Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Għajnuna mill-Istat — setturi agrikoli u forestrija

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2022/2472 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENTI?

Ir-Regolament (UE) 2022/2472, magħruf bħala r-regolament ta’ eżenzjoni blokk tal-agrikoltura, jiddikjara kategoriji speċifiċi ta’ għajnuna kompatibbli mar-regoli dwar għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea (UE) u jeżenthom minn notifika minn qabel u approvazzjoni mill-Kummissjoni.

It-tibdil jippermetti lill-Istati Membri tal-UE biex jipprovdu għajnuna malajr, jissimplifikaw l-proċeduri u jżidu t-trasparenza, evalwazzjoni u kontroll tal-assistenza finanzjarja mogħtija.

Ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 jistabbilixxi r-regoli għal għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura. Hu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom ammonti żgħar ta’ għajnuna ma jkunux meqjusa bħala għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u m’għandhomx bżonn ikunu notifikati lill-Kummissjoni Ewropea taħt Artikolu 108(3) tal-istess trattat.

Dan jiddefinixxi l-livell limitu u l-kundizzjonijiet tal-għajnuna biex jiżguraw li din ma toħloqx distorzjoni ta-kummerċ jew tal-kompetizzjoni fis-suq uniku.

PUNTI EWLENIN

Regolament (UE) 2022/2472 japplika għall-kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat li ġejjin għal:

  • intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), kif definiti f’Anness I, involuti fi:
    • attivitajiet agrikoli (produzzjoni, proċessar u kummerċjalizzazzjoni);
    • attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali;
  • protezzjoni ambjentali fl-agrikoltura;
  • il-konservazzjoni ta’ patrimonju kulturali u naturali f’ażiendi agrikoli u fil-foresti;
  • it-tiswija ta’ ħsara minn diżastri naturali fis-settur agrikolu;
  • riċerka, żvilupp u innovazzjoni fl-agrikoltura u l-forstrija;
  • miżuri oħra tal-forestrija.

Ir-regolament jistabbilixxi:

  • il-livelli limiti varji li taħthom l-għajnuna ma tridx tkun innotifikata;
  • regoli dwar intensità massima tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli;
  • kundizzjonijiet speċifiċi għal kull kategorija ta’ għajnuna.

L-għajnuna għandha:

  • tkun trasparenti biex tippermetti l-kalkolu preċiż tal-għotja grossa ekwivalenti (għotjiet, self, garanziji u sussidji tar-rata tal-interessi);
  • tipprovdi inċentiv biex tbiddel l-imġiba ta’ benefiċjarju potenzjali (talba bil-miktub għal għajnuna trid normalment tkun sottomessa qabel il-bidu tal-proġett jew attività);
  • tassikura l-proporzjonalità u tikkonforma ma’ ċerti kundizzjonijiet jekk tkun akkumulata ma’ għajnuna oħra jew finanzjament pubbliku ieħor;
  • tkun ippubblikata fuq siti tal-internet nazzjonali u tal-Kummissjoni (Annessi II u III jistipulaw ir-rekwiżiti).

Ir-regolament jirrekjedi li l-Istati Membri:

  • jibagħtu lill-Kummissjoni sommarju ta’ kull tip ta’ għajnuna li jagħtu u jipprovdu rapport annwali;
  • jżommu rekords dettaljati, b’dokumentazzjoni t’appoġġ għal tal-inqas 10 snin;
  • li l-iskemi tal-għajnuna jkunu evalwati minn esperti indipendenti wara l-implimentazzjoni tagħhom jekk in-nefqa tkun iktar minn €150 miljun f’sena waħda jew €750 miljun matul il-ħajja tal-iskema.

Ir-regolament jagħti s-saħħa lill-Kummissjoni biex twissi lill-Istati Membri biex jinnotifikaw għajnuna futura, jekk issib l-għajnuna li tkun ingħatat diġà ma tkunx issodisfat l-kundizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni.

Ir-regolament japplika għall-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin:

  • SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli:
    • investiment f’azjendi agrikoli biex itejbu l-prestazzjoni u sostenibbiltà agrikola, prestazzjoni ambjentali u infrastruttura;
    • konsolidazzjoni ta’ art;
    • rilokazzjoni ta’ bini agrikolu;
    • investimenti relatati mal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli;
    • negozji ġodda għal bdiewa żgħażagħ, gruppi u organizzazzjonijiet tal-biedja u ta’ produtturi;
    • parteċipazzjoni fi skemi ta’ kwalità;
    • skambju ta’ għarfien espert u informazzjoni u servizzi ta’ konsulenza;
    • servizzi ta’ sostituzzjoni ta’ razzett;
    • promozzjoni ta’ prodott agrikolu;
    • tiswija ta’ ħsara minn temp ħażin, bħal maltempati jew nixfa severa;
    • prevenzjoni, kontroll u qerda ta’ mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u tiswija ta’ kwalunkwe ħsara;
    • bhejjem u bhejjem mejta;
    • ħlas ta’ premiums tal-assigurazzjoni u kontribuzzjonijiet ta’ fondi mutwi;
    • tiswijiet lil ħsara kkawżata minn annimali protetti;
    • konservazzjoni tar-riżorsi agrikoli ġenetiċi;
    • il-benessri tal-annimali;
    • kooperazzjoni fl-agrikoltura.
  • Ħarsien ambjentali:
    • żoni żvantaġġjati mill-programm tan-Natura 2000 tal-UE (network ta’ siti ta’ tnissil u ta’ mistrieħ ċentrali għal speċijiet rari u li huma mhedda);
    • miżuri agri-ambjentali tal-klima;
    • biedja organika.
  • Protezzjoni tal-wirt kulturali u naturali f’azjendi agrikoli u fil-foresti.
  • Tiswijiet minħabba ħsara minn diżastri naturali.
  • Riċerka, żvilupp u innovazzjoni:
  • Forestrija:
    • afforestazzjoni u ħolqien ta’ foresti;
    • agroforestrija;
    • prevenzjoni u restawrazzjoni ta’ ħsara;
    • titjib lil ekosistemi tal-forestrija;
    • kumpens għal ċerti rekwiżiti obbligatorji;
    • servizzi u protezzjoni ambjentali/klimatiċi;
    • skambju ta’ għarfien espert u informazzjoni u servizzi ta’ konsulenza;
    • investiment f’infrastruttura biex tiżviluppa, timmodernizza jew tadatta s-settur;
    • teknoloġiji fl-ipproċessar, mobilizzazzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija;
    • konservazzjoni tar-riżorsi agrikoli ġenetiċi;
    • negozji għal gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet;
    • konsolidazzjoni ta’ art;
    • kooperazzjoni fil-forestrija.
  • SMEs f’żoni rurali:
    • servizzi bażiċi u infrastruttura;
    • bidu ta' negozji għal attivitajiet mhux agrikoli;
    • parteċipazzjoni tal-bidwi fi skemi ta’ kwalità tal-qoton u tal-ikel, inklużi attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni;
    • kooperazzjoni bejn SMEs;
    • proġetti ta’ żvilupp immexxija minn komunitajiet lokali.

Ir-Regolament (UE) 2022/2472 jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 702/2014.

Ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013:

  • japplika għal għajnuna lil kumpaniji li jipproduċu prodotti agrikoli primarji (pereżempju bhejjem ħajjin, frott jew ħxejjex);
  • ma japplikax għal għajnuna għal prodotti bbażati fuq prezz jew kwantità offruti għal bejgħ, għal esportazzjoni lil pajjiżi mhux tal-UE jew dawk dipendenti fuq l-użu ta’ prodotti domestiċi;
  • jirrekjedi li l-Istati Membri:
    • jassikuraw li l-għajnuna tkun trasparenti billi jesprimuha bħala għotja grossa fi flus, fil-każ ta’ għotjiet jew sussidji għar-rata tal-interessi, jew l-ekwivalenti tagħha għal self issussidjat u garanziji,
    • jagħtu għajnuna de minimis ġdida biss konformi mat-termini tar-regolament,
    • jżommu rekords għal 10 snin,
    • jagħtu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li din titlob bil-miktub.

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2024/3118 jdaħħal il-bidliet li ġejjin għar-Regolament (UE) Nru 1408/2013:

  • L-Istati Membri jistgħu jżidu l-ammont ta’ għajnuna matul perjodu ta’ tliet snin għal kumpanija waħda għal €50,000;
  • Il-limiti massimi nazzjonali telgħu minn 1.5 % għal 2 % tal-valur tal-prestazzjoni nazzjonali agrikola ta’ kull Stat Membru u l-perjodu ta’ referenza ġie estiż minn 2012-2017 għal 2012-2023 biex jirrifletti l-valur miżjud tal-produzzjoni agrikola fis-snin riċenti;
  • Il-limitu massimu settorjali li kien jagħmilha impossibbli għall-Istati Membri li jagħtu għajnuna de minimis li teċċedi 50 % tal-limitu massimu nazzjonali għas-settur tal-istess prodott, tneħħa;
  • Reġistru obbligatorju ċentrali ta’ għajnuna de minimis fil-livell nazzjonali jew tal-UE ser jidħol mill- biex inaqqas il-piż amminstrattiv u jżid it-trasparenza.

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI?

  • Regolament (UE) 2022/2472 japplika mill- sal-.
  • Ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 japplika mill- sal-.

SFOND

Ir-Regolament (UE) 2022/2472 hu parti minn pakkett ta’ miżuri li l-Kummissjoni adottat meta għamlet rieżami ta’ regoli dwar għajnuna mill-Istat fuq l-agrikoltura, il-forestrija u żoni rurali. Dawn ir-regoli jallinjaw l-għajnuna mill-Istat mal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE, partikolarment mal-politika agrikola komuni u l-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2472 tal- li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni ta’ Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, , pp. 1–81).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2022/2472 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Il-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat- dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, , pp. 9–17).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament

Top