Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12004V436

    Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VII - DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI - Artikolu III-436

    ĠU C 310, 16.12.2004, p. 184–185 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tcons_2004/art_436/oj

    12004V436

    Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VII - DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI - Artikolu III-436

    Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0184 - 0185


    Artikolu III-436

    1. Il-Kostituzzjoni m'għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tar-regoli li ġejjin:

    a) ebda Stat Membru m'għandu jkun obbligat jagħtu informazzjoni li jikkunsidra li l-iżvelar tagħha tmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu;

    b) kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri li jikkunsidra meħtieġa biex jipproteġi l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu, u li jkollhom x'jaqsmu mal-manifattura jew il-kummerċ ta' armi, munizzjon u materjal tal-gwerra; dawn il-miżuri m'għandhomx jolqtu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern dwar prodotti li ma jkunux intiżi għall-skopijiet speċifikament militari.

    2. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jista', b'mod unanimu jadotta deċiżjoni Ewropea li tagħmel bidliet għal-lista tal- 15 ta' April 1958, tal-prodotti li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(b).

    --------------------------------------------------

    Top