonali | 73.40 B | 73262090 |

1480/83 | Settijiet għat-tfal, li jikkonsistu minn: 1.katina b'bażi metallika, pendent tip-kameo ta' metall bażiku u plastika, żewġ imsielet, labbra u ċurkett tal-metall bażiku jew plastika, imqiegħda fl-istess pakkett;2.katina tal-metall bażiku, pendent fil-għamla ta' arloġġ tal-but, żewġ imsielet, żewġ brazzuletti u żewġ crieket tal-plastika, imqiegħda fl-istess pakkett | 97.03 B | 95037000 |

--------------------------------------------------

Top