Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0193

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 193/2012 tas- 26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

    ĠU L 21, 24.1.2013, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/193(2)/oj

    24.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 21/41


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 193/2012

    tas-26 ta’ Ottubru 2012

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2012 tat-28 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Annessi I u II għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi u limiti ta’ azzjoni għad-diossini u l-poliklorobifenili (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/154/UE tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ alkalojdi tal-ergotina fl-għalf u fl-ikel (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġislazzjoni dwar l-għalf u tal-ikel. Il-leġislazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-għalf u tal-ikel m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I u fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

    (4)

    L-Annessi I u II għall-Ftehim ŻEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu II tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 33 (Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32012 R 0277: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2012 tat-28 ta' Marzu 2012 (ĠU L 91, 29.3.2012, p. 1).”

    2.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 40 (Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “40a.

    32012 H 0154: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/154/UE tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ alkalojdi tal-ergotina fl-għalf u fl-ikel (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 20).”

    Artikolu 2

    Taħt l-intestatura “ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM” il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 13 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/161/UE) tal-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

    “14.

    32012 H 0154: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/154/UE tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ alkalojdi tal-ergotina fl-għalf u fl-ikel (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 20).”

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 277/2012 u r-Rakkomandazzjoni 2012/154/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 91, 29.3.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 20.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top