This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0104
Decision of the EEA Joint Committee No 104/2008 of 26 September 2008 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2008 tas- 26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2008 tas- 26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 309, 20.11.2008, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(63) | Żieda | punt 66zab inċiż | 27/09/2008 |
20.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 309/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 104/2008
tas-26 ta' Settembru 2008
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 715/2008 tal-24 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti li joperaw (2) fil-Komunità għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
“— |
32008 R 0715: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 715/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 197, 25.7.2008, p. 36).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 715/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 280, 23.10.2008, p. 23.
(2) ĠU L 197, 25.7.2008, p. 36.
(*) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.