This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361 tiddefinixxi l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala kumpaniji li l-membri tal-persunal u l-piż ekonomiku jaqgħu taħt ċerti limiti.
Hemm iktar minn 23 miljun SME fl-Unjoni Ewropea (UE) li jikkostitwixxu 99 % tan-negozji u tnejn minn kull tliet impjiegi fis-settur privat. Dawn huma mutur importanti tal-ekonomija.
L-UE tħeġġeġ l-użu ta’ din id-definizzjoni ta’ SMEs bħala referenza, inkluż minn Stati Membri tal-UE. Barra minn dan, hi vinkolanti biss għal ċerti kwistjonijiet bħall-għajnuna mill-Istat u l-implimentazzjoni ta’ fondi strutturali jew programmi oħra tal-UE.
Hemm bosta programmi tal-UE li jappoġġjaw ix-xogħol fuq kwistjonijiet relatati mal-SMEs, b’mod partikolari l-programm tas-suq uniku.
L-għanijiet ġenerali tal-programm tas-suq uniku (2021–2027) tal-UE jinkludu t-titjib tal-funzjonament tas-suq intern, notevolment il-protezzjoni u t-tisħiħ tal-pubbliku, tal-konsumaturi u tan-negozji, speċjalment tal-SMEs.